Corpo Bandistico di Santa Vittoria in Matenano, Italja (1997)
Wara l-ewwel esperjenza tal-Banda Re Gorg V fi hdan is-Socjeta' Santa Marija u Banda Re Gorg V, barra minn xtutna sewwa sew gewwa r-rahal pittoresk ta' Santa Vittoria in Matenano provincja ta' Ascoli Piceno (illum provincja ta' Fermo), il-Banda Re Gorg V kellha bhala mistiedna specjali ghall-festa tal-1997 lill-istess Corpo Bandstico di Santa Vittoria in Matenano. Dan kien ukoll it-tieni parti tal-gemellagg storiku li l-Banda taghna ghandha ma' din il-banda Taljana.Din l-esperjenza kienet l-ewwel darba ghal din il-banda barra l-pajjiz. Dan il-gemellagg gie moghni u rikonoxxut mill-Unjoni Ewropea bir-rebh tal-unur sa issa uniku Les Etoiles d'Or du Jumelage fis-sena 1998.
Il-Corpo Bandsistico di Santa Vittoria in Matenao twaqqfet fis-sena 1906 taht id-direzzjoni tas-surmast Luigi Cirenei. Is-Surmast Direttur attwali huwa Mro. Franceso Mancini li huwa wkoll is-sindku tal-istess rahal. Il-Banda tikkonsisti f'madwar 60 element differenti bil-maggor parti tal-bandisti gejjin mill-istess rahal ta' Santa Vittoria in Matenano. Taht is-surmast attwali din il-banda regghet ikkonfermat il-potenzjal taghha bhala wahda mill-ahjar baned li jinstabu gewwa l-provincja ta' Ascoli Piceno.