GUESTBOOK 2007


 Demis Borg 27/09/2007 
Prosit tar-Rebha!


 Patrick Ghigo Mqabba 06/09/2007 
Prosit lil kulhadd ghall-festa kbira li rega kellna. Bla dubju l-folol kbar ta' nies li honqu t-toroq ta' l-Imqabba fil-granet tal-festa jixhdu li d-dilettanti kollha tal-festi f'pajjizna, kif ukoll l-eluf ta' turisti, jafu fejn ghandhom imorru biex jaraw festa ta' livell gholi, kemm fl-armar, fil-banda, fil-briju u bla dubju fin-nar. Urejna li ninsabu minn ta' quddiem f'pajjizna, ghalkemm minn rahal zghir. Fin-nar tghajna risposta lil kulhadd. Pass pass konna naghtu shows gewwa l-Port li maz-zmien saret forma ta' kompetizzjoni li bil-ghaqal u b'hila kbira rbahna. Komplejna nuru l-kapacita' taghna, wara li sirna champions tal-Maltin, billi morna nikkompetu barra minn pajjizna. Ma' l-aqwa tad-dinja gewwa Ruma urejna li hadd fid-dinja ma jista' jikkompeti maghna. Grazzi ghad-dilettanti taghna tan-nar li minghajr ftahir u b'kuragg ta' sur ikkompetew kontra s-sahha tal-pajjizi maghrufin sew ghan-nar li joffru, bhac-Cina, Gappun, Italja, Ingilterra, Spanja, Slovenja u Rumanija. Imma kif kulhadd jaf, ic-champions huma ta' S A N T A   M A R I J A ta' l-Imqabba. Grazzi u Prosit lil kulhadd.


 Patrick Ghigo Mqabba 31/08/2007 
Prosit lis-sezzjonijiet kollha fi hdan is-Socjeta' Santa Marija u Banda Re Gorg V ghall-festa kbira li rega kellna. Id-dedikazzjoni, l-ghaqda u l-kapacita' regghu urew li minn rahal daqstant zghir kapaci noffru festa' ta' l-ghola livell f'pajjizna. J'Alla Santa Marija tkompli tkun dejjem maghna specjalment ma dawk kollha li jahdmu n-nar. VIVA L-PATRUNA UNIVERSALI SANTA MARIJA.


 Philip Farrugia Mqabba 26/08/2007 
This is my and my family's honour to sign in your guestbook. I appreciate and esteem very much the thank you letter that your Society sent me. It was my and my family's pleasure to help all of you. Viva Santa Marija!


 Stefan Mercieca Naxxar 24/08/2007 
Prosit tas-show li tajtu. Il-poplu Malti kburi bikom. Keep it up!


 Mario Sammut Zurrieq 19/08/2007 
Rajt il-wirja tan-nar u tassew prosit. Bla kliem! Tassew prosit ghall-unur li ghamiltu ghalikom, ghall-Imqabba u ghal Malta.


 Oliver Micallef Bahrija 17/08/2007 
Il-vera prosit. Nar spettakolari u ma jistax ikun ahjar. Bellahtu lil kulhadd u hadd ma jista' ghalikom ghax il-veru champions tad-dinja!


 Cushieri Gharghur 17/08/2007 
Prosit tal-festa sabiha li kellkom, ghar-rebh li ghamiltu fil-festival Caput Lucis u ghas-show li tajtu fil-Port il-Kbir. Nistedinkom izzuru s-sit dwar il-festa tal-Gharghur www.freewebs.com/gharghur_vsb. Grazzi.


 Sonia Crouse North Carolina, USA 17/08/2007 
Hello. Nixtieq nghid prosit lill-kamra tan-nar ghar-rebha kbira f'Ruma u tal-programm sabih tan-nar lejliet il-festa ta' Santa Marija fl-Imqabba. Spiccajt il-mawra tieghi lejn art twelidi bil-kbir. Grazzi hafna u prosit.


 Arthur B'Kara 17/08/2007 
Prosit tassew ghal kull wirja maestuza li ghamiltu. Ma kelli l-ebda dubju li anki din is-sena kont ser niehu pjacir nara u niffotografa l-loghob tan-nar ta' lejliet il-festa. Xoghol pirotekniku mill-isbah u den ta' champions tad-dinja li spicca bi gran finale b'salut bil-murtali tal-lampjun. Xena u hoss mill-isbah. Keep it up, Hudu pjacir u mohhkom hemm. Grazzi u ghal sena ohra.


