Fil-granet tal-Festa, l-Ghaqda tal-Armar tiehu hsieb izzejjen il-pjazza u t-toroq tar-rahal bl-ifjen u l-isbah armar. Dan l-armar huwa rizultat ta' hidma kontinwa minn ghadd ta' membri specjalment zghazagh fi hdan l-istess Ghaqda li ta' kull sena jaghtu sehemhom biex jitniehdu opri artistici bhal trofej, pedestalli, pavaljuni, liedna u festuni. Din il-hidma ssir b'kollaborazzjoni mas-Sezzjoni Zghazagh u l-Kumitat tan-Nisa, permezz ta' ghajnuna finanzjarja minn diversi benefatturi. Imbaghad, wara sena ta' hidma u stennija, ilkoll flimkien jikkontribwixxu ukoll biex jitpogga l-armar fil-pjazza u fit-toroq tar-rahal fil-jiem tal-Festa, kif ukoll fiz-zarmar hekk kif il-Festa tigi fi tmiemha. Sa dan it-tant tkompla x-xoghol fuq il-plancier il-gdid sabiex jilqa’ fuqu l-Banda Re Gorg V kif ukoll tkompla x-xoghol fuq il-progett ghal Triq Karmenu Ciantar. Filfatt propju erba' statwi diga gew imzanzna ghal din it-Triq li jirrafiguraw lil San Gwann il-Battista, San Guzepp, Santa Elizabetta u Rebekka, kollha xoghol l-iskultur Aaron Camilleri Cauchi.
Fost il-hafna armar li jlibbes lir-rahal taghna ghall-Festa Titulari nsibu l-Inkurunazzjoni tal-Madonna maghrufa aktar bhala 'l-kolonna' kif ukoll sett ta' statwi li jirranprezentaw lill-appostli. L-istatwi ta' Santa Anna u San Gwakkin jigu armati fuq iz-zuntier tal-Knisja parrokjali filwaqt li t-toroq principali jintramaw b'pavaljuni sbieh specjalment dawk ta' Triq Santa Katarina kollha pittura. It-Triq tan-nofs, Triq il-Parrocca tigi armata b'sett ta' angli. Ma jistax jonqos sett ta' fjuretti u bandalori li jkomplu jsebbhu l-pjazza tar-rahal. Attrazzjoni huma sett ta' pedestalli, gastri u trofej kollha irhamar xoghol ta' diversi voluntiera fi hdan din l-Ghaqda.
Abram Gatt (1863 - 1944)
Abram Gatt, skultur, disinjatur u pittur, twieled f'Bormla fl-1863. Hu hadem bosta opri f'diversi knejjes f'Malta u f'Ghawdex u zgur li jibqa' haj fil-memorji taghna, specjalment meta tara xoghol bhall-Bradella u l-Pedestall (aktar maghruf bhala l-qabar) tal-Istatwa Titulari ta' Santa Marija kif ukoll il-Pedestall il-Kbir li jirrapprezenta l-Inkurunazzjoni ta' Ommna Marija.
Abram Gatt miet fl-1944, f'Haz-Zebbug fejn kien refugjat minhabba l-gwerra. Matul l-istess gwerra diversi opri li kienu gewwa d-dar tieghu f'Bormla, fi Triq l-Oratorju u li kien qed jahdem fuqhom, sfaw meqruda.
Fl-Imqabba, kif imsemmi diga', Abram Gatt iddisinja wiehed mill-aqwa pedestalli li nsibu f'Malta. Qieghed nirreferi ghall-pedestall ta' taht l-Istatwa Titulari ta' Marija Assunta skolpita minn Xandru Farrugia, |ejtuni, fl-1836. Dan il-pedestall li gie ddisinjat fl-1928 mill-istess Abram Gatt, gie mahdum fl-injam mis-Surmast Manwel Buhagiar u wara mahdum fil-fidda f'Milan ghand il-kumpanija 'Antonio Ghezzi e Figli'. B'kollox dan il-Pedestall sewa s-somma ta' £400.
Opra ohra li ddisinja Abram Gatt u li nsibuha fil-Parrocca taghna hija l-Bradella tal-istess Statwa Titulari li wkoll inhadmet mis-Sur Manwel Buhagiar gewwa Hal Tarxien fis-sena 1928 u swiet £200.
Xogholijiet ohra ta' Abram Gatt huma zewg kolonni li jintramaw fil-Festa mal-armar tal-pjazza. Fosthom insibu l-Pedestall il-Kbir li jirrapprezenta l-Inkurunazzjoni. Ix-xoghol ta' l-injam sar fuq disinn ta' l-Imghallem Abram Gatt. L-iskultura abbondanti u fina saret minn certu Piju mill-Kalkara.
Fir-rigward ta' pedestalli, Abram Gatt hadem hafna, u kollha huma ta' kwalita' gholja ferm. Fost diversi xogholijiet mifruxin ma' Malta kollha, ta' min isemmi, tal-Karmnu gewwa l-Belt, ta' San Guzepp f'Bormla u f'Hal Qormi, ta' San Lawrenz gewwa l-Birgu u xoghol fuq l-istatwa titulari ta' Bormla. Minn barra disinjatur, Abram Gatt irrestawra l-istatwa ta' San Publiju u dik ta' Sant' Andrija.
Meta wiehed jara l-arrangament tieghu fl-Istatwa ta' Santa Marija fl-Imqabba, meta dan gie mqabbad biex jaghmel disinn gdid ghall-pedestall, jinnota li minghajr dubju kompla sebbah bil-hila tieghu l-Istatwa Artistika ta' Santa Marija.