Bedford Town Band minn Bedford, l-Ingilterra (2005)

Fl-okkazjoni tal-festa tas-sena 2005, li fiha gie mfakkar eghluq il-100 sena mill-fondazzjoni tal-Kazin Santa Marija, li nistghu nghidu kien il-pedament ghat-twaqqif tas-Socjeta' taghna, eghluq is-60 sena minn meta l-Kazin taghna zera' z-zerriegha ghall-attivita' muzikali gewwa rahalna, u fl-ahhar izda mhux l-anqas, eghluq is-7 sena mill-migja ta' l-unur 'Etoile d'Or du Jumelage' gewwa rahalna, rizultat tal-hidma tas-Socjeta' taghna fl-isfera internazzjonali, il-Kumitat haseb biex ghal darba ohra nistiednu Banda Barranija sabiex tiehu sehem fil-festa ta' Santa Marija, Patruna ta' rahalna l-Imqabba.

Minn fejn gejja din il-Banda

Kif wiehed mill-ewwel jinduna meta jaqra l-isem, din il-Banda gejja mill-belt ta' Bedford. Din il-belt hadet isimha minn Beda, kelma li harget mill-Old English tal-perjodu Anglo Sassonu (Perjodu Pre-Era Normanna). Matul dan il-perjodu nsibu din il-belt diga' centru mportanti ta' kummerc fl-Ingilterra. Bedford taf l-origini u l-izvilupp taghha lix-xmara Great Ouse. Huwa madwar din ix-xmara fejn insibu c-centru storiku ta' din il-belt. Waqt li fl-imghoddi kienet essenzjali ghad-difiza, kummerc u transport, illum ix-xmara saret wahda mill-attrazzjonijiet principali ta' Bedford. Din il-belt, flimkien mal-belt ta' Kempston, tifforma c-centru urban tad-Distrett Ingliz ta' Bedfordshire. Mdawwrin ma' dan ic-centru nsibu mhux anqas minn 43 parrocca, kull wahda minnhom tikkonsisiti f'rahal jew irhula ta' kobor differenti. Geografikament Bedford tinsab madwar 50 mil boghod minn Londra, fuq in-naha tal-Lvant ta' l-Ingilterra (East Anglia). Il-popolazzjoni llum tghodd madwar 12000 ruh. Wiehed mill-aktar ulied famuzi ta' Bedford huwa John Bunyan li ghex fis-seklu 17. Minn landier idur fit-toroq, Bunyan spicca biex sar predikatur u kittieb famuz. Qatta' madwar 12 il-sena minn hajtu fil-habs ta' Bedford fuq akkuzi li ppriedka minghajr licenzja. Kien f'dan il-perjodu meta huwa kiteb ghadd ta' kotba, l-aktar wiehed famuz fosthom ikun 'The Pilgrim's Progress'. Aktar nies famuzi minn Bedford huma John Howard, li baqa maghruf ghar-riformi li wettaq fil-habsijiet, u Sir William Harpur, Lord Mayor ta' Londra u fundatur ta' wahda mill-akbar Ghaqdiet Karitattivi gewwa r-Renju Unit. Matul it-tieni gwerra dinjija Bedford saret maghrufa bhala 'Liberty Town' ghal mijiet ta' suldati minn ghadd ta' kampijiet tal-madwar. Bl-evakwazzjoni tal-BBC lejn il-belt fl-1942, Bedford saret centru ta' divertiment. Rizultat ta' dan Sir Henry Wood, fundatur tal-Promenade Concerts, u Glenn Miller, direttur tal-Big Bands Amerikan, ghamlu zmien jaghtu Shows kbar gewwa Bedford. Ulied ricenti ta' Bedford huma l-atleti Olimpici Brittanici Tim Foster u Paula Radcliffe, li segwew il-passi ta' Harold Abrahams, rebbieh tal-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi ta' l-1924 u karattru pricipali tal-film Chariots of Fire. Madwar Bedford wiehed isib ghadd ta' attrazzjonijiet turistici ddedikati lejn l-istorja ta' din il-parti ta' l-Ingilterra. Fost dawn wiehed jista' jzur Woburn Abbey, id-dar u Safari Park fejn fl-antik kienu jghixu d-Duka ta' Bedford. Post Storiku iehor nsibuh fil-Parrocca ta' Goldington, ftit il-barra mic-centru ta' Bedford. Dan il-post fi zmien il-gwerra kien iservi bhala Centru Socjali ghas-suldati fi zmien il-gwerra (Reading and Recreation Club). Illum dan il-post huwa d-'dar' ta' Bedford Town Band !