 Alfred Galea Zurrieq 16/08/2007 
Tassew prosit kbira lil kulhadd tal-festa kbira li ghadha kif ghaddiet. Kienet festa kompluta f'kollox - baned, armar, briju, nar. Grazzi kbira lill-kull min gheni u kkopera mieghi sabiex stajt norganizza l-mawra ta' Dr Andy Isca mill-Istati Uniti u tal-banda St Stythians mill-Ingilterra ghall-festa. Dawn it-tnejn kellhom esperjenza inkredibbli u fantastika fil-festa taghna u sejrin ikomplu jghollu isem is-Socjeta' madwar id-dinja. Prosit lill-banda taghna ghal-livell gholi li lahqet fil-muzika li daqqet, specjalment fl-10 t'Awissu. Grazzi surmast u shabi bandisti. Prosit kbira lil tan-nar. Urew verament li huma CHAMPIONS TAD-DINJA. Prosit ukoll liz-zghazagh ghall-briju li rnexxielhom jorganizzaw. Grazzi lill-grupp ta' l-armar li komplew johorgu xoghol gdid kif ukoll komplew jirrestawraw l-armar imprezzabbli antik taghna. Grazzi wkoll lill-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi li ghogbu jaghmel zjara ufficcjali gewwa rahalna ghall-festa taghna. Grazzi issa lil marti Antoinette u binti Martina li flimkien mieghi kellhom gimgha iebsa li pero' bhal snin ohrajn ser thallilna sodisfazzjoni kbir. Ninsab cert li x-xoghol taghna gie apprezzat u nispera li ghen biex il-festa taghna tkompli tikber u tixxandar barra minn xtutna. Grazzi wkoll lill-eluf ta' nies li zaru l-Imqabba ghall-festa. Zgur hargu sodisfatti b'dak li raw u esperjenzaw. Grazzi kbira fl-ahhar lill-Ommna Marija Mtellgha s-Sema. Zgur li kieku ma kienetx Hi maghna ma stajniex naghmlu dak li ghamilna. Fl-Imqabba Ommna Marija Hija r-raguni ta' kull festa li naghmlu. Nheggeg lil kulhadd sabiex issa li ghaddiet il-festa nkomplu nzommuHa bhala r-raguni ewlenija f'hajjitna. Viva Santa Marija.


 Maria Grech Gerada 16/08/2007 
My family and I would like to thank you for the wonderful show last Tuesday. Congratulations. You really are Champions of fireworks! We look forward to next year's show. Prosit to all those who participated in a way or the other and keep it up!


 Anton Bondin 15/08/2007 
Il-veru prosit tas-site li ghandkom fuq l-internet.


 Arthur B'Kara 15/08/2007 
Gheziez hbieb, nixtieq nifirhilkom hafna kemm tal-wirja spettakolari ta' lejliet il-festa kif ukoll tat-titlu tant maestuz li rnexxielkom iggibu f'Malta.


  Sliema 14/08/2007 
I heard alot, but I have not seen. We (Malta) should be proud of what you have achieved. Be careful and use all safety.


 Alfred Ellul Melbourne, Australia 14/08/2007 
Nawguralkom festa sabiha imzejna bl-imhabba, bil-paci, bl-ghaqda u bil-karita'.


 xalatur@onvol.net Mqabba 12/08/2007 
Din is-Socjeta' jixirqilha 'Gieh ir-Repubblika' ta' l-unur li ghamlet lil Malta fil-qasam kulturali u b'hekk inkomplu nzidu ma l-unuri li diga akkwistajna! Nixtieq nghid prosit lill-bandisti shabi tal-post ghall-programm varjat ta' muzika li paxxa lill-udjenza prezenti specjalment bil-Carmina Burana u bit-tmexxija tas-surmast Amerikan. PROSIT NIES! Il-festa t-tajba lil kulhadd!


 Tamlin Hamrun 09/08/2007 
L-Ghaqda San Gejtanu tixtieq tifrah lill-ghaqda tan-nar ghas-success li ksibtu. Prosit minn qalbna. J'Alla jkollkom festa sabiha ukoll bhal ma tafu taghmlu. Viva San Gejtanu.


 Daniela B'Kara 09/08/2007 
Kemm hadt pjacir nara lill-Ghaqda kollha tan-Nar ta' Santa Marija ta' l-Imqabba maghqudin jaghtu l-ghalmu taghhom kollu sabiex itellghu spettaklu tant kbir u ta' tant unur. Jisthoqqilkom PROSIT KBIRA lilkom kollha u nirringrazzjakom tas-sagrificcji kbar u d-dedikazzjoni kollha taghkom. Santa Marija tberikkhom u tkun maghkom dejjem. INTOM L-AQWA U L-AHJAR MA MALTA U MAD-DINJA.


 Adrian 08/08/2007 
Prosit kbira ta' l-unur li ksibtu f'Ruma. Keep it up. Ghamiltu unur lill-Imqabbin u lill-Malta.


 Odette Swieqi 08/08/2007 
To all involved in the Fireworks Display in Rome. WELL DONE! It was absolutely mind-blowing.


 Joseph Busuttil Kirkop 08/08/2007 
Prosit, ghamiltu unur lill-Malta kollha. Keep it up. Good luck ghall-Festa.


 Andrew Agius Brussels 08/08/2007 
Jien Zabbari u veru nixtieq nirringrazzjakom ghall-unur kbir li ghamiltu lill-art twelidi, bis-show pirotekniku li tajtu gewwa Ruma. Fl-opinjoni tieghi, kull min hadem haqqu medalja ta' 'Gieh ir-Repubblika'. Prosit tassew u nitolbu lill-Madonna biex dejjem thariskom u tipprotegikom f'dak li taghmlu.


 Duncan Brincat Kalkara 08/08/2007 
F'isem Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja tal-Kalkara, nixtieq nifirhilkom tal-wirja li tajtu gewwa Ruma u s-success internazzjonali li ksibtu. Kull min ghandu ghal qalbu l-arti piroteknika Maltija ghandu ghaliex tassew ikun kburi bikom. Awguri ghall-gejjieni.


 Guzeppin Ghaxaq 08/08/2007 
Prosit tal-wirja spettakolari li tajtu gewwa Ruma. Ghamiltu unur lis-Socjeta' taghkom u lill-Maltin kollha. Perswaz li issa se taghtu spettaklu kbir fil-festa ta' l-Assunta. Ahna zgur li mhux se nitilfu dan l-ispettaklu ghax ha nkunu hemm prezenti ma hafna Maltin u Ghawdxin ohra. Prosit u awguri ghall-festa.


