ABOUT US

Kumitat Ezekuttiv 2010/2013

Socjeta' Santa Marija u Banda Re Gorg V

Il-100 Anniversarju mill-Formazzjoni tal-Kazin Socjali Santa Marija - Carmen Lia

100 Sena ta' Storja, Muzika u Success Kontinwu

Presidenti u Surmastrijiet

L-Istatwa Titulari ta' Santa Marija meqjuma gewwa l-Imqabba

L-Istatwa ta' Marija Assunta fuq il-Kazin

PRESIDENTI LI MEXXEW LIS-SOCJETA'

Paolo Caruana (1905 - 1910)
Pawlu Caruana maghruf bhala ta' l-Ave Maria twieled l-Imqabba fis-16 ta' Awwissu 1867 bin Giuseppe u Gabriella xebba Ellul. Kien mghammed mill-Kappillan Frangisk Vella. Il-parrini tieghu tawh l-ismijiet ta' Paulus, Marianus, Emanuel u Innocentius. Pawlu zzewweg lil Caterina (sive Kekina) xebba Caruana. Pawlu kien gej minn familja tat-tajjeb ghax kienu bin-negozju tal-bhejjem. Il-genituri tieghu gieli hallsu ghal xi opri li saru fil-Knisja Parokkjali ta' l-Imqabba. Fl-1913 insibu li l-altar tal-Vizitazzjoni ta' Marija Vergni kien irhamat spejjez ta' Giuseppe u Gabriela nee' Ellul.

Pawlu Caruana kien spiss jinnegozja ma' pajjizi barranin. Mhux l-ewwel darba li flimkien ma' hutu u martu Kekina kien isiefer ghal skop ta' kummerc. Paola Sciberras, residenti l-Imqabba, tirrakkonta storja li semghet minghand il-kunjata taghha Carmena Sciberras li darba waqt li Pawlu kien jinsab it-Tunezija flimkien ma' huh, aktarx Karmnu, inqabad prigunier. Kienu imbaghad bis-sahha ta' xi Tunezini fqar li meta kienu Malta kien henn ghalihom u halliehom jieklu l-karmus, li huwa nghata l-liberta'.

Insibuh askritt fis-Sodalita' tal-Agonizzanti fl-20 ta' Frar 1917. Insibu wkoll lil Pawlu Caruana President tac-~irkolu San Giuseppe, imbaghad ta' Santa Maria, u fl-1911 tac-Cirkolu Pio X u baqa' President ta' dan il-Kazin sal-1914. Pawlu Caruana miet fl-Imqabba l-Erbgha 28 ta' Frar 1917 fl-eta' ta' 50 sena. Wara l-mewt tieghu, martu Caterina zzewget lil Giuseppe Zammit, hu s-sacerdot Imqabbi Dun Innocenzo Zammit.

Referenzi:
Lia Carmen (1960 - ): Grajjiet is-Socjeta' Santa Marija u l-Banda Re Gorg V fl-Istorja ta' l-Imqabba - Mqabba: Socjeta' Santa Marija u Banda Re Gorg V, 1997 xvi,236p.:29.2cm ISBN 99909-68-30-6 pagna 16.



Felic Zammit (1910 - 1920)
Felic Zammit kien jigi iben il-benestant Nikola (in-Naxxari) u Theresa nee' Sapiano (bint l-arluggar Mikielang Sapiano). Kien ukoll jigi minn Dun Alfons Caruana. In-nannu ta' Felic kien Innocenzo Zammit (in-Naxxari) li kien ghamel spejjez tieghu l-Istatwa tal-Kuncizzjoni popolarment maghrufa bhala Tal-Gilju fil-1876. Felic Zammit kien mar jistudja barra minn Malta biex jilhaq qassis pero' ma kienx kompla l-kors.

Huwa lahaq President tal-Kazin Giorgio V fis-sena 1910 u baqa' President sal-1920 meta mbaghad ghal ftit taz-zmien bhala President sar Mikiel Ellul (Sherjam). Ta' min jghid li dak iz-zmien, il-presidenti tal-kazini kienu jkunu nies ta' kultura u maghzula minn fost l-aqwa nies tar-rahal. Felic Zammit kellu wkoll inklinazzjoni Stricklandjana u kien ukoll jaghmel il-meetings fl-Imqabba bl-intenzjoni li jhrog ghall-elezzjoni mal-Partit ta' Lord Gerald Strickland.

Referenzi:
Lia Carmen (1960 - ): Grajjiet is-Socjeta' Santa Marija u l-Banda Re Gorg V fl-Istorja ta' l-Imqabba - Mqabba: Socjeta' Santa Marija u Banda Re Gorg V, 1997 xvi,236p.:29.2cm ISBN 99909-68-30-6 pagna 51 u 63.



Angelo Ghigo (1920 - 1925)
Angelo Ghigo twieled l-imqabba fis-6 ta' unju 1898, iben Pawlu u Francesca nee' Mifsud, it-tieni wild fost hutu Marija Assunta, Giovanni Battista, Marija Assunta u Grabiel. Fi tfulitu attnda l-ikola primarja tal-Imqabba u wara s-Seminarju Minuri fil-Furjana. L-ewwel hidma tas-Sur Angelo Ghigo kienet ta' pizatur f'pitakli. Fl-1918 dahal skrivan fil-H.M. Dockyard minn fejn fl-1922 gie trasferit fl-Ufficju Meterjologiku li kien ghadu kif beda jopera f'Malta. Ghall-istorja, dan l-ufficju kien amministrat mir-Royal Air Force b'kumpliment ta' Senior Officer u zewg Forecasters. Beda jopera f'Schembri house Pieta' u gie trasferit fl-1927 ghal St. John's Cavalier valletta. Fl-1947 mar fl-ajruport ta' Hal Luqa u beda jitmexxa minn ufficjal civili. Fil-gwerra bejn l-1939 u l-1945, fl-asseza tal-kap, is-Sur Ghigo kien jerfa' r-responsabbilta' tal-ufficju. Angelo Ghigo inhatar Meteoroligal Adminstrative Officer fis-6 ta' Marzu 1957 biex ikun l-ewwel Malti f'dak il-grad li baqa' jzomm sa ma rtira bl-eta' fl-1962. F'eta' zghira, gie mahtur President tas-Socjeta' Santa Marija tal-Imqabba, kariga li okkupa bejn l-1920 u l-1925.

