Surmast Amerikan minn Louisana, Mro. Andy Isca (2007)
It-tieni mistieden internazzjonali tas-Soējetą matul il-festa tas-sena 2007 kien Andy Isca minn gewwa l-Istati Uniti. Tul is-sentejn jew tliet snin ta' qabel kien diga jiezisti kuntatt ma' dan is-surmast Amerikan, snin li fihom Andy baghat ammont ta' muzika, kemm kompozizzjoni tieghu u kemm muzika ohra ghall-Banda. Fis-sena 2007 Andy ghogbu jzur Malta sabiex jesperjenza l-festa taghna. Filfatt kien ukoll il-mistieden tal-unur waqt il-programm tal-10 t'Awissu fejn kien ukoll mistieden jidderiegi l-Banda taghna. Andy Isca twieled fi New York, izda ilu ghal diversi snin jghix gewwa Louisiana. Ghandu zewg Degrees fil-muzika mill-Universitą ta' Louisiana, kif ukoll Dottorat mill-Konservatorju Amerikan tal-Muzika.
Andy ghamel karriera bhala ghalliem tal-muzika, karriera li fiha kiseb diversi unuri fosthom Laurea minghand John Philip Sousa Foundation, unur li jinghata lil ghaxar ghalliema kull sena. Ghamel zmien ukoll President tal-Association of American Concert Bands. Illum il-gurnata Andy Isca jmexxi programm fuq KEDM Public Radio. Il-programm jismu Bandscape u jitratta muzika mill-aqwa baned tad-dinja. Dr. Isca huwa s-Surmast Fundatur ta' Riverside Concert Band u regolarment jigi mistieden jidderiegi diversi baned madwar l-Istati Uniti. Ghal tliet snin shah Dr. Isca mexxa l-American Winds Concert Band. Matul dawn is-snin huwa mexxa l-banda fi hdax-il pajjiz differenti fl-Ewropa.