 John Zammit Mqabba 08/08/2007 
L-unuri jinkisbu bix-xoghol u l-kapacita', mhux bit-tghajjir u l-hamallagni. Lil min jaghmel il-festa tieghu wahda hamalla u baxxa ma nikkupjawhx u ma naqghux fil-baxx bhalu. Issa fil-granet li gejjin niccelebraw u nifirhu bil-gieh internazzjonali li ksibna ghal Malta, ghall-Imqabba, u ghall-festa tar-rahal taghna. Naghmlu festa dinjituza, sabiha u eleganti kif jixraq lill-Patruna tal-parrocca taghna. Waqt li isem Malta, isem l-Imqabba u isem Santa Marija jitnizzlu ma' ta' l-aqwa fid-dinja, nistiednu lill-Imqabbin kollha jifirhu maghna. Fil-jum sabih tad-9 t'Awissu, ningabru fuq iz-zuntier halli nilqghu bil-kbir u nirringrazzjaw lill-Patruna kif jixraq wara l-kisba ta' dan il-gieh kbir.


 Andre Grima Paola 08/08/2007 
F'isem shabi l-partitarji tas-Socjeta' de Paule, Banda Kristu Re ta' Rahal Gdid, nixtieq nghidilkom prosit tas-success taghkom fis-show tan-nar li intom irbahtu. Prosit u ejja flimkien inkomplu nsahhu din il-kultura rikka bis-sahha tal-festi tradizzjonali Maltin u ma nhallu lill-ebda individwu jitfa' dell ikrah fuq id-delizzju taghna. Prosit mill-gdid.


 Joe Ghigo Melbourne, Australia 08/08/2007 
Prosit lis-Socjeta' taghkom ta' Santa Marija ghall-unur iehor akbar li mhux biss ghamiltu gieh lill-Imqabbin imma unur kbir lill-ghaziza Malta li mhux facli jintrebah unur mondjali bhal taghkom. Ma baqax aktar risposti x'jinghataw ghax fejn tlajtu intom, mhux facli li jintlahaq. Prosit lill-Ghaqda tan-Nar tas-Socjeta' tas-success li gabu lejn xtutna. Malta kollha tibqa' tiftakar. Issa waslet il-festa u nista' nahseb kemm ser ticcelebraw aktar bil-kbir u bir-ragun. Nixtieqilkom il-festa t-tajba lis-Socjeta' kollha u lill-Imqabbin kollha li jidhlu l-Knisja ta' Santa Marija. VIVA L-PATRUNA TA' L-IMQABBIN!


 Aldo Bonnett B'Kara 07/08/2007 
Prosit hafna ghax ghamiltu show mill-aqwa. Unur lil pajjizna. Keep it up!!


 Andre Farrugia Luqa 07/08/2007 
Jien Andre min Hal Luqa, partitarju tal-Banda Unjoni Hal Luqa, nixtieq nghidilkom prosit kbira hafna ghas-success li ghamiltu f'Caput Lucis f'Ruma. Ghamiltuni kburi li jien Malti. Awguri ghall-futur. Narakom dalwaqt ghall-ikbar festa li jkun hemm fl-Imqabba. Prosit mill-gdid. Inselli ghal shabi l-Imqabbin kollha!


 Robert Inguanez 07/08/2007 
Nixtieq nifirhilkom tas-success li ksibtu lis-Socjeta' taghkom u lil pajjizna, fil-Festival Internazzjonali tan-Nar 'Roma Caput Lucis 2007'. PROSIT.


 Pio Saliba Zebbug 07/08/2007 
Prosit ta' l-ispettaklu tan-nar fil-festival Caput Lucis f'Ruma. Ghamiltu unur kbir lil pajjizna. Keep it up!!


 Vince Marshall Pieta' 07/08/2007 
Minn qalbi nixtieq nghid PROSIT lill-Imqabbin kollha specjalment lil dawk li hadmu sabiex gabu l-aqwa post fil-kompetizzjoni li saret gewwa Ruma. Dan mhux biss unur ghall-Imqabba, izda ghamiltu unur ukoll lil Malta. Prosit u ftakru li dan sar kollu mhux BILL BIL-HILA TAGHKOM imma kien Alla nnifsu li taghkom kull ghajnuna u zammkom minn kull periklu. VIVA SANTA MARIJA.


 Philip Saliba Attard 07/08/2007 
Dear Gentlemen, there are no words how to describe your wipe out victory at Caput Lucis. I was more than convinced what these dedicated men can achieve for Mqabba and for Malta! Way back in 2001 I wrote a letter of appreciation to the mayor and local council confirming who is the best around in this field. I also met Mr Carmel Ellul on several occasions and some of the men at the factory including Mr Ronald Zammit. For the last couple of years I lost contact due to the nature of my work since I travel alot and also had to continue my studies in London. Now that my studies are over, I intend to resume contact and see if I can be of any help to your Society. Congratulations to all involved for your international achievement, and best regards to Mr Carmel Ellul.


 Adrian Zahra 06/08/2007 
Nixtieq minn qiegh qalbi nawguralkom tas-success li ksibtu gewwa Caput Lucis. Barra li hu unur ghas-Socjeta' taghkom, dan zgur ukoll li hu unur ferm aktar ghal kull dilettant Malti li jikkonferma l-livell milhuq gewwa pajjizna f'din l-arti tant sabiha.