F'zoghzitu studja l-muzika u d-daqq tal-orgni. Nafu li kienu jingabru tfal fid-dar t'ohtu Assunta fi Triq il-Parrocca u fuq l-armonju kien jghallimhom innijiet biex jitkantaw mal-banda fuq il-palk waqt il-Purcissjoni fil-Festa ta' Santa Marija. Serva ta' organista fil-parrocci tal-Imqabba, Bormla u bejn l-1931 u l-1940 fil-Furjana; fi zmien meta Mqabbi iehor kien Mons. Angelo Ghigo D.D. kien Arcipriet.

Izzewweg lil Margerita nee' Buttigieg fl-1923 u kellhom hamest itfal: Grace, Jane, Dun Manwel, Gemma u Lina. Fl-1923 l-Arcisqof Mauro Caruana appuntah ghalliem tal-Ingliz u l-Gejografija u serva fis-Seminarju Minuri bejn l-1923 - 1946 u l-1969 - 1976 u fil-Kullegg ta' San Alwigi mill-1946 - 1969. Ghallem l-Ingliz lin-novizzi tal-Patrijiet Frangiskani Minuri u Frangiskani Kapuccini.

Bejn l-1978 u l-1983, Angelo Ghigo kiteb ghadd ta' poeziji li gew ippublikati f'Gunju tal-1983 bit-titlu 'Il-Linfa l-Qadima'. Din kienet l-ahhar attivita' pubblika tieghu ghaliex nhar il-5 ta' Dicembru 1983, il-Mulej ghogbu jghajjatlu ghall-premju misthoqq tal-paci fil-mistireh. Habb hafna lil Alla, l-Madonna u l-familja. Rispettat minn kull min kien jafu. Zgur li Marija Assunta mill-glorja tas-sema semghet it-talba fil-poezija tieghu 'Lil Ommi Marija'.

Referenzi:
Programm Festa Santa Marija 1996; Angelo Ghigo 1893-1983, pagna 95 kitba tas-Sur Joseph Farrugia.



Giuseppe Bugeja (1925 - 1946) u (1947 - 1949)
Giuseppe Bugeja twieled l-Imqabba nhar it-22 ta' Dicembru 1896 iben Mastru Salv u Marija nee' Farrugia. Is-sur Joseph Bugeja kien ikkwalifikat fil-Bookkeeping u Typewriting u mghejjun bil-lingwi li tghallem, kein Manager dehen tal-grad fl-ufficcju tieghu. Bil-personalita li kellu kien midhla ta' hafna nies professjonisti u ohrajn. Permezz tal-kuntatti li kellu tista' tghid li kien jaf lil kulhadd.

Joseph Bugeja kellu intuwizzjoni biex jindividwa l-potenzjal ta' kull membru u kien jghinu jizviluppah ghall-beneficcju tas-Socjeta' kif ukoll li jaghraf b'kelma perswasiva kif izomm il-Kumitat u s-Socjeta' maghqudin. Kien bniedem integru u altruwista tant li meta l-gernatur Sir Charles Bonham Carter spicca minn zjara fil-kazin, staqsa lis-Sur Joseph Bugeja ghal xi rakkomandazzjoni. Ix-xewqa tieghu kienet cara ghaliex talab telefon pubbliku wara esperjenza personali li kellu. Sa dak iz-zmien l-uniku telefon pubbliku kien jinsab fl-ghassa tal-pulizija li mhux dejjem kienet tkun miftuha. B'hekk dan it-telefon pubbliku kien provvidenzjali u akkomoda sew lil kulhadd.

Fis-sena 1934, insibu li Giuseppe Bugeja kien strumentali fl-akkwist tal-fond tal-Kazin Re Gorg V meta refa' r-responsabbilta' tax-xiri u tal-kuntratt u ghadda s-sit ghal sede tas-Socjeta' Dan l-akkwist kien pass ta' prevenzjoni ghaqlija biex is-Socjeta' tigi kkonsolidata b'sede propjeta' taghha.

Is-Sur Joseph Bugeja kien ikkwalifikat fil-Bookkeeping u Typewriting u mghejjun bil-lingwi li tghallem, kein Manager dehen tal-grad fl-ufficcju tieghu. Bil-personalita' li kellu kien midhla ta' hafna nies professjonisti u ohrajn. Permezz tal-kuntatti li kellu tista' tghid li kien jaf lil kulhadd.

Joseph Bugeja kellu intuwizzjoni biex jindividwa l-potenzjal ta' kull membru u kien jghinu jizviluppah ghall-beneficcju tas-Socjeta' kif ukoll li jaghraf b'kelma perswasiva kif izomm il-Kumitat u s-Socjeta' maghqudin.

Matul il-gwerra , l-attivita' tal-festi waqfet ghal kollox. F'dak iz-zmien, meta l-Inginier Ingliz Mr. Cyril C. Mavity kien inkarigat mill-Air Raid Shelter Construction ta' Malta, is-Sur Bugeja gie appuntat Area Officer - Shelter Construction ghar-rahal tal-Imqabba. Fil-fatt is-Sur Bugeja kien responsabbli mill-pagi tal-haddiema u accounts tax-xoghol kollu li sar fix-xelters tal-Imqabba. Il-Kazin Re Gorg V serva ta' ufficcju ghalhekk.

Joseph Bugeja izzewweg lil Carmela Gauci, bint Baskal u Margherita nee' Facciol, nhar l-24 t'Ottubru 1937. Il-festin sar fil-Kazin Re Gorg V; kienet l-ewwel okkazjoni ta' din ix-xorta li saret hemm. Kellhom familja ezemplari b'erbat itfal; Mary, Re. Fr. Joe B.A.,Lic.D. Charlie u Terry. Fl-1972, Joseph Bugeja mar joqghod Santa Lucija ma' ibnu Fr. Joe meta kien kappillan t'hemm. Joseph Bugeja ghadda ghall-hajja ta' dejjem fis-sena 1987 fil-Parrocca ta' Stella Maris, tas-Sliema, meta ibnu Fr. Joe kien Kappillan.