Xi Ftit Storja fuq din il-Banda

Fl-1893, artiklu ntitolat 'Bands and Street Music' deher fl-agenda waqt laqgha tal-Kunsill ta' Bedford. Is-Sindku dak iz-zmien kien issuggerixxa li "Ghalkemm kien hemm ghadd ta' baned ta' certu livell gejjin minn bliet fil-qrib, kien wasallu taghrif li f'certu kompetizzjonijiet id-distrett ta' Bedfordshire ma' setax jipprezenta Banda kapaci tikkompeti ma' baned ta' distretti ohrajn" …….. "Bedford tista timxi fuq l-ezempju ta' bliet ohrajn u tifforma Banda li tista tkun attrazzjoni sabiex il-belt thajjar aktar nies jigu jghixu fiha". Dan il-kliem iggenera ghadd ta' dibattiti u finalment wassal sabiex fit-13 t'April 1894, banda li qabel kienet iggib l-isem ta' Wesleyan Mission Band, saret "The Bedford Town Band". L-ewwel dehra ufficcjali tal-banda saret nhar l-4 ta' Mejju 1894 fi Grand Fete u f'Awissu ta' l-istess sena l-Banda rebhet l-ewwel Kompetizzjoni taghha.

Il-banda baqghet tiehu sehem f'ghadd ta' funzjonijiet fosthom fil-festi li fakkru l-Gublew tad-Djamanti tar-Regina Vittorja u ghalkemm hafna membri nqabdu suldati matul l-Ewwel Gwerra Dinjija, il-Banda kellha element sod bizzejjed sabiex tkun kapaci ddoqq fl-okkazjonijiet ta' Recruitment Rallies u taghti ghadd ta' kuncerti lit-truppi. Fis-16 ta' Novembru 1930 kienet ukoll mghajjta sabiex iddoqq quddiem gemgha ta' bejn 6000 u 7000 ruh waqt kommemorazzjoni ta' tifkira lejn dawk is-suldati li kienu mietu meta Airship R101 kien ikkraxxja gewwa Beauvais, Franza. Matul is-snin li wasslu sa tmiem it-tieni gwerra dinjija l-banda kompliet tiehu sehem f'ghadd ta' festi pero' naqset li tistabbilixxi ruhha fost l-ahjar baned ta' Bedfordshire, sakemm fl-1948 Mr. Reginald Crane lahaq Surmast tal-Banda. Sena wara, jigifieri fl-1949, il-Banda regghet lahqet il-livelli ta' qabel bir-ritorn ghar-rebh f'kompetizzjonijiet muzikali. Dan is-surmast, bil-ghajnuna ta' grupp zghir mill-banda u b'entuzjazmu tajjeb, irnexxielu jaddotta sistema ghat-tfal sabiex jitghallmu jdoqqu xi strument. B'hekk irnexxielu jkompli t-tradizzjoni ta' Banda li baqghet taghmel unur lill-belt. Numru mit-tfal li tghallmu taht Reg Crane ghadhom sal-llum idoqqu mal-Banda ta' Bedford.

Wara l-mewt ta' Reg Crane fl-1973, il-Banda ghaddiet taht Terry Hext, li aktar tard sar l-ghalliem ewlieni tal-Brass gewwa Bedfordshire County. Dan is-surmast wassal lill-Banda tilhaq livelli tajbin hafna li wasslu sabiex Bedford Town Band tibda tavvanza fil-Brass Band Grading Scheme ta' l-Ingilterra. Fis-sena 2000 il-banda sahansitra kkwalifikat ghall-Finals tal-Brass Band Championships tar-Renju Unit u daqqet gewwa r-Royal Albert Hall f'Londra. Aktar ricenti l-Banda rebhet il-Buckinghamshire Association's Festival. Ma' dawn l-impenji fil-kompetizzjonijiet il-Banda ta' Bedford dejjem zammet l-appuntamenti taghha f'kuncerti u servizzi ohrajn. Fl-2003 l-Banda daqqet gewwa Bamberg, belt fil-Germanja gemellata ma' Bedford. Fl-istess sena l-Banda rrekordjat l-ewwel CD bl-isem ta' "Spirit of Bedford".

Taghrif fuq il-Banda llum

Bedford Town Band illum hija parti minn organizzazzjoni awtonoma li thaddan zewg baned ohrajn, Bedford Town Concert Brass u Progress Brass. Progress Brass hija post dawk li jkunu ghadhom kif tghallmu l-prattika bazika fuq l-istrument rispettiv, simili ghal banda ta' l-allievi kif ahna mdorrijin bihom hawn Malta. Wara perjodu ta' esperjenza u aktar studji Muzikali, dawn jigu promossi fi hdan il-Concert Brass, biex fl-ahhar meta jintlahaq il-livell accettabbli, jidhlu fit-Town Band. Il-muzicisti kollha tal-banda ma' jircievu l-ebda hlas ghas-servizz li jaghtu. Kull membru anzi jhallas ammont zghir ta' menswalita' fis-sena li jikkontribwixxi daqs ghaxra fil-mija lid-dhul annwali tal-banda. Il-bqija tad-dhul jigi minn kuncerti u servizzi li l-banda taghmel matul is-sena, kif ukoll minn attivitajiet ohrajn bl-iskop ta' Fund Raising.

