Il-Banda Filarmonika ta' Larissa mill-Grecja (2000)
Fis-sena 2000, fl-okkazjoni tad-90 sena tas-Socjeta', gheluq il-50 sena mid-Domma tal-Assunzjoni u gheluq l-400 sena tal-fratellanza tas-Sagrament, kienu zaruna zewg baned barranin, il-Banda Kiryat minn Izrael u l-Filarmonika Larissa mill-Grecja.
Il-Banda Filarmonika ta' Larissa twaqqfet fl-1952 bl-ewwel Surmast Direttur taghha jkun G. Kamilieris li sewwasew miet waqt li kien qieghed jidderiegi gewwa s-sala pricipali tal-Konservatorju fl-1963. Fl-1978, il-Banda ghaddiet taht it-tmexxija tas-Surmast Giannis Tsanakas, li minbarra l-banda filarmonika fforma wkoll Brass Band, li kisbet successi kbar b'mod specjali f'kuncerti flimkien ma' solisti u tenuri famuzi gewwa Larissa u bliet ohra gewwa l-Grecja. Wara l-1978, il-Banda ghaddiet taht it-tmexxija ta' Mro. A. Prionas, Mro. A. Vakalathanasiou u Mro. E. Minas. Illum il-Banda Filarmonika ta' Larissa tinsab taht it-tmexxija ta' Mro. George Minas, u nistghu nghidu li l-banda giet moghtija stil gdid bl-introduzzjoni u interpretazzjoniijiet ta' siltiet moderni, b'repertorju vast. Il-Banda minn Larissa hadet sehem f'bosta attivitajiet kulturali u festivals ghall-Baned Internazzjonali fosthom: 5th Band's Festival (Ateni), Lamaka (~ipru), Kalamaria (Tessalonki), Cosenza (Italja), Rybnik (Polonja).
Il-Belt ta' Larissa
Larissa hija l-belt kapitali tar-regjun ta' Thessalia u hija c-centru kummercjali u industrijali. Tinsab 350 kilometru 'l boghod minn Ateni. L-akbar xmara ta' Thessalia, ix-xmara Pinios tghaddi minn nofs ta' din il-belt u toffri xenarji unici ghall-pajjiz tal-Grecja bhalma huma widien muntanji, bajjiet u ghadajjar kbar. Skond evidenzi u ricerki minn diversi arkeologisti, Larissa ilha mwaqqfa sa minn ghaxar millennji qabel Kristu. Xi leggendi u tradizzjonijiet Griegi jghidu li Hippocrates, missier il-Medicina, miet f'din il-belt. Postijiet ta' interess li wiehed isib f'dan ir-regjun huma l-Kastelli Medjevali, il-Park Nazzjonali Alcazar, il-wied ta' Agia, il-bajja ta' Agiokambos u Teatri Griegi.