Referenzi:
Programm Festa Santa Marija 1999; Joseph Bugeja (1896-1987), pagna 25 kitba tas-Sur Joseph Farrugia.
Programm Festa Santa Marija 2000; Trijunvirat Amminsitrattiv, pagna 25 kitba tas-Sur Joseph Farrugia.



Giovanni Ghigo (1946 - 1947) u (1949-1955)
Ganni Ghigo twieled l-Imqabba fl-1901, iben Nikola u Guzeppina mwielda Caruana. Wara li ha l-ewwel edukazzjoni tieghu fl-iskola ta' l-Imqabba, Ganni ghadda ghal klassijiet oghla fl-iskola taz-Zurrieq. Attenda skola preparatorja ghall-ezami tad-Dockyard immexxija minn Mr. McKay f'Bormla. Ghadda mill-ezami tad-Dockyard u ghamel apprendistat ta' shipwright. Ganni haddan is-sengha b'entuzjazmu u dan kien providenzjali ghas-Socjeta'.

Wara l-ewwel gwerra dinjija, bdiet tinhass fost is-socji x-xewqa li jizdied sostanzjalment l-armar tal-festa. Ir-responsabbilta' tal-kostruzzjoni waqghet fuq Ganni Ghigo li ha hsieb jordna d-disinji. Hu kien intefa' b'ruhu u gismu fuq ix-xoghol ta' l-armar. Wara li l-ewwel inhadmu l-pedestalli ta' Sant'Anna u San Gwakkin , kien imiss dawk tal-appostli, ta' l-angli fi Triq il-Parrocca u tad-dawl. Wara dan kollu harget l-idea li ssir statwa ta' l-Inkurunazzjoni tal-Madonna. Ganni ghigo kien talab disinn lill-maghruf Abram Gatt li kien ukoll superjur tieghu fit-tarzna. Hekk twieled il-pedestall kapolavur maghruf aktar bhala l-'Kolonna'.

Ganni Ghigo zzewweg lil Marija Stella xebba Mallia fl-1925 u kellhom hames ulied; Dun Joseph Ghigo S.J. Lic. Phil, Lic. Theol. B.Sc. Econ. (Lond), Attilio, Karmenu, piju u Vince. Fis-sena 1934 mar joqghod Rahal Gdid izda matul il-gwerra gie joqghod l-Imqabba fl-istess dar li kellu qabel. Wara Ganni rega' mar joqghod Rahal Gdid izda regolarment kien imur il-kazin bir-rota, xemx u xita, nhar ta' Hadd, festi u meta kien ikun hemm bzonn. Inhatar president fis-sena 1949 u baqa' fil-kariga sal-1953 meta rtira minhabba sahhtu. L-ahhar hidma imperattiva tieghu kienet l-idea tat-tkabbir tal-kazin fl-1946. Il-bini li kien jikkonsisti f'sala fl-ewwel sular u kolonnar fil-portiku beda meta Ganni kien ghadu President tas-Socjeta'. Hu kellu s-sodisfazzjon li jara l-portiku u s-sala principali lesti ghall-festi kbar li ghamlet is-Socjeta' fl-okkazjoni tad-defenizzjoni tad-Domma ta' l-Assunzjoni.

Referenzi:
Programm Festa Santa Marija 2000; Trijunvirat Amministrattiv, pagna 29 kitba tas-Sur' Joseph Farrugia.



Leonard Spiteri (1955 - 1956)
Leonard Spiteri twieled l-Imqabba nhar it-18 ta' Jannar 1930, iben Guzeppi u Marija nee' Debattista. Attenda l-iskola primarja tal-Gvern u l-Kullegg De La Salle. Dahal bhala 'apprentice joiner' fit-Tarzna ta' l-armiraljat fl-1945.

Beda jitghallem il-muzika u d-daqq ta' l-oboe fil-kazin Re Gorg V u ddebutta ma' l-Okestra Santa Marija. Bandist regolari tal-Banda Re Gorg V mit-twaqqif taghha fl-1947.

Fl-1953 hadem bradella u bankun ghall-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju fil-knisja parrokkjali ta' l-Imqabba. Din l-opra giet iddisinjata minnu stess bi stil kompletament gdid ghal dak li soltu naraw. Fl-istess sena ddisinja u hadem il-bieb ta' barra tal-kazin Re Gorg V. Fl-1950 beda l-istudji tieghu ta' l-armonija u l-kontrapont ghand is-surmast Carmelo Costa u kkwalifika ghad-diploma A.Mus.LCM. fl-1953. Sadattant Leonard Spiteri gie mahtur Surmast Direttur tal-Banda Re Gorg V, kariga li okkupa bejn l-1951 u l-1956. Inkuaggit mill-ewwel successi fl-istudji muzikali, iddecieda li japprofondixxi b'iktar serjeta'. Fl-1956 mar Londra u rregistra bhala student tal-London College of Music u l-Guild Hall of Music and Drama fejn kien jattendi bhala 'evening classes student'. Fl-1957 ikkwalifika ghad-diploma L.Mus.LCM. u ghal F.L.C.M. fl-1962. Sa fejn hu maghruf dan kien l-ewwel Malti li studja fil-London College of Music u mmerita dawn iz-zewg diplomi.

Lura f'Malta fl-1964 kiteb innu "Lil Marija Assunta" ghall-banda li tant kien hadem ghaliha - il-Banda Re Gorg V. Dan ir-rigal kien l-ewwel innu ghall-vuci pwerili li kellha s-Socjeta' Santa Marija ghall-festa tal-parrocca. Mill-mod kif bena din il-kompozizzjoni u l-maestrija fl-armonija, nibdew nifhmu l-abilta' ta' dan is-surmast kompozitur. Indaqq l-ewwel darba mill-Banda Re Gorg V minn fuq iz-zuntier fi hrug il-vara ta' Santa Marija min-nicca nhar il-Hadd 9 ta' Awissu 1964, u kien kantat minn kor ta' xebbiet tas-Socjeta'.

Fl-istess sena hadem bankun fejn jitpogga s-salib u l-lanterni tal-fratellanza tar-Ruzarju u fl-istess zmien ukoll irrinova l-bieb ta' barra tal-kazin. F'Novembru 1964 gie impjegat bhala Full time Visiting Master fil-muzika u l-craft mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni fejn wara gie stabbilit. Dam 27 sena f'dan l-impjieg sa ma rtira bl-eta'.

