David Morris - 'Whistling World Champion' mill-Ingilterra (2006)
Il-programm annwali ta' l-10 t'Awissu li l-Banda Re Gorg V taghmel fl-okkazjoni tal-festa, fis-sena 2006 kellu xejra kemmxejn differenti mis-soltu u kien bla dubju wiehed originali ghall-ahhar. Dan mhux biss minhabba li kien hemm partecipazzjoni Internazzjonali flimkien mal-Banda, izda wkoll minhabba li giet pprezentata novita' gdida li x'aktarx qatt ma saret s'issa fi programm muzikali ta' Banda hawn Malta. Flimkien mal-Banda kellna personalita' mir-Renju Unit li la ser idoqq xi strument partikolari u lanqas ser tkanta xi arja minn xi opra ……. Minflok ser akkumpanja l-melodija tal-Banda billi saffar !!
David Morris twieled gewwa Dobcross, provincja ta' Saddleworth fin-naha ta' fuq ta' Ingilterra fil-25 ta' Marzu 1950. Beda jdoqq Cornet fl-eta' ta' 13 il-sena u baqa miexi 'l quddiem sakemm fl-1975 sar Cornet Champion tar-Renju Unit. Matul il-karriera muzikali tieghu bhala strumentalista daqq mal-wisq popolari Kings of Brass & Virtuosi Brass of Great Britain. Kien ukoll Direttur ma' ghadd ta' Brass Bands min-naha ta' fuq ta' l-Ingilterra fejn wassalhom sa National Finals u Championships.
Pero' qabel ma' David beda jdoqq il-Cornet gewwa Saddleworth fejn ghex tul hajtu kollha, kellu jkun it-tisfir tieghu li gibed l-attenzjoni ta' l-ghalliem tal-muzika tieghu. Innocentement isaffar fuq wara tal-karozza, David ma kellu l-ebda ideja ta' dak li nnota l-ghalliem tieghu - Kellu ntonazzjoni perfetta u stil uniku.
Bl-esperjenza tieghu fil-Brass Bands u permezz tat-teknika li kien juza biex idoqq l-istrument tieghu, David zviluppa wkoll it-teknika fit-tisfir biex aktar tard fil-karriera muzikali tieghu beda' jigi nnutat u mistieden sabiex isaffar xi bicca 'l hemm u 'l hawn waqt xi parties privati, sakemm gie pperswadut jirrekordja l-ewwel CD tieghu "Whistling down the Wind", kollezzjoni ta' Ballads antiki Nglizi, bicciet poplolari ghall-Brass Band, u xi Arjiet minn opri maghrufin. Kollox akkumpanjat minn Brass Band.
F'April ta' l-2003 David Morris gie mistieden gewwa l-Istati Uniti sabiex jippartecipa fil-World Whistling Championship li jsir kull sena gewwa Louisburg, North Carolina. Dan hu avveniment internazzjonali li ilu jsir ghal dawn l-ahhar 30 sena, li jlaqqa' flimkien l-ahjar Whistlers tad-Dinja. Isir fuq temp ta' jumejn gewwa l-auditorium ta' Louisburg. Il-partecipanti jridu jikkompetu f'zewg kategoriji, wahda klassika u l-ohra popolari. Seba' finalisti jigu maghzula mill-ewwel round u r-rebbieh overall jigi dikjarat International Grand Whistler Champion tad-dinja. Dan l-avveniment jigi tramess sahansitra madwar l-Amerika kollha permezz ta' CBS Television. Fl-2003 David Morris irnexxielu jirbah dan it-titlu u jiehu mieghu it-trofew prestiggjuz lejn Dobcross. Kien wara dan is-success li David irrekordja t-tieni CD tieghu "David Morris presents -World Champion Whistling".
Wara s-success gewwa l-Amerika u wara s-success kbir li kisbu z-zewg CDs li hareg, illum il-hajja professjonali ta' David Morris hija kollha ddedikata lill-muzika. Jigi mistieden f'hafna okkazjonijiet sabiex jaghti Performances. Zar erba' darbiet ohra l-Istati Uniti u ricentement kien mistieden gewwa New Zealand. Deher ukoll f'hafna shows televizivi fosthom fuq BBC u ITV. Apparti dan David huwa wkoll mfittex hafna bhala Brass Tutor kemm minn skejjel, kif ukoll minn studenti li jkunu jixtiequ javvanzaw fl-istudji muzikali taghhom.
Messagg minn David Morris
"Huwa difficli nghid x'kien il-fattur ewlieni biex qbadt karriera professjonali fil-muzika, jekk hux bit-tisfir jew inkella bid-daqq tal-Cornet !! Meta kont ghadni tifel, bit-tisfir gbidt l-attenzjoni ta' George Gibson, Brass Tutor maghruf gewwa Saddleworth. Id-daqq ta' l-istrument ghinni hafna sabiex nizviluppa aktar it-teknika, l-espressjoni u l-hoss fit-tisfir.
Rizultat ta' dawn iz-zewg fatturi marbutin flimkien, kienet haga naturali li jien naghzel Brass Band sabiex takkumpanjani fir-recordings ta' l-ewwel CDs tieghi. Il-Banda li akkumpanjatni f'dawn l-okkazjonijiet kienet il-Boarshurst Brass Band, l-ewwel banda tieghi, u dik il-banda li flimkien maghha wasalt kemm il-darba biex niehu sehem fil-Brass Band National Finals, kemm bhala muzicist u kemm bhala Direttur.
L-ghan tieghi huwa li nkompli nigi rikonoxxut bhala wiehed mill-ahjar Whistlers tad-Dinja u nixtieq nirrigrazzjakom talli tajtuni din l-opportunita' biex naqsam it-talenti tieghi maghkom gewwa pajjiz gdid. Marti Helen u jien ninsabu herqana hafna sabiex inzuru Malta ghall-ewwel darba. Ninsab cert li ser ikollna esperjenza sabieha hafna. Narakom."
Messagg iehor minn David Morris war l-esperjenza tieghu fl-Imqabba
"Nixtieq nirringrazzja lil Alfred Galea u lill-organizzaturi tal-Festa Santa Marija Mqabba 2006, talli ghogobhom jistednuni nidher flimkien mal-Banda Re Gorg V. Kienet esperjenza tant sabiha! Grazzi anke lis-Surmast David Agius ghax-xoghol siewi li wettaq sabiex jipprepara l-Banda fis-siltiet tieghi. Verament nispera li ghall-futur tergghu tistednuni mill-gdid."