 Carmen Zurrieq 07/08/2007 
Prosit kbira ghall-unur li gibtu lil Malta!! Kull sena qed tikkonfermaw li x-xoghol tal-Maltin mhux biss hu tajjeb izda aqwa minn tal-barranin!! Kemm intom u kemm il-Mount Carmen Fireworks Factory taz-Zurrieq qed jikkonfermaw dan kollu. Awguri mill-gdid!


 Alan Mamo Zurrieq 07/08/2007 
F'isem l-Ghaqda Karmelitana Banda Queen Victoria taz-Zurrieq, nifrah lill-Ghaqda tan-Nar Santa Marija ta' l-Imqabba ghas-success miksub fil-festival internazzjonali tan-nar li sar f'Ruma. Bis-sehem taghkom u l-wirja li prezentajtu tikkonfermaw il-livell gholi tal-piroteknika Maltija. Prosit u awguri mill-gdid.


 Nathalie Mazzelli Mqabba 06/08/2007 
PROSIT kbira lill-Ghaqda tan-Nar taghna li ghal darb'ohra wrew u kkonfermaw min huma c-champions... issa aktar minn qatt qabel ghax saru champions mondjali. Grazzi lil dawk kollha li llum gew jilqawna l-airport. 3 ijiem ohra u nibdew il-festa u nkomplu npaxxu lin-nies! CHAMPIONS!


 Fr Joseph Zahra Pieta' 06/08/2007 
Issa zgur hadd ma jmerina
Issa zgur li ahna l-kbar
Champions konna, ghadna u nibqghu
Hekk hu - l-akbar fost il-kbar

Tant hu hekk li unur iehor ahna ksibna mill-ahjar
Ejjew mela ifirhu maghna
Ejjew kunu maghna l-kbar
Ejjew fahhru lill-Assunta
Il-Patruna tat-Titular

Viva nghajtu issa u dejjem
Viva taghna t-Titular
Viva dejjem Santa Marija
U c-CHAMPIONS tad-dinja fin-nar


 Silvio Zabbar 06/08/2007 
Prosit u Keep it Up


 JC 06/08/2007 
Nifirhilkom ghall-unur li gibtu hawn Malta ghax f'dan il-pajjiz kull diskussjoni li ssir, rari jkun hemm wahda favur in-nar. Nifirhilkom mill-gdid.


 Mauro Farrugia Zurrieq 06/08/2007 
Jien Mauro miz-Zurrieq, partitarju Karmelitan, minn qalbi nixtieq nawguralkom tas-success kbir li ghadkom kemm ksibtu. Prosit u awguri mill-gdid. Unur kbir lil Malta u aktar u aktar lejn is-Socjeta' taghkom.


 Guzi Dingli 06/08/2007 
Prosit kbira minn Had-Dingli.


 VSM Mqabba 06/08/2007 
Prosit tassew lill-Ghaqda tan-Nar taghna ghax ghamiltu unur mhux biss lir-rahal taghna imma lil pajjizna wkoll. Issa kkonfermajna li mhux biss CHAMPIONS ta' Malta izda CHAMPIONS internazzjonali wkoll. Issa qeghdin nistennew bil-herqa lejlet il-festa tant ghaziza taghna ghax ninsab certa li ha tergghu turuna x'tafu taghmlu!! VSM FOREVER


 Marica Iklin 06/08/2007 
Prosit. Prosit. Prosit! Kont certa li ser tergghu taghmlu unur lis-Socjeta' taghna u lil pajjizna. Sewwa jghidu, is-skiet risposta u r-risposta waslet u waslet bil-kbir. Ghandna raguni ohra ghaliex niccelebraw bil-kbir fil-gimgha li gejja. Nitolbu lill-Gawhra taghna SANTA MARIJA izzommna taht harsitHa u nirringrazzjawHa billi ma nonqsux li nattendu ghall-funzjonijiet tal-knisja. Nawgura ll-festa t-tajba lil kulhadd.


 Mario Zammit Mqabba 06/08/2007 
Prosit kbira lil tan-Nar. Irbahna l-Caput Lucis!!! CHAMPIONS!! Grazzi lill-Patruna taghna Santa Marija.


  Zurrieq 05/08/2007 
Nawguralkom kull success fil-kompetizzjoni tan-nar.


 Antoine Sciberras Mqabba 03/08/2007 
Prosit kbira ahna nghidu
Lill-Ghaqda taghna tan-Nar
Ghax urejtu gewwa Ruma
Li intom l-AQWA fost il-kbar

Wirja mill-aqwa intom tajtu
Lin-nies prezenti iccassajtu
Qatt ma raw nar hekk sabih
F'agha u capcip infexxu minnufih

Ghalkemm rizultat tajjeb nistennew
Xorta kuntenti bil-harqa hekk sew
Urejna x'insarrfu lill-barranin
F'idejna jibqa' c-cinturin

VIVA SANTA MARIJA TA' L-IMQABBA
VIVA L-GHAQDA TAN-NAR TAGHNA


 Warren Mqabba 30/07/2007 
Nixtieq nawgura lill-Ghaqda tan-Nar taghna li ha tiehu sehem fil-kampjonat mondjali tan-nar gewwa Valmontone fl-Italja - Caput Lucis. Ejjew ha nuru lil kulhadd min huma c-champions! Nuru lil kulhadd li l-festa taghna kompluta b'kollox. Fl-ahhar nett nawgura l-festa t-tajba lil kulhadd. VIVA L-KBIRA SANTA MARIJA PATRUNA UNIVERSALI!