Fl-1965 ha sehem kbir fid-dekorazzjoni tas-sala tal-kazin tas-Socjeta' Santa Marija. Fuq disinn tas-Sur Guze' Galea, mir-Rabat, ghamel il-forom ghall-iskultura kollha tas-saqaf u wara ffurmahom u wahhalhom f'posthom. Mhux possibbli nelenka l-kontribut tieghu, madanakollu bizzejjed nghid li kien mohh principali wara x-xoghol.

Bejn l-1984 u l-1986 Mro. Spiteri ddisinja u hadem in-nicca ghall-istatwa ta' San Bastjan. Din hi l-akbar xoghol fid-daqs li harget minn idejh. Fuq disinn tas-Sur Frans Galea hadem ix-xoghol ta' l-injam tal-pedestall waqt li l-abbozzi tal-bronz saru mid-disinjatur. Is-sena l-ohra hadem il-bazi tan-nicca ghall-Madonna tad-Duluri, li qatt ma kienet kompluta. F'dan ix-xoghol ta' min japprezza d-disinn, konstruzzjoni, il-kwalita' u metodu ta' l-interzja li jehodna lura ghal mijiet ta' snin, xoghol li ma tantx jidher fil-knejjes ta' San Bastjan, Hal Qormi, fejn mar jghix meta zzewweg lil Josephine nee' Borg fl-1968.

Ghad li ghal dawn is-snin kollha ghex barra minn rahal twelidu, Mro. Leonard Spiteri ghadu jhobb u jinteressa ruhu fl-Imqabba u b'mod partikulari fis-Socjeta' Santa Marija u Banda Re Gorg V.

Referenzi:
Estratt mill-Programm Festa Santa Marija Mqabba pagna 128 - kitba tas-Sur Joseph Farrugia



Charles Sciberras (1956 - 1962)
Chev. Charles Sciberras O.S.J. twieled f'Ottubru tas-sena 1938. Studja fil-Kullegg ta' St. Michael u wara kompla bl-istudji tieghu fl-Universita' ta' Malta.

Hadem bhala ghalliem u aktar tard hadem ukoll mas-Servizzi Civili. Chev. Charles Sciberras O.S.J. kellu diversi karigi f'ghaqdiet differenti fosthom fis-Segretarjat Haddiema mal-Partit Nazzjonalista, fl-Assocjazzjoni Libertas kif ukoll fil-Malta Football Association. Kien ukoll referee tal-football fis-snin sittin u sebghinijiet.

Bejn is-snin 1956 u 1962 gie mahtur bhala President tas-Socjet' Santa Marija u Banda Re Gorg V ta' l-Imqqabba. Chev. Charles Sciberras O.S.J. kien ukoll ikkontesta l-elezzjonijiet generali tal-1987 u tal-1992. Imbaghad f'Marzu tas-sena 1994 kien mahtur bhala l-ewwel Sindku ta' San Giljan. Chev. Charles Sciberras O.S.J. kien mizzewweg lil Yvonne u kellhom zewg subien, il-W.Rev. Kanonku Etienne u Owen.

Miet nhar il-Hamis 4 ta' Settembru 2008 fl-eta' ta' 69 sena. Il-funeral tieghu sar fil-Knisja Parrokkjali tal-Karmnu gewwa l-Balluta u d-difna saret fic-Cimiterju ta' Santa Marija Addolorata.



George Busuttil (1962 - 1966) u (1977 - 1983)
George Busuttil twieled l-Imqabba fit-30 t'Ottubru 1942 bin Anthony u Rita nee' Ciantar. Studja fl-iskola primarja tal-Imqabba u wara kompla fil-Lyceum u l-Kullegg ta' l-Ghalliema. Hadem bhala ghalliem fl-iskejjel Primarji u Sekondarji u rtira bhala Assistant Surmast tal-Junior Lyceum. Izzewweg lil Mary nee' Mifsud u kellhom tlett itfal. Wara l-mewt ta' martu Mary, izzewweg lil Lukky nee' Farrugia u mar joqghod iz-Zurrieq.

Kien attiv fil-Kazin Santa Marija bhala membru tal-Kumitat fejn serva wkoll ta' President bejn is-snin 1962 u 1966 kif ukoll bejn il-1977 u 1983.. Bhala passatemp ewlieni kellu l-attivitajiet sportivi fejn ikkwalifika wkoll bhala kowc fl-1972. Ikkowcja diversi timijiet tal-football u fost l-unuri rebah kienu l-kampjonat tal-ghola Divizjoni tal-futbol Malti ma' Hibernians FC fis-sena 1976 biex wara rebah l-istess titlu ma' Valletta fl-1990. Propju minn din is-sena George ser ikun qed joffri l-ghajnuna tieghu ukoll ma' Mqabba FC Youth Nursery b'rizq it-tfal Imqabbin. Ghandu ghal qalbu hafna x-xoghol fil-Volontarjat. Fil-prezent jaghti sehem fl-organizzazjoni tal-purcissjoni tal-Festa. Attwalment George huwa attiv m'Agenzija tal-ivjaggar.



Joseph Farrugia (1966 - 1969)
Joseph Farrugia twieled l-Imqabba fl-1926, iben Pawlu u Rosanna nee Ellul. Attenda l-iskola primarja tal-Gvern sas-6th Standard, skola preparatorja ghall-ezami tad-dhul fit-Tarzna ta' l-Armiraljat, fejn beda jahdem fl-1943. Huwa tharreg u hadem fl-inginerija mekkanika sa l-1958, u kompla jahdem mas-Servizzi Inglizi fuq xoghol klerikali sa l-1978. Fl-1979 beda jahdem mal-Gvern bhala skrivan u fl-1987 irtira bl-eta fil-grad ta' Executive Officer ma' l-Universita ta' Malta.

Fl-1943 huwa beda jattendi ghat-taghlim tal-muzika fil-Kazin Santa Marija u kien idoqq il-vjolin ma' l-Orkestra Santa Marija. Fl-1946 assocja ruhu mal-Banda Re Gorg V sa l-1951. Bejn l-1966 u l-2006 kien membru tal-Kappella Frankie Diacono, fejn kien idoqq il-vjolin.

