Il-Banda Taljana Associazione Bandistica Cittadina di Cave, provincja ta' Ruma, Italja (2008)

Iz-zjara tal-Banda Re GorG V gewwa l-Italja bejn it-3 u 9 ta' Lulju 2007 saret possibbli wara kuntatti u koperazzjoni bejn is-Socjeta' Santa Marija u l-Banda Taljana Associazione Musicale Bandistica Citta' di Cave - Roma. Dawn il-kuntatti wasslu sabiex isir ftehim ta' skambju muzikokulturali bejn is-Socjeta' Santa Marija ta' l-Imqabba u l-Banda Re GorG V u din l-Assocjazzjoni Muzikali Taljana. Il-Banda Re GorG V Giet mistiedna zzur l-Italja u tiehu sehem waqt Festival Internazzjonali tal-Baned li jsir waqt 'La Festa del Socio' organizzat Gewwa Cave (2007), filwaqt li l-Banda Taljana minn Cave Giet mistiedna zzur Malta u tiehu sehem fil-festa ta' Santa Marija fl-Imqabba (2008). Il-Banda ta' Cave twaqqfet fl-1992 minn Grupp ta' muzicisti mill-Belt. L-ghan ewlieni wara t-twaqqif tal-Banda kien illi jinvolvi tfal u zghazagh fid-dinja talmuzika u li johloq opportunitajiet ta' skambji socjo-kulturali ma' entitajiet muzikali ohrajn kemm Taljani kif ukoll pajjizi ohrajn Ewropej. Issa l-Banda ilha tahdem ghal dawn l-ahhar 15 il-sena, anke grazzi ghan-nies kollha ta' Cave li dejjem segwew, inkoraGGew u sostnew l-attivita' tal-Banda. Bir-rieda, l-entuzjazmu u lpassjoni lejn l-arti muzikali, il-membri ta' din il-Banda dejjem irnexxielhm jeghlbu kull sfida b'kuraGG. Dawn il-15 il-sena raw lil din il-Banda tikber kemm lokalment fl-Italja kif ukoll fl-isfera Internazzjonali. Il-Banda dejjem ghamlet unur lill-belt ta' Cave kull fejn daqqet. Ftit ftit il-Banda kibret muzikalment anke grazzi ghas-Surmast habrieki taghha Mro. Giuseppe Ambrosini li b'sens ta' dover irnexxielu jidderiegi din il-Banda dejjem il-quddiem sa mit-twaqqif taghha. Dan grazzi wkoll ghall-membri Bandsiti kif ukoll ghall-membri tal-Kunsill Amministrattiv li sa mill-bidu nett gharfu kif ghandhom jissuperaw b'kuraGG kull sfida li giet quddiemhom sabiex b'hekk irnexxielhom joholqu realta' tant hekk sabieha ghall-Belt ta' Cave.