 Antoine Sciberras Mqabba 23/07/2007 
L-ahwa il-festa maghna. J'Alla niccelebraw b'dinjita' kbira din il-festa titulari tal-parrocca taghna. Ninsab cert li lkoll flimkien maghqudin, sejrin nahsdu dak li hdimna ghalih tul sena shiha.


 Antoine Sciberras Mqabba 23/07/2007 
Nawgura kull success lill-Ghaqda tan-Nar Santa Marija fil-Kampjonat Mondjali Caput Lucis 2007 li ser jigi organizzat fl-ewwel gimgha ta' Awissu. F'din l-ewwel esperjenza barra minn xtutna, konvint li l-Ghaqda tan-Nar taghna ser tkun ambaxxatrici denja li taghmel unur mhux biss lis-Socjeta' taghna imma lil rahalna u lill-Malta kollha.


 Patrick Ghigo Mqabba 21/07/2007 
Filwaqt li nawgura FESTA OHRA KBIRA lill-partitarji tal-Kbira SANTA MARIJA nheggeg lil kulhadd f'dan iz-zmien fejn kull partitarju attiv jinsab fl-ahhar sforz biex nergghu niccelebraw FESTA UNIKA ghal din is-sena gewwa l-Imqabba. Kulhadd joqghod attent fl-ahhar sforz. Hsiebkom hemm u araw li ma tweggghux. Nixtieq minn hawn nawgura lil shabi kollha ta' l-GHAQDA TAN-NAR SANTA MARIJA li ser jirrapprezentaw lil rahalna u lil pajjizna fi ftit jiem ohra. Insellem lil kulhadd. VSM.


 George Palmier Iklin 18/07/2007 
Nixtieq nghid prosit kbira lil min jiehu hsieb din is-site. Ghadni kemm rajt dak kollu li tinvolvi l-kompetizzjoni tan-nar li ssir gewwa l-Italja. Prosit lill-haddiema kollha tan-nar li b'kuragg kbir ser jiehdu sehem f'dan il-kampjonat mondjali u b'hekk mhux biss tkomplu tghollu isem is-Socjeta' Santa Marija imma tkunu qed taghmlu unur kbir lill-pajjizna. Vera tissorprendu lil kulhadd kif f'sena wahda kapaci turuna mhux spettaklu wiehed jew tnejn imma anka aktar u kollox originali u dejjem b'xi haga gdida. Filwaqt li nitlob lil Ommna Marija izzomm idejHa fuqkom nawguralkom kull success.


 Antoine Sciberras Mqabba 15/07/2007 
Prosit kbira tmur ghall-Ghaqda ta' l-Armar u lill-grupp sabih ta' zghazagh li ta' kuljum qed ikunu fit-toroq taghna sabiex jippreparaw ghall-Festa l-Kbira ta' Santa Marija, Patruna ta' l-Imqabbin.


 Alfred Galea Zurrieq 15/07/2007 
Prosit u grazzi lil dawk kollha li b'xi mod jew iehor ikkoperaw mieghi waqt il-mawra tal-banda li jien organizzajt gewwa l-Provincja ta' Ruma fl-Italja. Grazzi ghalikom is-Socjeta' kitbet pagni godda fl-istorja taghha. Daqqejna gewwa l-Vatikan, ftit metri biss il-boghod mill-Qdusija Tieghu il-Papa Benedittu XVI. Daqqejna gewwa wahda mill-pjazez l-aktar importanti ta' Ruma, 'Pjazza dei Quinti', li sahansitra nghalqet ghat-traffiku sabiex stajna ndoqqu ahna. Daqqejna fejn wiehed mill-isbah monumenti ta' Ruma, 'Castel Sant' Angelo'. Hrigna bl-unuri kollha waqt festival internazzjonali tal-baned. Irrapprezentajna lil Malta fost pajjizi ohrajn bhall-Ingilterra, Franza u Italja. Bl-ghajnuna ta' Santa Marija ergajna ghelibna kull ostaklu sabiex kollox irnexxa kif mixtieq. Nawgura issa lill-ghaqda tan-nar fil-festival dinji tan-nar gewwa Valmontone, ftit kilometri biss il-boghod minn fejn konna ahna bil-banda.


 Bobby Mqabba 14/07/2007 
Nawgura lill-Ghaqda tan-Nar taghna ghall-kompetizzjoni mondjali gewwa Ruma fil-CAPUT LUCIS 2007. Il-festa dejjem toqrob u ejja ha nkomplu nuru kif ghandna festa kompluta f'kollox. Prosit liz-zghazagh u lin-nies kollha li qeghdin jahdmu biex jerga' jkollna success. VIVA SANTA MARIJA, PADRUNA TA' L-IMQABBIN!!


 Philippe San Gwann 10/07/2007 
Ghadu kif ghadda l-vjagg lejn Ruma u nista' nghid li kien wiehed mill-akbar successi tal-Banda Re Gorg V. Nispera li jkollna izjed bhal dawn il-vjaggi ghax isahhu l-banda u jaghtu esperjenzi godda lilna l-bandisti. Narawkom kollha fil-festa u VIVA L-KBIRA SANTA MARIJA!!


 Antoine Sciberras Mqabba 10/07/2007 
Nixtieq nghid prosit kbira lill-Banda Re Gorg V li f'gheluq is-60 sena mit-twaqqif taghha ghamlet it-tieni mawra taghha barra minn xtutna, sewwasew gewwa Cave fil-provincja ta' Ruma fl-Italja. Prosit lis-Sur Alfred Galea, ufficjal relazzjonijiet internazzjonali li kien l-organizzatur ewlieni f'dan it-tieni gemellagg tal-Banda taghna.