Bejn l-1947 u l-1951 kien membru tal-Kumitat tas-Socjeta Santa Marija, rapprezentant tal-Banda Re Gorg V fil-Kumitat u Delegat fil-Malta Band Clubs Association. Gie elett membru fl-ewwel Kumitat mahtur wara l-ftehim bejn is-Socjeta u l-Knisja ta' l-Imqabba ta' l-10 t'Ottubru 1960 u mahtur kaxxier tal-Kumitat Festa Santa Marija. Huwa baqa' jokkupa dawn il-karigi sa' l-1966. Bejn l-1966 u l-1969 gie mahtur President tas-Socjeta King George V Band Club. Joseph Farrugia ikkompona dawn l-innijiet u marci:
1961 - Innu lil Santa Marija
1994 - Innu lil Marija Assunta
1995 - Marc - Lill-Fundatur Guzeppi Galea
1997 - Marc - Lil Rahal Twelidi

Huwa ippubblika wkoll ghadd ta' profili ta' persuni Mqabbin u diversi artikoli ohra relatati ma' l-Imqabba u Hal-Qormi. Joseph Farrugia huwa mizzewweg lil Margaret nee Mangion u ghandhom tlett itfal. Is-Sur Joseph Farrugia huwa missier il-Magistrata Dr. Marse-Ann Farrugia li hija wkoll konsulenta legali tas-Socjeta'.



Louis Galea (1969 - 1973)
Louis Galea twieled fis-sena 1948, iben il-Fundatur tal-Banda Re Gorg V Guzeppi Galea. Fis-sena 1966 Louis Galea gie mahtur bhala President ta' l-'Students Catholic Guild' fl-Universita' ta' Malta. Sentejn wara ezattament fis-sena 1968, bhala student kien wiehed mill-organizzaturi ewlenin tal-kampanja 'Djar ghall-Maltin'.

Fis-sena 1971, ikkontesta ghall-ewwel darba l-Elezzjoni Generali, biss ma kienx gie elett. Inhatar bhala president tas-Socjeta' fis-sena 1969 fejn dam f'din il-kariga sas-sena 1973. Huwa gie mahtur bhala wiehed mill-Presidenti Onorarji tas-Socjeta. Sa mis-sena 1976 Dr. Louis Galea dejjem kien elett fl-Elezzjonijiet Generali u eventwalment serva bhala l-ewwel, Shadow Minister ghas-Servizzi Socjali u Xoghol, wara gie mahtur Ministru tal-Politika Socjali fis-sena 1987. Fis-sena 1992 gie moghti t-tmexxija tal-Ministeru ta' l-Intern u Zvilupp Socjali u fis-sena 1995 Ministru ghall-Izvilupp Socjali. Bejn 1998 u 2003 Louis Galea serva bhala Ministru ta' l-Edukazzjoni u hadem favur l-izvilupp tal-potenzjal tal-Poplu Malti fl-oqsma ta' l-Edukazzjoni, Zghazagh Kultura u Sport u kien ikopri wkoll l-oqsma tat-tahrig tul il-hajja, politika dwar ix-Xjenza u t-Teknologija, Librariji u Arkivji. Fis-sena 2008, l-Onorevoli Dr. Louis Galea gie mahtur bhala Speaker tal-Kamra tar-Rapprezentanti tal-Parlament filwaqt li fis-sena 2010 gie nnominat sabiex iservi fil-Qrati tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea.



Charles Sciberras (1973 - 1975)
It-Tabib Carmel M Sciberras twieled l-Imqabba fit-28 ta' Settembru 1951, iben Giovanni Sciberras u Vincenza neec Sciberras.

Ha l-edukazzjoni primarja fl-iskola tal-Gvern fl-Imqabba u dik sekondarja fil-Liceo l-Hamrun. Kompla l-istudju tax-Xjenza fil-Junior College tal-Universita ta' Malta. Wara, ghamel xi zmien jghallem l-Matematika fil-Kullegg Dumnikan St. Albert the Great. Fl-1972 beda l-istudju tal-Medicina u temm dan l-istudju b'success fl-1977 meta ha l-lawrija tad-Dottorat fil-Medicina. Minhabba s-sitwazzjoni prevalenti ta' dak iz-zmien fil-kamp mediku, kellu jmur l-Ingilterra biex ikompli jipprattika l-Medicina fejn hadem f'diversi sptarijiet u wara sar Specjalista fil-Medicina tal-Familja. Fl-1983 irritorna bil-familja f'Malta u beda jahdem bhala Tabib fil-Kura Primarja fid-Dipartiment tas-Sahha u bhala Tabib tal-Familja f'rahal twelidu l-Imqabba kif ukoll l-Qrendi u Haz-Zebbug, il-post fejn joqghod. Fl-1992 inghaqad mal-Korp tal-Pulizija bhala Tabib Ewlieni tal-Korp u illum jokkupa l-grad ta' Supredentent fl-istess Korp.

Sa minn ckunitu kien attiv hafna fil-hajja socjali Mqabbija u kien membru ta' diversi ghaqdiet Mqabbin. Kien habrieki hafna fil-kamp taz-zaghzagh u kien wiehed mil- zaghzagh pijunieri li habierku hafna u meddew idejhom biex infetah l-Youth Centre.

Sa miz-zghozija beda jinvolvi ruhu fil-tregija tas-Socjeta' ta' Santa Marija billi dahal fil-Kumitat tal-istess Kazin. Fl-1973 nhatar President tal-istess Socjetac Santa Marija. Wara tlett snin, minhabba ragunijiet ta' studju, iddimetta minn din il-Kariga. Il-bidu tas-snin sebghin kienu difficli hafna ghas-Socjeta' kemm mil-lat lokali kif ukoll minn dak governattiv. Il-President kien biddel l-istruttura tal-fuljett tal-programm tal-Festa billi zied n-numru ta' pagni miktuba. Din kienet xi haga innovattiva li saret ghal-ewwel darba fil-festi Maltin kollha. Inbidlet ukoll iz-zokklatura tal-faccata tal-Kazin u nbidel d-drapp tal-Istandard Malti. Sar ukoll ir-restawr tal-armar ezistenti. Izda l-akbar opra ghal-Festa ta' Santa Marija saret propju fil-Knisja Parrokkjali meta b'hidma u ko-operazzjoni shiha mal-Kappillan tkabbru u nbidel l-post ta' fejn jintramaw iz-zewg linef kbar li jinxteghlu biss f'Santa Marija. Saru anke l-linef zghar li wkoll jintramaw biss f'Santa Marija. Ma' dawn zdidu zewg linef ohra biex jakkompanjaw lil dawk li qabel kienu jintramaw fil-kappelluni u li jinxtelghu fil-festi principali tal-Parrocca.