Sa mill-bidu nett ta' l-ezistenza taghha, fl-1994, il-Banda ta' Cave bdiet tahdem fl-isfera Internazzjonali permezz ta' zjara Gewwa l-Awstrija fejn daqqet vicin Salsburg fosthom fil-Palazz ta' l-Imperaturi fi Kremsmunster. Dan wassal ukoll ghall-ewwel skambju mal-Banda tal-post Awstrijakk li zaru l-Italja s-sena ta' wara fl-1995. Sentejn wara fl-1996 il-Banda ghamlet it-tieni avventura Internazzjonali fl-Ungerija fejn sar gemellagg mal-belt ta' Balaton Maria Furdo. Il-Banda hawnhekk tat kuncerti gewwa Budapest u bliet u rhula ohrajn fil-vicin ta' Balaton. Hadet sehem ukoll fl-isfilata tradizzjonali matul il-Festival Tradizzjonali ta' l-Inbid flimkien ma' ghadd ta' Baned ohrajn, Gruppi folkloristici u majorettes. FL-1997 il-Banda regghet harget mill-Italja biex tiehu sehem matul Festival Internazzjonali iehor din id-darba gewwa d-Danimarka. Dawn iz-zjajjar kollha kienu opportunitajiet ghall-Banda li hallew memorji sbieh kif ukoll servew sabiex dawk kollha li ppartecipaw skoprew hbiberiji godda u esperjenzaw kulturi godda. Il-Banda ta' Cave wkoll tahdem hafna fil-qasam lokali Taljan permezz ta' ghadd ta' attivitajiet u kuncerti. Tiehu sehem fil-hafna okkazjonijiet u festi li jsiru gewwa Cave kif ukoll matul ghadd ta' okkazjonijiet ohrajn madwar l-Italja. Fis-sena 2000 il-Banda ghamlet gemellagg mal-Banda ta' Civezzano minn gewwa Trentino. Il-Banda daqqet ukoll gewwa Villa Borghese f'Ruma, fi pjazza San Pietru gewwa l-Vatikan, fil-Katidral ta' Orvieto u fl-Awditorium Muzikali ta' l-Aquila fost ohrajn. Il-Banda wkoll regolarment taghti kuncerti flimkien mal-Kor "Perosi" minn gewwa Cave stess. Il-Banda dehret ukoll kemm il-darba fuq it-televizjoni Taljana bl-ahhar dehra tkun fuq Canale 5 f'April 2007 waqt il-programm popolari tal-Hadd 'Buona Domenica'.

Ir-repertorju ta' din il-Banda huwa wiehed vast hafna u dejjem immirat sabiex jolqot il-gosti ta' kulhadd. Il-Banda tesegwixxi muzika klassika kif ukoll moderna. Tiffoka wkoll fuq muzika folkloristika Taljana. Fil-fatt il-Banda wkoll ghandha element li kapaci jimprovizza ruhu fi grupp li jdoqqu u jkantaw muzika folkloristika u tradizzjonali Rumana. L-avveniment annwali tal-Banda hija 'La Festa del Socio' li ssir bejn Gunju u Lulju fejn il-Banda tiehu okkazzjoni sabiex testendi l-esperjenza taghha fil-qasam muzikali, socjali u kulturali.

Cave: Il-Belt minn fejn gejja l-Banda

Il-belt tinsab madwar 40 kilometru l-boghod mill-belt kapitali Taljana Ruma. Il-popolazzjoni attwali tlahhaq madwar 10,000 ruh. Jekk immorru lura fl-istorja nsibu illi l-ewwel dokument li jsemmi l-isem tal-belt imur lura ghas-seklu tmienja meta l-Papa Stiefnu II ghadda tterritorju ta' Cave u l-monasteri ta' San Stiefnu u Santa Sabina lis-sorjiet ta' San Circeo minn Ruma. Certament pero' it-territorju ta' Cave kien diga' ilu jezisti sa minn hafna snin qabel u x'aktarx kien okkupat mill-Prenestini. Jixhdu dan il-fatt ghadd ta' skoperti arkeologici ta' vilel, toroq u oqbra Rumani li saru fit-territorju maz-zmien. Jinghad ukoll illi f'dawn iz-zminijiet il-mexxejja Prenestini kienu joperaw barrieri sabiex jipproducu materja prima ghall-bini. X'aktarx illi l-isem tal-belt origina minhabba din l-attivita' antika tal-Belt. Dokumenti antiki ohrajn konservati mill-belt imorru lura ghas-snin 1296 u 1307. Dawn juru statut jew sett ta' ligijiet li kienu jigu osservati min-nies tal-Belt. Dawn kienu anke jirregolaw il-produzzjoni u l-bejgh tal-lewz u qastan ghas-suq ta' Ruma. Dan jixhed attivita' agrikola antika tal-Belt. Fil-fatt illum il-gurnata ghadna nsibu zona ta' Cave fejn ghad hemm sigar tal-lewz u qastan.