 Antoine Sciberras Mqabba 07/07/2007 
Viva s-Socjeta' Santa Marija u Banda Re Gorg V ta' l-Imqabba, l-unika Socjeta' moghnija b'zewg unuri internazzjonali - Les Etoile d'Or du Jumelage (1998) u Rebbieha ta' l-Ewwel Festival Internazzjonali tal-Loghob tan-Nar ta' Malta (2006).


 Antoine Sciberras Mqabba 05/07/2007 
Nixtieq nghid prosit kbira lill-Ghaqda ta' l-Armar b'mod specjali lis-Sur Mario Camilleri kif ukoll lis-Sur Charles Falzon ghall-pedestalli godda li ser jizzanznu matul il-festa ta' din is-sena. Zgur li dawn l-opri flimkien ma l-armar diga' ezistenti sejrin ikomplu jsebbhu r-rahal taghna matul il-granet tal-festa ad unur Ommna Marija Mtellgha s-Sema, Patruna Universali.


 Joseph Zahra Pieta' 27/06/2007 
Is-sliem l-ahwa. Regghet qed toqrob il-Festa Titulari ta' Marija Assunta. Min issa bhala d-Direttur Spiritwali taghkom nappella ghal hafna paci. Sidtna Marija ma tiehux gost b'tghajjir jew insinwazzjonijiet ohra. Ejjew naghmluHa festa li toghgobHa bla ma noffendu lil hadd. Ifhmu li ahna lkoll ahwa fi Kristu Sidna li hallielna lil Marija bhala l'Omm spiritwali taghna. Fir-rahal ta' l-Imqabba dak li jghaqqadna huwa Marija. Ejjew nahdmu kemm nifilhu halli ma nhallux li l-festi li naghmluha jiswew biex jifirduna flok jghaqqduna. Inheggeg ukoll min issa biex nersqu lejn is-sagrament tal-qrar u t-tqarbin. AWGURI LIL KULHADD.


 Marilyn Zejtun 24/06/2007 
Prosit tal-festa sabiha li taghmlu u prosit tan-nar li dejjem taghmlu. Kull meta nigi nara n-nar dejjem tghaxxquni bl-ispettaklu li jkollkom. PROSIT MILL-QALB.


 Simon Tarxien 13/06/2007 
Prosit tas-successi li tiksbu.


 Ron Fgura 31/05/2007 
Prosit tal-wirja spettakolari li tajtu fil-festival tan-nar. L-aqwa f'Malta ahseb u ara f'rahalkom!


 Ritianne Siggiewi 18/05/2007 
L-ewwel nett alavolja ftit tard, nixtieq nghid prosit lil kull min jahdem in-nar ghax l-gheluq tal-festival tan-nar kien spettaklu bis-sahha taghkom. Barra minn hekk nixtieq nifrah lis-Sezzjoni Zghazagh fuq l-inizjattiva tal-Gimgha Marjana li ghaddejja bhalissa. Inizjattiva sabiha li zzomm liz-zghazagh attivi u fl-istess hin isiru jafu aktar fuq il-mahbuba Santa Marija permezz ta' talks organizzati. Keep it up! Barra minn hekk nispera li narakom fil-festa taghna s-Siggiwin li din is-sena tilhaq il-qofol taghna bejn is-17 u l-24 ta' Gunju.


 Rita Pace Qormi 10/05/2007 
It was the most great show I've seen last Monday. I have friends from all over Malta and they all say the same. You're the number 1 in Malta. Santa Marija is with you all the time especially with those who work in the fireworks factory. Keep it up for the 14th August 2007.


 Josef Scicluna Luqa 04/05/2007 
Minn hawn nixtieq nirringrazzjakom tal-prosit li tajtu lill-kamra tan-nar taghna fis-success li ksibna fil-festival tan-nar ta' l-art. Nixtieqilkom kull success ghall-futur bl-ghajnuna ta' Sant'Andrija u Santa Marija.


 Daniela B'Kara 02/05/2007 
Ma setax jonqos li l-Ghaqda tan-Nar ta' Santa Marija Mqabba tellghet spettaklu tan-Nar li paxxa lil kulhadd u sebbah il-Port il-Kbir nhar it-Tnejn 30 t'April ghall-Festival Internazzjonali tal-Loghob tan-Nar. Spettaklu mill-aqwa u mill-isbah... perfett. Kulhadd kelma wahda... Dawn ic-Champions tassew... kienu u jibqghu. PROSIT TASSEW ghal darb'ohra lill-Ghaqda tan-Nar ta' Santa Marija ta' l-Imqabba.