Dr Sciberras baqa' sal-lum attiv fis-Socjeta u sena wara l-ohra jaghti l-kontribut tieghu ghal-Festa ta' Santa Marija.

Huwa mizzewweg lil Valerie nee' Abela Medici, ghandu erba' ulied u joqghod Haz-Zebbug.



Joseph Ghigo (1975 - 1977)
Is-Sur Guzepp Ghigo ilu midhla tal-kazin sa mill-1935. Dik is-sena saret festa ghad unur l-gheluq il-25 sena tar-Re Gorg V fuq it-tron tal-Ingilterra. Kienu saru festi kbar. Il-kazin kien armat bil-bandalori mal-pilastri. Guzepp qatt qabel ma kien ra dawk l-affarijiet u allura kienu dawn li ressquh pass pass lejn il-kazin, u l-impressjoni baqghet f'mohhu.

Guzepp kien dilettant kbir tal-loghob tan-nar tal-art, u mohhu kien dejjem ghaddej, jahseb kif jista' johloq xi haga gdida, u li tkun l-ewwel gol-Imqabba, u kif ukoll forsi go Malta. Kien xogholli jirrikjedi hafna hsieb. Zewg innovazzjonijiet li hargu minghand Guzepp kien propju l-universal joint kif ukoll il-famuz arlogg repplika ta' dak tal-Knisja parrokkjali li kien sahansitra jdoqq it-tokki. Il-gibda ghall-kazin u ghall-festa kienu il-kagun li ta ruhu u sahhtu ghal dak l-iskop. L-ewwel kien gie elett bhala segretarju u sahansitra wara bhala President tas-Socjeta' bejn is-snin 1975 u 1977, ghax il-partitarji kienu jaraw fih bniedem habbrieki, onest u patrijott kbir lejn il-kazin. Guzepp Ghigo flimkien ma' hutu Kola u l-mibki Dun Karm huma benefatturi tas-Socjeta'.

Fis-snin tmenin ghaddew bicca art lis-Socjeta' fejn illum jinsab wiehed mill-imhazen.

Is-Sur Guzepp Ghigo jew ahjar kif dejjem kien maghruf ma' kulhadd bhala 'n-Naqxi' halla dan il-wied tad-dmugh nhar il-Gimgha 11 ta' Frar 2011. Il-funeral sar l-ghada s-Sibt 12 ta' Frar 2011 fil-Knisja Parrokkjali tal-Imqabba iddedikata lill-Assunzjoni ta' Marija li taghha Guzepp kien tant devot.



Leonard Farrugia (1983 - 1984)
Leonard Farrugia bla dubju jibqa mfakkar fi hdan is-Socjeta' taghna bhala wiehed mill-pijuniera ewlenin li hadem bla heda sabiex is-Socjeta' taghna tibqa miexja 'l quddiem fil-qasam muzikali. Nardu, kif kien l-aktar maghruf maghna, serva bhala bandist tista tghid sa mill-ewwel snin tal-banda, u baqa sa ftit zmien qabel halliena. Zgur li Nardu ma' waqafx idoqq ghax ried hu. Certament kienet sahhtu li waqqfitu. Dan kienet tixhdu l-bixra mdejjqa ta' wiccu kull meta kien jisma l-banda waqt il-kuncert u hu ma setax idoqq. Nardu kien ukoll Assistant Surmast tal-Banda Re Gorg V, u mexxa ghal hafna snin l-iskola tal-muzika tas-Socjeta' taghna.

Leonard, jew ahjar kif l-aktar konna nafuh, Nardu, twieled nhar is-26 ta' Lulju 1931 u kien iben Joseph u Marija Regina, xebba Scicluna. Izzewweg lil martu Mansi nhar is-6 ta' Novembru 1956. Kellhom erba' t'itfal: Joseph, Gina, Mario u Susan. Hadem ghal aktar minn 30 sena mad-Dipartiment tal-Posta. Kien ragel iddedikat ferm lejn il-familja tant li kien lest jaghmel kull sagrificcju mehtieg. Wara gurnata xoghol il-Posta kont tarah jibqa sejjer ikompli jahdem xi xoghol fil-gebel u mbaghad filghaxija jmur idoqq f'xi tieg.

Tghallem idoqq il-Kurunetta il-Hamrun ghand Mro. Twanny Chircop, li jigi hu t-tenur ta' fama mondjali, Oreste. Matul il-karriera muzikali tieghu tista' tghid li daqq mal-baned kollha Maltin. Kien ukoll imfittex biex idoqq ma' l-orkestra fil-knejjes. Fil-Gimgha l-Kbira, generalment kien idoqq gewwa Hal-Ghaxaq u z-Zejtun. Jiem ta' mpenn muzikali ghal Nardu kienu jkunu zgur dawk tal-Karnival. Allegra wkoll hafna nies waqt ghadd ta' tigijiet, flimkien ma' l-orkestri ta' Jimmy Dowling u Julio Tanti. Pero' l-aktar ghal qalb Nardu kienet bla dubju l-Banda Re Gorg V u warajha l-Banda Queen Victoria taz-Zurrieq, fejn ghamel hafna snin idoqq Kurunetta Solista. Il-muzika kien jehodha b' serjeta' kbira. Daqq sahansitra barra minn Malta, gewwa l-Awstralja fost l-emigranti Maltin. L-arti u l-muzika kienu go qalb Nardu.

Fi hdan is-Socjeta' tista' tghid involva ruhu f'kull qasam. Kien fil-kumitat fejn serva anke bhala President u aktar tard President Onorarju. Fiz-zoghzija tieghu kien membru ta' l-ghaqda tan-nar. Kien ukoll jaghmel parti attiva mal-grupp tejatrali Aurora. Min jaf kemm daqq il-kurunetta waqt it-tejatrin u min jaf kemm organizza kompetizzjonijiet tal-kant gewwa s-sala principali tal-kazin.

