Il-Banda Jugend Blasorchester tal-Germanja (1998)

Il-Banda Jugend Blasorchester gejja mill-Belt ta' Leipzig li tinsab fil-Lavant tal-Germanja, ezattament mill-provincja ta' Saxony qrib ix-xmajjar ta' Elster. Din il-belt hija maghrufa sew ghall-Exhibitions kbar li ttella', fejn tigbed eluf kbar ta' vizitaturi. Leipzig kienet ukoll ghal xi zmien centru ta' industrija tal-kotba. Din il-belt hija maghrufa b'mod partikulari ghall-manifattura li tipproduci fost l-ohrajn strumenti ta' precizjoni kbira, drappijiet, strumenti tal-muzika, birra, etc.

Fis-seklu tmintax din il-Belt giet imlaqqma Kleine Paris jew ahjar Little Paris, fejn saret centru ta' letteratura klassika taht il-kittieb Germaniz Johann Christoph Gettsched. Ghadd ta' nies prominenti studjaw gewwa l-Universita' ta' Leipzig, fost l-ohrajn insibu lill-filosofu Johann Gettlieb Fichte, il-poeta Johan Wolfgang von Goethe u l-kompozituri Robert Schumann u Johann Sebastian Bach, b'dan tal-ahhar ikun surmast direttur tal-orkestra u surmast tal-kor tal-knisja ta' San Tumas, fejn illum jinsab midfun. Fis-seklu dsatax Leipzig saret wahda mic-centri ewlenin tal-muzika fl-Ewropa. Il-kompozitur Felix Mendelson idderiega kuncerti kbar fit-Teatru Drapers mill-1835 sal-mewt tal-istess surmast fl-1847. Aktar tard din il-Belt rat it-twelid tal-leggendarju kompozitur Richard Wagner.

Fit-tieni gwerra dinjinja din il-Belt rat ghadd gmielu ta' bumbardamenti mill-forzi alleati. B'kuntrast, fl-1989, dimostrazzjonijiet kbar ta' paci gew mizmuma f'din il-belt fejn kienet indispensabbli ghall-ghaqda bejn il-Germanja ta' Lvant u dik tal-Punent biex saret il-Germanja kif nafuha llum. Il-popolazzjoni ta' din il-belt hija ta' madwar nofs miljun ruh.