Fis-seklu 15 imbaghad Cave sofriet waqt battalji ghall-poter bejn il-familja Colonna, hakkiema f'dawk iz-zminijiet u l-Papat. Dan wassal sabiex Cave tkun assedjata u sahansitra moghtija n-nar mit-truppi Francizi. Il-poter wara dik il-battalja ghadda f'idejn il-Borgia pero' mhux ghal hafna zmien minhabba li wara l-mewt ta' Alessandro VI Borgia il-poter rega' waqa' f'idejn Colonna. Is-16 u 17 il-seklu kienu perjodi kemmxejn trankwilli ghal Cave li wasslu sabiex l-attivita' ekonomika ta' Cave tikber. Kienu perjodi wkoll meta nbnew ghadd ta' Palazzi, Skejjel u Knejjes gewwa l-Belt. Lejn l-ahhar tas-seklu 18 u l-bidu tas-seklu 19 kienet inbniet il-linja ferrovjarja Roma-Fiuggi, li minhabba li kienet tghaddi minn Cave regghet tat spinta ohra l-quddiem lill-ekonomija ta' Cave. Kien dak iz-zmien ukoll meta minn Cave bdiet l-esportazzjoni tal-qastan u t-tabakk lejn l-Ewropa kollha.

Matul it-tieni gwerra mondjali Cave sofriet attakki mill-allejati minhabba illi fil-vicin kienu stazzjonaw ruhhom xi suldati Germanizi. Hsarat tal-gwerra ghadhom sal-lum il-gurnata jidhru mal-faccati ta' xi bini tal-belt. Cave ta' llum hi certament hafna differenti minn dik ta' dari. Saret belt kemmxejn moderna anke minhabba ghadd ta' bini li tela' fil-periferija tal-belt. L-ekonomija inbidlet kompletament. Il-parti l-kbira tal-haddiema hallew l-eghlieqi biex marru jahdmu f'xoghlijiet ohrajn fil-kapitali Rumana. Anke l-attivita' artigjanali llum il-gurnata naqset hafna mill-belt ta' Cave. Fuq kollox hekk kif gara fl-Italja kollha minhabba l-progress li sar fid-dinja ta' llum. Illum gewwa Cave nsibu ghadd ta' skejjel tista' tghid ghal kull livell ta' studju. Hemm ukoll centru sportiv mill-aqwa. Twaqqfu wkoll diversi assocjazzjonijiet li jinpenjaw ghadd ta' zghazagh f'attivitajiet kulturali u sportivi. Ricentement anke twaqqaf Museo della Civilta' Contadina li ghandu skop ewlieni li jzomm haj milli jintilef dak kollu li jixhed il-hajja antika tal-Belt ta' Cave.

Muzew iehor f'Cave huwa dak iddedikat lill-artist minn Cave Lorenzo Ferri. Gewwa l-muzew wiehed jista' jara partijiet milll-ikbar Presepju tad-dinja permezz ghadd ta' statwi giganteski mahduma minn dan l-artist. Il-muzew jinsab anness mal-knisja kolleggjata ta' Santa Maria Assunta li nsibu f'Cave. Gewwa Cave wkoll insibu numru ta' knejjes li nbnew matul is-snin u li jixhdu l-patrimonju religjuz u artistiku tal-Belt: Il-knisja ta' San Carlo Borromeo, li fiha nsibu xi pitturi li jmorru lura lejn is-seklu 18 ricentement restawrati; Il-knisja ta' San Stiefnu Pro-martri, li hi l-Parrocca minn fejn gejja l-Banda ta' Cave; Knisja ohra tas-seklu 18 huwa s-Santwarju tal-Madonna del Campo li hi l-Patruna ta' Cave; Il-knisja ta' Santa Maria Vecchia li hija parti mill-kolleggjata tas-seklu 9. Ma din il-knisja nsibu wkoll oratorju dedikat lill-Annunzjata u li hu sede tal-fratellanza ta' l-Annunzjata li twaqqfet fl-1614; Fl-ahhar insibu s-Santwarju ta' San Lawrenz, it-tieni Patrun ta' Cave. Din hi x'aktarx l-iktar knisja antika ta' Cave. Dokumenti juru illi din il-knisja kienet inbniet fis-seklu 10.

