|
Bhala parti mic-celebrazzjonijiet tat-tieni anniversarju minn meta Malta issiehbet fl-Unjoni Ewropea, il-Ministeru tat-Turizmu u Kultura flimkien ma' l-Awtorita' tat-Turizmu bil-kollaborazzjoni tal-Ghaqda Piroteknika ta' Malta, organizzat il-hames edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tan-Nar ta' Malta bejn id-29 u 30 ta' April 2006.
Din is-sena ghall-ewwel darba fil-festival giet introdotta sistema ta' kompetizzjoni fejn hames partecipanti, tliet ghaqdiet Maltin u tnejn barranin offrew spettakli ta' nar sinkronizzati mal-muzika ghal madwar 10 minuti shah. L-Ghaqda tan-Nar Santa Marija ta' l-Imqabba kienet wahda minn dawn il-partecipanti li zgur li l-ispettaklu li offriet kien uniku u originali. Dan jista' jixhdu kulmin kien prezenti. It-tema maghzula kienet 'Dancing Stars over the Water' fejn assistejna ghal diversi tipi ta' loghob tan-nar originali sinkronizzat ma' tlett siltiet muzikali: Sinfonija Nru. 5 ta' Ludvig van Beethoven, arrangament orkestrali minn xogholijiet ta' John Williams b'temi mill-films Star Wars, E.T. The Extra Terrestial u tema muzikali mill-Olympic Fanfare. It-tielet silta muzikali kienet dik ta' Radetzky March ta' Johann Strauss.
L-Ghaqda tan-Nar Santa Marija ta' l-Imqabba offriet spettaklu ta' nar sinkronizzat mal-muzika fosthom beraq, beraq li ma jidhirx, bebbux, blalen, centrijiet, bombi tal-lampjun, kurcetti, raxx u disinni bhal qlub, ucuh, stilel, trijangli go crieki kif ukoll slaleb talkavallieri. Innovazzjoni gdida kienet il-kelma MALTA iffurmata permezz ta' zbruffaturi li ntlaqet b'capcip kbir minn dawk prezenti. L-Ghaqda fil-fatt rebhet l-unuri bhala l-ahjar spettaklu sinkronizzat mal-muzika, lahjar korjografija kif ukoll dak ta' l-originalita'. B'hekk l-Ghaqda tan-Nar Santa Marija ta' l-Imqabba rebhet l-ewwel unur ta' dan l-ewwel Festival Internazzjonali ta' Malta 2006 bhala l-overall winner.
Prosit lill-Ghaqda tan-Nar Santa Marija ta' l-Imqabba. Zgur Ii dan l-unur ikompli jimla' lil din l-Ghaqda b'kuragg kbir sabiex tkompli tahdem u turi t-talenti u l-hila taghha. Zgur li nies bhal dawn, li b'mod volontarju jahdmu tul is-sena kollha, jixirqilhom kull tifhir.
|