Pero' l-aktar haga ghal qalbu fis-Socjeta' kienet bla dubju l-Banda: it-tieni familja tieghu kienet tista' tghid li hi l-Banda. Nardu regolarment kien jishaq li: "Il-Kazin huwa tal-Banda. Ghalhekk fil-Kazin il-muzika ghandu jkollha l-ewwel prijorita'. Il-Banda ghandha tkun is-Sinsla tas-Socjeta' ". Nardu sa l-ahhar mumenti ta' hajtu kien jemmen li: "Jekk ghandek ghal qalbek il-gid tas-Socjeta' ridt tibni pedament sod ghall-Banda, permezz tat-taghlim kontinwu u r-rispett tal-bandisti tal-post". Kien spiss jghid: "Daqs kemm ihoss bandist tal-post ghall-banda tieghu, ma jista' jhoss l-ebda bandist iehor li jkun qed jigi maqlugh bil-flus". Nardu kien jaf dan mill-esperjenza tieghu mal-Baned. Bandist tal-post mghallem sew muzikalment izda li jkollu fil-vini tieghu jigri d-demm ta' Mqabbi gej minn familja li dejjem kienet qrib il-kazin u l-festa ta' Santa Marija taghmel id-differenza kollha. Nardu dejjem sahaq li l-Banda tkun mibnija madwar l-element Imqabbi. Fit-trufijiet dejjem ried li jkun hemm Bandisti Mqabbin !!

Nardu hadem hafna biex il-banda tibqa hajja b'mod specjali wara li hafna mill-bandisti emigraw fis-snin sittin. Kien jemmen hafna fit-taghlim u nistghu nghidu li fis-Socjeta' zera certu mhabba u fl-istess hin dixxiplina sabiex dak kollu li ghandu x'jaqsam mal-Banda jittiehed bl-akbar serjeta'. Minbarra dan, kellu wkoll pinna muzikali tajba u l-melodiji li kien juza fil-marci li kkompona kienu tieghu biss! Jekk l-Innu Marc "Marija Assunta" huwa t-timbru ta' Nardu bhala kompozitur tal-Marci tal-widna, il-Marc Funebri tieghu "Tislima" juri s-sensittivita' muzikali kbira li kellu.

Nardu baqa jhobb il-Banda sa l-ahhar nifs ta' hajtu. Minhabba sahhtu kellu kontra qalbu jieqaf idoqq. Pero xorta wahda baqa jinzel il-kazin ghall-kuncert. Ma kienx joqghod minghajr ma' jara kif inhi sejra l-banda. Kien ha gost hafna meta sar jaf li l-banda kienet ser issiefer l-Italja. Ma kellux ix-xorti li jakkumpanjana l-Italja ghax miet ftit xhur biss qabel morna ndoqqu l-Italja. Kien ikun zgur sodisfazzjon kbir ghal Nardu kieku kellu jara l-Banda taghmel dak is-success kbir Internazzjonali f' Lulju ta' l-1996. Min jaf kemm kien jifrah, u bir-ragun jitkabbar, li kieku fl-1998 kien ghadu maghna meta primarjament bis-sahha tal-Banda li hu tant habb, is-Socjeta' taghna kisbet l-unur prestiggjuz u uniku, Etoile d'Or du Jumelage. Mhux ta' b'xejn li t-tifkiriet ta' dan l-unur illum jinsabu gewwa l-Kazin fis-Sala tal-Kuncerti tal-Banda, merfugha hdejn il-Kurunetta li Nardu daqq ghal hafna snin mal-Banda Re Gorg V.

Referenzi:
Hajr ghall-informazzjoni: Sinjura Mansi Farrugia (mart Nardu) kif ukoll Ing. Mro. Anthony Camilleri.



Joseph Sciberras (1984 - 1985)
Is-Sur Joseph Sciberras twieled l-Imqabba nhar il-5 ta' Awissu 1948, iben Giovanni Sciberras u Vincenza Sciberras.

Ha l-edukazzjoni primarja fl-iskola primarja tal-Imqabba u dik sekondarja fil-Kullegg De La Salle, Kottonera. Kompla jistudja s-sengha ta' mekkanik u dahal jahdem fis-settur privat mal-Kumpanija Malta Rubber (Dowty) bhala Maintenance Mechanic. Fl-1976 inghaqad fil-Korp tal-Pulizija u lahaq il-grad ta' Surgent. Ghamel xi zmien jahdem bhala self-employed f'diversi setturi u wara rega' nghaqad mal-Korp. Fl-1994 rega' beda jahdem specjalment bhala installatur tad-dawl u ilma. Illum jinsab pensjonant.

Il-Festa minn dejjem kienet ghal-qalbu, tant li ghamel xi zmien jahdem fid-delizzju tan-nar. Is-sehem tieghu fil-festa baqa' dejjem jikber sabiex fl-1984 sar President tas-Socjeta'. Kellu vizjoni twila tant li ghalkemm kellu hafna opposizzjoni minn xi partitarji, irnexxielu jaqta' d-drawwa tal-hruq tas-sfafar u gassijiet li kienu jsiru fil-marci brijuzi. B'hekk il-Banda kellha hafna aktar sehem f'dawn il-marci. Din kienet ukoll xi haga gdida ghal-Festi Maltin u li nbdiet mis-Socjetac taghna - ferm qabel ma ittiehdet l-istess decizjoni mill-awtorijiet governattivi. Ha hsieb li jkabbar l-programm tal-festa billi fl-1984 nhareg ghal-ewwel darba f'forma ta' ktieb. Sar ukoll ir-riforniment tal-bar kif ukoll saret z-zokklatura tal-irham fl-entrata tal-Kazin.

Baqa' jippartecipa fil-hidma tas-Socjeta' billi ghal-bosta drabi kien membru attiv f'diversi Kumitati Centrali.

Huwa mizzewweg lil Gorgina nee' Camilleri u ghandu tlett itfal u joqghod l-Imqabba.



Joseph Farrugia (1985 - 1990)
Is-Sur Joe Farrugia maghuf bhala l-Farell twieled iz-Zurrieq fis-26 t'Ottubru 1956. ghex ghal diversi snin l-Imqabba u llum il-gurnata joqghod f'Hal Tarxien. Sa minn eta' zghira beda jahdem fin-negozju, f'liema qasam illum ghandu esperjenza kbira.

