Dan il-Kor, li twaqqaf fl-1990, gej mill-municipalita' ta' Jafo li jinsab fil-periferija ta' Tel-Aviv, Izrael. Il-Fundatur tal-Kor huwa Eli Gefen, ta' nisel Lhudi mic-~ekoslovakkja, li ghex u kellu x-xorti jiskappa mill-Holocaust tat-Tieni Gwerra Dinjija. Eli Gefen, flimkien ma' martu Sylvia, mara ta' nisel Lhudi minn Londra, ghadu sal-lum il-gurnata jiehu hsieb u jidderiegi dan il-Kor. Wiehed mill-ghanijiet ghaliex twaqqaf dan il-Kor huwa sabiex ikun ta' mezz biex immigranti Lhud, partikularment dawk provenjenti mir-Russja, isibuha aktar facli jintegraw irwiehom gewwa Izrael. Illum il-gurnata, dan il-Kor, kompost minn madwar 35 membru, wasal ghal ghan principali li jikkommetti ruhu sabiex iwassal l-ideal ta' Paci u Ghaqda bejn il-Gnus. Dan billi jattira membri fi hdanu li jkunu gejjin mill-Kulturi kollha tal-Lvant Nofsani, u wkoll billi jghaqqad flimkien fir-repertorju tieghu muzika Lhudija, Gharbija u Kristjana.
Matul il-ftit aktar minn ghaxar snin li ilu jezisti, dan il-Kor irnexxielu jistabbilixxi ruhu sew fost l-ahjar li wiehed isib gewwa Izrael. Kiseb ukoll ghadd ta' successi fl-isfera internazzjonali. Fost il-postijiet fejn il-Kor Alei Gefen ta wirjiet b'success insibu: Covent Garden u Royal Albert Hall, Londra; Il-Katidral ta' Notre Dame Parigi; Israel Philarmonic Orchestra Guest House; Il-Knisja tan-Nativita', Betlehem; u Jerusalem's Tower of David. Ippartecipa wkoll f'ghadd ta' Festivals Internazzjonali fosthom: Irlanda (Sligo International Choir Festival, 1998); Wales (Eisteddfod International, 2000); Awstrija (Graz & Vienna Choir Festivals, 2001); Repubblika ~eka (Prague Festival, 2001); u Malta (14th International Choir Festival, 2002).
Iz-Zjara tal-Kor Alei Gefen gewwa l-Imqabba
Il-Kor Alei Gefen zar l-Imqabba nhar il-Hadd 10 ta' Novembru 2002 fil-ghaxija, ftit sighat biss wara li wasal Malta minn Tel-Aviv, via Ruma. Il-Kor gie hawn Malta sabiex jippartecipa fl-14-il Festival Internazzjonali tal-Korijiet li sar gewwa Dar il-Mediterran f'Novembru li ghadda. L-ewwel impenn gewwa l-Imqabba kienet laqgha ta' kortezija ghand il-Kunsill Lokali. Wara kelmtejn ta' merhba mis-Sindku s-Sur Emanuel Buttigieg, sar bdil ta' rigali f'isem iz-zewg nahat u wara l-Kor kien mistieden ghal bibita fil-bini tal-Kunsill.
Wara din il-laqgha qasira il-Kor mexa tul Triq il-Parrocca sal-Kazin fejn wara ftit minuti ta' warm up, beda l-Kuncert Korali tieghu li nzamm gewwa s-sala ewlenija tal-Kazin, sewwasew fl-isfond tal-pittura tal-Konvoj. Il-programm kien jinkludi tahlita ta' muzika korali li varjat minn dik religjuza ghal dik tradizzjonali Izraeljana. Il-Kuncert beda b'zewg ghajtiet ghall-paci. It-Tradizzjonali Shalom Aleichem ('Il-Paci Maghkom') u Pavillion for Peace, kompozizzjoni ta' David Grosz li ta' min jghid jigi missier Eli Gefen u li kien kiteb din is-silta ftit qabel miet gewwa l-Kamp ta' Koncentrament f'Auschwitz. Imbaghad il-Kor kanta Missa Brevis ('Little Mass') ta' Zednek Lukas, li giet segwita minn Halleluljah ta' Levandovsky. Ma setax jonqos li l-Kor imbaghad ikanta Ave Maria ta' Rachmaninoff. Wara, il-Kor Alei Gefen kanta erba' siltiet tradizzjonali Lhud, Jerusalem of Gold, Serenity, Eli Eli u Horah (Danza folkloristika minn Izrael).