La Festa del Socio: Il-festa annwali tal-Banda ta' Cave

Din il-festa ilha ssir sa mis-sena tat-twaqqif tal-banda. Din is-sena ser tkun il-15 il-wahda organizzata. Hija rizultat ta' mhatra li kienu ghamlu grupp ta' membri mill-banda li llum minn semplici cajta kibret f'avveniment Internazzjonali. Dan lavveniment ghen hafna sabiex il-Banda ta' Cave tikber kemm fil-qasam kulturali kif ukoll f'dak muzikali. Il-festa bdiet bhala avveniment socjali ghall-membri tal-Banda. Huwa ghalhekk l-isem li nghata originarjament 'Festa del Socio'. Matul is-snin pero' din il-festa kibret biex illum saret Festival Folkloristiku u Internazzjonali li jlaqqa' l-kultura Taljana ma' ohrajn varji Ewropej.

Il-festa ssir bejn Gunju u Lulju ta' kull sena u tkun mifruxa fuq perjodu ta' 7 t'ijiem. Matulha jkun hemm ghadd ta' kuncerti mill-Banda lokali ta' Cave u Baned ohrajn Taljani u Esteri li jigu mistiedna minn sena ghal sena sabiex jippartecipaw. Matul il-Festa jkun hemm ukoll ghadd ta' attivitajiet folkloristici u socjali mahsuba sabiex jattiraw lil nies ta' kull eta'. Jsiru wkoll laqghat ta' diskussjoni u seminars fuq temi varji kif ukoll kuncerti minn muzicisti u kantanti maghrufa fil-qasam muzikali Taljan. Din is-sena ghall-ewwel darba d-dirigenti organizzaturi tal-Festa fl-okkazjoni tal-15-il sena mit-twaqqif tal-Banda u mill-bidu ta' din il-Festa, iddecidew li jghollu l-Festa ghal Festival Internazzjonali li ser jinkludi partecipazzjoni minn pajjizi differenti ta' l-Ewropa. Kull Banda tirrapprezenta l-pajjiz Ewropew minn fejn gejja. Ghal Malta kien hemm il-Banda Re Gorg V; ghall-Ingilterra kien hemm il-Banda ta' St. Keverne minn Cornwall; Kien hemm naturalment il-Banda ta' Cave bhala rapprezentanta ta' l-Italja u zewg baned ohrajn, wahda mill-Germanja u ohra minn Franza. Fi kliem l-organizzaturi ta' dan l-avveniment: "Din hi okkazjoni fejn ahna niskopru uzanzi u kulturi godda ta' regjuni ohrajn Taljani kif ukoll, minn zmien ricenti, ta' pajjizi ohrajn Ewropej. Hija okkazzjoni wkoll fejn ahna niltaqghu u nghaddu ftit zmien flimkien f'sens ta' allegrija u hbiberija, dejjem bil-ghajnuna ta' l-arti muzikali, xi haga komuni li tghaqqad kulturi differenti flimkien". Baned mistiedna matul is-snin li ilu jsir dan l-avveniment kienu ghadd ta' Baned u Gruppi Folkloristici Taljani u ohrajn Internazzjonali mid-Danimarka, l-Awstrija, l-Ungerija u r-Rumanija.

Din is-sena l-Festa giet organizzata bejn it-2 u t-8 ta' Lulju. Matul il-Gimgha tal-festa kien hemm wirjiet artistici u folkloristici, daqq ta' baned u eghluq grandjuz bil-baned kollha partcipanti jinghaqdu flimkien biex daqqew l-Innu ta' l-Ewropa f'sens ta' ghaqda u hbiberija.