Is-Sur Joe Farrugia hu bniedem sportiv hafna u sa minn ckunitu kien attiv fil-futbol, fejn laghab mal-Mqabba F.C. u aktar tard mal-Hamrun Spartans u St. Patrick F.C. Fil-karriera sportiva tieghu, Joe Farrugia ccelebra mumenti sbieh ma' shabu tat-tim, fosthom promozjonijiet u esperjenza ma tintesiex meta l-Mqabba F.C. rnexxielhom jitilghu mit-tielet divihjoni ghall-Premier b'43 loghba minghajr meghluba.

Wara l-eseperjenzi tieghu bhala palyer, Joe Farrugia beda jinvolvi ruhu fil-festi, b'kollaborazzjoni mal-kazini tal-banda li dejjem sabu l-ghajnuna tieghu. Joe kien ukoll inhatar President tas-Socjeta' Santa Marija u Banda Re Gorg V tal-Imqabba fis-sena 1985. Dam jokkupa din il-kariga sas-sena 1990. Joe kien ukoll involut f'diversi ghaqdiet ohra b'mod regolari.

Joe Farrugia huwa mizzewweg lil Nicolina u ghandu tlett ulied, Philip, David u Annette. Sa minn eta' izghar Joe kellu wkoll interess fil-politika. Kien fis-snin disghin meta gie mhajjar sabiex johrog ghall-politika mal-Partit Laburista. Fis-sena 1996 kien elett Membru Parlamentari u kien jifforma parti minn Gvern Laburista. Ghal numru ta' snin, Joe kien ukoll kontributur regolari fuq il-gurnali lokali.



Carmel Zahra (1990 - )
Is-Sur Carmel Zahra twieled l-Imqabba nhar is-26 ta' Ottubru, iben Joseph Zahra u M'Grace neec Zammit.

Ha l-edukazzjoni primarja fl-iskola primarja tal-Imqabba u dik sekondarja fit-Technical Institute Paola. Minn etac zghira beda jahdem fl-industrija tal-gebel, l-ewwel bhala impjegat ma' missieru u wara bhala self-employed fl-istess industrija tieghu. Fl-1984 ghamel xi zmien qasir jahdem bix-xarabank, sabiex wara sar importatur tal-ingenji uzati kif ukoll dahal fl-industrija tal-bini u artijiet. Fl-1998 sar Direttur manigerjali tas-sala tat-tigijiet Palazzo Nobile u illum huwa pensjonant.

Minn zghozitu kellu herqa kbira ghal-Festa u wara xi zmien jghin fid-delizzju tan-nar, xtaq li jkollu hidma aktar diretta fis-Socjetac. Ghalhekk fil-1986 sar membru fil-Kumitat Centrali u bejn 1988-90 okkupa l-kariga ta' Segretarju tas-Socjeta'. Fl-1990 nhatar bhala President u zgur li qatt ma ghaddielu minn mohhu li din il-kariga kienet ser tkun wahda dejjiema. Tant li sal-lum ghadu jokkupa din l-kariga minghajr ebda interruzzjoni.

Ghandu esperjenza kbira fil-bini u ghalhekk zgur li ma jistax jonqos li l-Presidenza tieghu ma tkunx karetterezzata minn programm shih ta' tibdil strutturali fil-Sede tas-Socjetac kif ukoll embelliment tal-istess Kazin. Saru hafna progetti, fosthom it-tibdil tat-tarag ewlieni biex dan sar tal-granit, il-bini tat-tieni mahzen u s-sala ta' fuqu, ir-restawr tas-Sala Principali u t-twettiq tal-progett tal-pitturi varji u maestuzi li jsebbhu lil din is-sala - il-Konvoj, Maria Regina, l-Arti u ohrajn. Inghata l-bidu ghal-bini tal-plancier u saru diversi tkabbir tal-armar u statwi godda li jkomplu jkabbru u jsebbhu l-Festa ta' Santa Marija. Impossibli li ssemmi kull ma sar matul dawn l-ghoxrin sena. Imma l-akbar monument li ser jithalla huwa l-estenssjoni tal-Kazin, holma li ilha tberren fil-mohh tal-President u li din is-sena ser issir realta', proprju rigal sabih ghal-Festi Centinarji.

Saru diversi zjarat minn hafna personalitajiet distintti fosthom Presidenti ta' Malta, Prim Ministri u Politikanti distinti, Arcisfqijiet ta' Malta u Isqfijiet ohra, Ambaxxaturi u nies ohra prominenti fil-hajja Maltija kif ukoll barranija. Kien hemm ukoll laqghat mal-Familja Rjali Ingliza. Avveniment importanti kien l-gemellag li sar mal-Corpo Bandistico ta' Santa Vittoria in Matenano ta' Ascoli Piceno, l-Italja, li wassal ghar-rebh tal-Unur prestiggjuz tal-Etoiles d'Or du Jumelage. Fis-sena 2007 il-Banda Re Gorg V kellha x-xorti li ddoqq ghall-ewwel darba gewwa s-sala Nervi quddiem udjenza mal-Papa Benedittu XVI.

Twieldu diversi ferghat fis-Socjeta', fosthom l-Fergha tan-Nisa, s-Sezzjoni Zghazagh, l-Ghaqda tal-Armar. Tkabbret l-Ghaqda tan-Nar. Dan kollu wassal ghal diversi rebh ta' Unuri minn dawn l-ghaqdiet diversi, kemm fuq livell Nazzjonali kif ukoll dak Internazzjonali. Dan kollu kien strumentali biex s-Socjeta' Santa Marija tpoggiet fi klassi ta' Socjetajiet kbar Maltin.

Propju nhar is-Sibt 23 ta' Ottubru 2010, is-Sur Carmel Zahra gie moghti l-unur Gieh l-Imqabba 2010 ghad-dedikazzjoni u s-sehem volontarju u attiv tieghu b'risq il-festi fir-rahal. Dan l-unur jahbat sewwa sew f'gheluq l-20 anniversarju minn meta s-Sur Zahra gie mahtur bhala President tas-Socjeta' kif ukoll f'gheluq il-100 sena mit-twaqqif tas-Socjeta'.

Huwa mizzeweg lil Mary nee' Sciberras. Ghandu tlett itfal u joqghod fil-limiti tas-Siggiewi.