Wara saru kelmtejn ta' l-okkazjoni mill-Vici President tas-Socjeta' s-Sur Antoine Sciberras, fl-assenza tal-President is-Sur Carmel Zahra li ma setax jattendi minhabba mpenji ta' xoghol. Sar bdil ta' rigali bejn il-Kor u s-Socjeta' u mbaghad kulhadd kien mistieden ghal riceviment li matulu l-membri tal-Kor hadu l-opportunita' jaghmlu hbieb maghna u japprezzaw il-gmiel artistiku tas-sala fejn kienu ghadhom kif kantaw. Bhala apprezzament imbaghad membri tal-Kor hadu inizjattivi personali u qaghdu jkantaw xi muzika popolari. Hawnhekk stajna napprezzaw aktar il-hila ta' dawn il-kantanti, li ghalkemm m'humiex professjonali, urewna kemm huma kapaci jiehdu l-arti muzikali bis-serjeta' u x'livell individwali kapaci jilhqu.
Ta' min jghid ukoll li ghal din is-serata kellna attendenza numeruza bejn numru tajjeb ta' partitarji u ghadd ta' nies mill-Komunita' Lhudija Maltija li ghogobom jattendu. Fost il-mistednin distinti ta' min wiehed isemmi lill-Ecc. Tieghu Dr Abraham Borg, Ambaxxatur Malti ghal Izrael u s-Sinjura tieghu, flimkien mas-Sindku ta' l-Imqabba, is-Sinjura tieghu u rapprezentanza mill-Kunsill ta' rahalna.
Niehdu l-opportunita' sabiex nirringrazzjaw lis-Sinjuri Alfred Galea u Lawrence Attard Bezzina, li ghamluha possibbli sabiex dan il-Kor seta' jaghmel din iz-zjara gewwa l-Kazin tas-Socjeta'. Naghlqu billi nippubblikaw messagg ghall-okkazjoni tal-festa li l-Kor Alei Gefen ghogbu jibghatilna.
Messagg mill-Kor Alei Gefen, Jafo-Tel Aviv, Izrael
Gheziez hbieb minn Malta,
Il-Kor taghna ser jibqa' jiftakar, u certament mhux ser jinsa, il-kelmtejn ta' merhba li ghamlilna l-Wisq rispettabbli Sindku Emanuel Buttigieg u r-rigali imprezzabbli mnaqqxin bl-isem tal-Kor taghna, li intom ghogobkom tirregalawlna mal-wasla taghna gewwa l-Imqabba sabiex inkantaw ghad-dilettanti tal-muzika Mqabbin nhar l-10 ta' Novembru 2002. Din kienet l-ewwel laqgha taghna man-nies ta' Malta. Nistghu nghidu li kwazi gejna direttament mill-ajruport lejn il-Kazin tas-Socjeta' Santa Marija u Banda Re Gorg V. Il-pajjiz (Malta) u r-rahal taghkom sincerament ghandhom dik ix-xi haga li tigbdek minn hafna aspetti. Jista' jinghad ukoll illi fid-dinja mhawda tal-lum, ftit hafna huma l-postijiet fejn wiehed ihossu tassew fil-paci u ferhan, hekk kif hassejna ruhna ahna meta gejna nkantaw fis-sala ewlenija tal-Kazin taghkom. L-atmosfera gewwa dan il-post hija wahda mill-isbah li stajna nigu offruti biex inkantaw fiha. Mhux biss minhabba l-pitturi impressjonanti li wiehed isib fis-sala, izda aktar u aktar minhabba l-merhba sabiha li ahna rcevejna minghandkom, u l-hbiberija miftuha u l-entuzjazmu ta' l-udjenza li giet tismaghna gewwa l-Imqabba. Ghalina dawn il-kwalitajiet umani kienu ta' importanza kbira. Tant hu hekk illi rritornajna lura d-dar kburin li gejna milqughin tant tajjeb, u ma' l-ewwel okkazjoni tkellimna u rrakkontajna l-esperjenza taghna fl-Imqabba mas-Sindku u l-Kunsill Municipali ta' Tel-Aviv. Nitolbukom ukoll tippermettulna nikkummentaw rigward ir-relazzjonijiet specjali taghna mal-Pulizija ta' Malta li hadu hsiebna b'kura u attenzjoni kbira mill-mument li wasalna Malta, sa meta tlaqna lura. Il-Pulizija kienu anke maghna waqt li kantajna gewwa l-Imqabba.
Ghalhekk, Sur Galea, nitolbuk taccetta r-ringrazzjamenti taghna ghall-privilegg li offrejtulna u ghall-hidma kbira tieghek u tal-kollegi tieghek sabiex torganizzawlna l-Kuncert gewwa l-Kazin taghkom. Ahna lkoll nisperaw u nixtiequ li dan kollu jerga jigri fil-futur !
Nibaghtu l-isbah xewqat ta' sahha u prosperita' lis-Sindku u Kunsill ta' l-Imqabba, kif ukoll lill-Kumitat u membri tas-Socjeta' Santa Marija u l-Banda Re Gorg V.