 Alfred Galea Zurrieq 03/05/2007 
Avvenimenti ta' success ghadhom kemm ghaddew minn fuq is-Socjeta' taghna. Dawn kienu jinvolvu z-zjara ta' l-Arcisqof fl-Imqabba bis-sahha ta' Carlo u l-Kumitat Ezekuttiv u s-Sezzjoni Zghazagh, il-wirja eccezzjonali dwar is-Semana Santa, u z-zewg festivals tan-nar fejn l-Ghaqda tan-Nar taghna regghet harget b'unuri kbar u wriet min hu l-pijunier tan-nar fl-Imqabba. Issa n-nies iharsu 'l quddiem lejn l-isfidi li hemm lesti ghalina. L-ewwel tkun partecipazzjoni ohra internazzjonali din id-darba ghall-Banda taghna li se tiehu sehem f'festival internazzjonali tal-Baned gewwa l-Italja f'Lulju. Imbaghad ikun imiss l-isfida gdida ohra ghall-Ghaqda tan-Nar - pass iehor 'l quddiem - bil-partecipazzjoni f'festival internazzjonali tan-nar fuq skala mondjali gewwa l-Italja lejn il-bidu t'Awissu. Imbaghad bil-ghajnuna ta' OMMNA MARIJA, kollox jilhaq il-qofol permezz ta' festa ohra kbira li mhix ser tkun nieqsa mill-attrazzjoni bhas-snin ta' qabel, fosthom, banda ohra minn barra - il-banda St Stythians mill-Ingilterra. Insomma, kuragg hbieb halli jekk il-Bambin irid, jerga jkollna sena memorabbli ohra ghas-Socjeta' u rahalna. Good Luck lil kulhadd!


 Marica Iklin 02/05/2007 
Bellahtu lil kulhadd nhar it-Tnejn fil-Port!! Prosit, urejtu ghal darb'ohra min huma c-champions ta' vera. Prosit tmur ukoll ghall-Karmelitani, Zurrieq.


 Clint Busuttil Paola 02/05/2007 
Nixtieq nghidilkom prosit tal-harqa li kellkom nhar it-Tnejn fil-Port ghall-ispettaklu li tajtu. Prosit ukoll ghal din il-website sabiha li hejjejtu.


 Alfred Gatt Swieqi 30/04/2007 
I would like to congratulate myself with the St Mary Fireworks Factory of Mqabba for the magnificent ground fireworks they organized for the Floriana Festival. So many greetings, again, to the TRUE CHAMPIONS OF MQABBA!


 John Grima Luqa 27/04/2007 
Jien kuntent hafna li ta' l-Unjoni ta' Hal Luqa nistghu nuzaw bi dritt u bix-xieraq il-kelma 'Champions' tan-nar ta' l-art ghax hadna zewg kategoriji u l-premju generali tal-Festival tan-nar ta' l-art. Imma intom zgur li fil-vot tal-gurija ta' esperti barranin gejtu minn ta' quddiem nett ghax hrigtu ta' nies b'zewg irdieden li hadmu t-tnejn u li kienu sbieh. Mic-Champions tan-nar ta' l-art, awguri lic-Champions ta' l-ewwel festival tan-nar fil-Port il-Kbir! Nistennew il-wirja li se taghtu biex taghlqu l-festival din is-sena.


 Keith Galea Qormi 27/04/2007 
Hasra li din is-sena ma tistghux tikkompetu fil-Festival Internazzjonali tan-Nar ghax kontu rebbieha s-sena l-ohra u ghalhekk skond ir-regoli ma tistghux tikkompetu. Imma cert li se tergghu taghtu wirja misthoqqa ta' Champions.


 Joe Borg B'Kara 27/04/2007 
Prosit tassew lill-Ghaqda tan-Nar Santa Marija ta' l-Imqabba li, apparti li hi c-Champion tan-Nar ufficjali, hadet sehem b'mod tajjeb hafna fil-festival tan-nar ta' l-art organizzat mill-Kunsill tal-Furjana ghall-festa ta' San Pupulju. Iz-zewg bicciet tan-nar ta' l-art taghkom hadmu tajjeb it-tnejn u jidher li ksibtu post prestiggjuz fil-klassifika tal-gurija piroteknika internazzjonali. Nergghu narawkom fil-Festival Internazzjonali tan-Nar din is-sena fil-lejl bejn it-Tnejn 30 t'April u t-Tlieta 1 ta' Mejju f'nofs il-lejl intom u taghlqu l-Festival, id-dritt li rbahtu meta s-sena l-ohra sirtu l-ewwel Champions tan-Nar ufficjali ta' Malta.


 Mario Farrugia Senglea 27/04/2007 
Il-wirja li tajtu fil-festival tan-nar ta' l-art imtellgha mill-Kunsill tal-Furjana fl-okkazjoi tal-festa titulari tal-Furjana wriet kemm ghandkom kultura tan-nar, mhux biss f'dak li l-aktar jigbed nies, ta' l-ajru, fejn intom ufficjalment l-aqwa, imma wkoll fin-nar ta' l-art. Iz-zewg irdieden taghkom kienu t-tnejn sbieh, ma wehlet ebda wahda minnhom u zgur li l-klassifika tal-gurija esperta li ngabet apposta minn barra l-pajjiz turi li intom ma' l-ahjar. Prosit.


 Mary Zammit Mosta 27/04/2007 
Tassew semmejtuha tajjeb il-wirja li se taghtu biex taghlqu l-festival tan-nar 'Fire of Celebration'. Nistennew wirja mill-aqwa nhar it-Tnejn bil-lejl fil-Port.


 Joe Farrugia Mqabba 27/04/2007 
Nistennew bil-herqa l-wirja ta' l-Ghaqda tan-Nar Santa Marija ta' l-Imqabba nhar it-Tnejn f'nofs il-lejl fil-Port il-Kbir biex ticcelebra din l-ahhar sena bhala Champion ufficjali tan-Nar bir-rebh ta' hames premjijiet is-sena l-ohra.


