Mhux komuni li f'Malta niltaqghu ma' baned mil-Lvant Nofsani u fil-fatt aktar nisimghu b'baned gejjin mill-Punnet tal-Ewropa. Ghaldaqstant is-Socjeta' Santa Marija u Banda Re Gorg V tal-Imqabba hasbet ukoll sabiex gewwa l-Imqabba nduqu wkoll dak li jafu joffru dawn il-bandisti. Il-Banda Kiryat li prezentament hija taht id-direzzjoni ta' Mro. Haim Vinarsky, hija ffurmata minn ftit aktar minn teltin bandist u tista' tghid li turi t-talent taghha fl-individwalita'.
Fil-Banda Kiryat tispikka l-aktar il-Brass Section b'mod specjali f'siltiet klassici u folkloristici. Il-poplu Imqabbi flimkien ma' dawk id-dilettanti li ghogobhom izuru l-Imqabba matul il-Festa ta' Santa Marija setghu igawdu din il-Banda Lhudija nhar il-Hadd 13 ta' Awwissu 200 f'kuncert fil-Pjazza tar-rahal quddiem il-Kazin tas-Socjeta'.