Matul is-sena din l-organizazzjoni muzikali tkun impenjata ufficcjalment medja ta' darba fil-gimgha permezz ta' wahda jew aktar mill-baned fi hdana. Kumitat mahtur kull sena jiehu hsieb imexxi din il-banda. Il-President attwali huwa Paul Riggett. Paul, flimkien mat-tlett uliedu jdoqqu mal-Bedford Town Band. Paul Riggett imexxi kumpanija li timmanifattura Strumenti muzikali (Sterling Instruments - www.sterlingbrass .co.uk), u li taghmel manutenzjoni fuq kull tip ta' strument tar-ramm. Is-servizz tieghu mal-banda huwa ghalhekk indispensabbli wkoll fir-rigward ta' manutenzjoni ta' l-istrumenti li jintuzaw mill-baned ta' Bedford. Filwaqt li l-Bedford Town Band tikkompeti b'mod regolari fin-National Championships li jsiru fir-Renju Unit, haga li titlob daqq ta' Test Pieces differenti, il-bqija tar-repertorju jikkonsisiti f'muzika li l-pubbliku ngenerali jippreferi jisma. Dan jvarja minn muzika klassika, ghal dik tradizzjonali, sa muzika aktar moderna (Glenn Miller, Beatles u Robbie Williams).

Is-Surmast Direttur

Is-Surmast li ser ikun imexxi lill-Banda gewwa Malta huwa Chris North, li twieled gewwa Huddersfield. Minhabba li gej minn Yorkshire, Chris minn tfulitu kellu opportunita' jsegwi l-aqwa Brass Bands li wiehed isib gewwa r-Renju Unit. Fl-eta' ta' 12 il-sena huwa beda jistudja l-istrument tar-ramm Cornet u daqq ma' Meltham Mills Band sa ma fl-1972 dahal ma' l-armata Ngliza bhala muzicist. Kien waqt Tour mal-Banda Militari gewwa l-Germanja li huwa ltaqa ghall-ewwel darba mal-mara tieghu Mary, li hija Maltija minn Santa Venera. Fl-armata Chris North lahaq sa Warrant Officer Class One u mexxa l-Banda ta' Duke of Wellington's Regiment (West Riding) bejn l-1987 u l-1993. Fl-1991 serva bhala Ufficcjal waqt il-gwerra tal-Golf.

Wara li temm il-karriera militari tieghu, Chris North studja sabiex sar ghalliem tal-Muzika u minn dak iz-zmien kien involut fit-taghlim u t-tahrig tat-tfal fil-muzika. Fil-prezent huwa jghallem il-muzika gewwa Northamptonshire, distrett vicin Bedfordshire, filwaqt li jghin madwar 150 tifel u tifla kull gimgha jipperfezzjonaw l-arti fid-daqq tal-Brass Instruments.

Bhala arrangatur u kompozitur Chris North kellu ghadd ta' xoghlijiet ippubblikati, fosthom 'The Normandy Veterans Association March', li ndaqqet gewwa Cenotaph f'Whitehall matul festival annwali ta' tifkira. Imexxi wkoll kumpanija li tippubblika l-muzika, Danetre Music (www.danetremusic.co.uk). Ricentement Chris North introduca serje ta' four part harmony 'Flexiscores', immirata lejn gruppi ta' tfal li jistghu jinghaqdu fi gruppi ffurmati minn kull tip ta' Brass Instrument u filwaqt li jiehdu gost idoqqu flimkien, ikollhom ghajnuna sabiex jipperfezzjonaw il-livell muzikali prattiku taghhom. L-aktar xoghol ricenti tas-Surmast North huwa 'Kampanjola', arrangament ta' danza folkloristika Maltija, maghmul apposta sabiex jindaqq gewwa Malta mill-Bedford Town Band.

Bhala muzicista Chris North daqq ma' whud mill-aqwa baned li nsibu fir-Renju Unit u fil-mument huwa meqjus bhala wiehed mill-ahjar muzicisti fuq l-istrument Flugelhorn li nsibu gewwa l-Ingilterra. Minbarra li jsib hin jidderiegi l-Banda ta' Bedford, Chris North huwa membru ma' Ransome Band li fil-mument tinsab fiz-17 il-post fost l-aqwa Brass Bands tad-dinja. Ma' din il-banda Chris jinsab kuntent idoqq u jikkompeti fuq l-oghla livell muzikali.