 Marica Iklin 27/04/2007 
Ghalkemm ilni hafna nieqsa mill-Imqabba, rahal twelidi ghandu post go qalbi. Matul is-sena ma tantx nigi l-Imqabba imma fil-festi nigi kull sena u anki nsegwi x'ikun qed jigri permezz tal-websites li ghandhom iz-zewg ghaqdiet. Nhar is-Sibt kont fuq il-Fosos biex nara l-irdieden u ovvjament kont qed nistenna fuq ix-xwiek biex nara ta' l-Imqabba. Bhal dejjem ta' Santa Marija hargu bl-unuri. Nixtieq nghid prosit lil min hadem fuq l-irdieden ta' nhar is-Sibt u KEEP IT UP lit-team kollu li jahdem is-sena kollha biex lil Ommna Marija kull sena jaghmlulHa festa li taghtiHa gieh. NitolbuHa dejjem izzomm idejHa fuqna specjalment fuq dawk li biex ipaxxuha b'xoghlhom ikunu fil-kmamar tan-nar jahdmu fil-periklu. L-appuntament ghal nhar it-Tnejn fil-Port il-Kbir.


 Daniela B'Kara 23/04/2007 
Prosit tassew lil dawk kollha ta' l-Ghaqda tan-Nar ta' Santa Marija ta' l-Imqabba tal-wirja sabiha tal-loghob tan-nar mekkanizzat gewwa l-Furjana s-Sibt 21 t'April fejn spikkat il-kapacita' esklussiva u l-ghaqda ta' bejnietkom u komplejtu ma l-unuri li jaghmilkom unici f'Malta u Ghawdex.


 Patrick Ghigo B'Kara 20/04/2007 
Very interesting and attractive site. Keep it up!


 Stefan Mifsud Sliema, Sacre Cour 14/04/2007 
Nixtieqilkom kull success ghall-festival tan-nar u li taghtu spettaklu iehor kbir bhal dak tas-sena l-ohra!!


 Carlo Sciberras Mqabba 11/04/2007 
Is-Sezzjoni Zghazagh tellghet l-ezebizzjoni unika bit-titlu 'La Semana Santa' gewwa s-swali principali tal-kazin bejn it-28 ta' Marzu u t-8 t'April. Wiehed setgha japprezza r-reppliki dettaljati tal-vari li nsibu fil-purcissjonijiet Spanjoli maghrufa bhala Semana Santa. Il-ftuh ufficjali sar nhar l-Erbgha 28 ta' Marzu taht il-patrocinju distint ta' l-ET Pawlu Cremona Arcisqof ta' Malta, wara li dan laqa' b'ferh l-istedina ufficjali li saritlu mis-Sezzjoni Zghazagh Santa Marija u propju bl-ghan li jinawgura 'La Semana Santa' ghamel l-ewwel zjara ufficjali tieghu bhala r-raghaj gdid tal-merhla ta' Kristu fir-rahal ta' l-Imqabba. Grazzi ghall-istedina tas-Sezzjoni Zghazagh Santa Marija u ghall-wirja 'La Semana Santa', il-migja ta' l-Arcisqof fir-rahal ta' l-Imqabba kienet ta' sinjifikat qawwi fuq kif ghandhom ikunu l-iskopijiet vera u propja tal-Gimgha Mqaddsa. Dan kien propju l-ghan ewlieni wara l-hidma tas-Sezzjoni Zghazagh Santa Marija sabiex irniexxiela b'success iggib lill-Arcisqof Pawlu Cremona ghall-ewwel darba fl-Imqabba.


 Jonathan Mifsud Mqabba 02/04/2007 
Nixtieq nghid prosit kbira lis-Sezzjoni Zghazagh Santa Marija tal-wirja tassew sabiha u nnovattiva li tellghu. Nghid prosit ukoll u grazzi ghal dawk kollha li taw semhom sabiex stajna ntellghu din il-wirja sabiha! Keep it up!


 Jonathan F 30/03/2007 
Prosit tassew tal-laqgha ma' l-Arcisqof. Perswaz li l-eccellenza tieghu ha hafna pjacir. Il-koordinazzjoni bejn il-parrocca u z-zewg kazini kienet ta' min jammiraha.


 Joseph Zahra OP 29/03/2007 
Prosit tas-site kif qed ikun aggornat. Prosit ukoll lis-Sezzjoni Zghazagh talli bl-idea originali taghhom u bil-kollaborazzjoni mail-kappillan, taw l-opportunita' lill-Imqabba biex setghet tilqa' b'ferh lil Mons Arcisqof Cremona OP. Grazzi u prosit mill-qalb ukoll tal-programm eccellenti li mxejtu bih. Ta min japprezza u jifrah. Kunu mberkin.


 Profs John Jacono Canada 15/01/2007 
Were there last year as guests of Pawlu Mifsud. Had a memorable time. Will be back in 2007 with all the family. Greatly looking forward to more gorgeous fireworks and warm hospitality.


 Adrian Manicaro Tarxien 02/01/2007 
Il-festi t-tajba lil kulhadd. VMA.


 Philippe Saliba San Gwann 01/01/2007 
Prosit mill-gdid lis-Sezzjoni Zghazagh tas-Socjeta' Santa Marija ta' l-ahhar attivita' tal-Milied. L-ambjent u l-akwati kienu post ideali ghall-presepju mill-isbah. J'Alla s-sena d-diehla jkun ikbar u ahjar. Komplu sejrin hekk.


 Gustav Vassallo Zurrieq 01/01/2007 
Veru website bis-sens, bhall-festa. PROSIT



OTHER INFORMATION

   Sign Guestbook
   Guestbook 2004
   Guestbook 2005
   Guestbook 2006
   Guestbook 2007
   Guestbook 2008