GUESTBOOK 2008


 Mauro Farrugia 02/06/2008 
Minn qiegh qalbi nixtieq nghid prosit misthoqqa lis-Sur Victor Galea u l-kollaboraturi kollha li ghenuh sabiex inhadem il-ktieb li jgib l-isem 'Il-Maggur Anthony Aquilina, Is-Surmast tal-Marci Maltin'. Dan huwa ktieb biografiku mimli dettalji sbieh, kultant umoristici li jixhdu l-hajja ta' dan il-kompozitur li hallilna ghadd immens ta' marci ferrieha. Il-ktieb huwa ricerkat b'mod tajjeb hafna u zgur li min jaqrah jibqa' mpressjonat ghal bosta episodji li jzeju l-hajja tal-Maggur. Ktieb li jzommok attent u nteressat f'kull dettall. Inheggigkom tixtruh ghax mhux biss huwa ta' nteress liema bhalu, talli fih hemm ukoll it-tifkiriet li zejnu l-festi Maltin mis-snin 40ijiet sal-lum il-gurnata. Prosit mill-gdid Victor! Prosit ukoll lill-Ghaqda Karmelitana u Banda Queen Victoria tas-serata u ta' l-organizzazzjoni u l-post addattat ferm li fih saret it-tnehdija ta' dan ix-xoghol letterarju. Prosit kulhadd u Baned Maltin komplu kunu intom l-izvog tal-wirt kulturali festiv Malti.


 Antoine Farrugia 01/06/2008 
Hbieb. Nixtieq nirringrazzja lil kulhadd talli attendejtu ghall-purcissjoni tal-Corpus li saret gewwa l-Imqabba nhar il-25 ta' Mejju 2008. L-attivita' li jmiss se tkun it-Transulazzjoni tar-Relikwija ta' Santa Marija nhar l-14 t'Awwissu. Naf li nkunu mpenjati hafna imma daqxejn sforz min kulhadd naslu. Grazzi.


 Bobby Mqabba 22/04/2008 
Etoile d'Or De Jumelage, 2006 Malta Fireworks Champions, 2007 World Fireworks Champions... dawn il-ftit kliem jiddeskrivu verament liema hi l-akbar socjeta' u l-akbar FESTA gewwa r-rahal taghna. Bil-ghajnuna ta' Santa Marija ejja ha nkomplu nahdmu halli jerga' jkollna Festa Unika. NAR, BANDA, ARMAR, U FUQ KOLLOX ZAGHZAGH! VIVA SANTA MARIJA, PATRUNA TA' L-IMQABBIN.


 Marc Caruana Mqabba 08/04/2008 
Nixtieq nawguralkom tkomplija ta' successi mal-kullana ta' successi li ga akkwistajtu matul iz-zmien specjalment fejn jidhol il-loghob tan-nar li tant taghmluni kburi li jien mill-Imqabba. Inselli ghalikom u nweghdkom kull appogg. Grazzi.


 Antoine Sciberras Mqabba 24/03/2008 
Nixtieq nifrah u nghid prosit kbira lis-Sur Alfred Galea, bandist attiv u l-Ufficjal ghar-Relazzjonijiet Internazzjonali fi hdan is-Socjeta' Santa Marija u Banda Re Gorg V ghaliex wara l-impenn tieghu sabiex setgha jkollna ghal darb'ohra banda barranija mill-Ingilterra kif ukoll surmast direttur Amerikan matul il-Festa Titulari tas-sena 2007, dan ix-xoghol gie rikonoxxut ricentement bl-unur tal-'Malta Tourism Star Award 2007' mill-Awtorita' tat-Turizmu. Mill-gdid prosit Alfred.

Prosit tmur lejn is-Sezzjoni Zghazagh Santa Marija fi hdan is-Socjeta' taghna li ghat-tieni sena konsekuttiva qed torganizza wirja' ta' repliki ta' statwi tal-Gimgha l-Kbira li nsibu fi Spanja. Il-wirja 'La Semana Santa' qed tigi mtellgha fis-swali principali tal-kazin.


 Patrick Ghigo B'Kara 23/03/2008 
Nixtieq nifrah u nghid prosit lis-Sezzjoni Zghazagh ghall-mod eccellenti ta' kif ipprezentaw il-wirja unika LA SEMANA SANTA li ghal darb'ohra regghet gibdet numru sabih ta' dilettanti gewwa l-Imqabba. Dawn iz-zghazagh huma ta' ezempju ghal hafna ohrajn u b'hilithom qed ikomplu jkabbru isem is-Socjeta' SANTA MARIJA. KEEP IT UP!!


 Patrick Ghigo B'Kara 27/01/2008 
P R O S I T lill-Ghaqda tan-Nar Santa Marija li regghet sebbhet is-smewwiet, zebghet il-bahar bi gmiel ta' kuluri u dawlet is-swar tal-Port il-Kbir waqt li halliet lil kull min kien prezenti immeraviljat b'di il-perfezzjoni ta' Disinni u spettaklu liema bhalu. Drajna issa naraw din l-arti min idejn id-dilettanti tan-Nar ta' din l-Ghaqda u ghalhekk ma nistghux ma nirringrazzjawhomx u bhal dejjem NITOLBU LIL KBIRA SANTA MARIJA ZZOMM IDEJHA FUQHOM.


 Fr Joseph Zahra OP 12/01/2008 
Nifrah b'qalbi kollha maghkom u nhossni kburi bikom li ergajtu kontu kapaci tahdmu b'serjeta', sagrificcju u originalita' massima fil-wirja tal-presepju haj. Dak kollu li soffrejtu gie mirbuh bl-apprezzament ta' kull min zarkom u wkoll tal-gurija li rat b'ghajnejha u allura kienet kapaci tiddikjarakom bhala l-aqwa u l-ahjar. Prosit tassew ghal-lejalta' lejn il-Kelma ta' Alla li nzammet fir-rakkont u fil-wirja. Kontu kapaci tkunu rakkont haj, priedka hajja, li thabbru r-rivelazzjoni t'Alla bl-arti u l-kultura. J'Alla dan il-messagg ikompli jinzel f'qalbkom u jressaqkom aktar lejn Gesu' l-uniku salvatur ta' hajjitna. PROSIT U KUNU MBERKIN.


 Bobby Mqabba 12/01/2008 
Prosit liz-zghazagh taghna li wrew ghal darb'ohra il-kapacita' kbira taghhom permezz tal-Presepju Haj. Prosit lil kull min hadem u ghen biex setgha jinkiseb success sabih bhal dak. Ejja ha nkomplu fejn hallejna ha jerga' jkollna festa grandjuza fit-2008. Grazzi Madonna talli zzomm dejjem idejk fuqna. VIVA SANTA MARIJA!


 Patrick Ghigo 10/01/2008 
Nixtieq nifrah lil shabi kollha tas-SEZZJONI ZGHAZAGH ghas-success miksub fil-kompetizzjoni tal-Presepju Haj li ttella' fl-Isptar il-Qadim. Wara jiem ta' hidma kontinwa is-sagrificcju u x-xoghol li sar gab UNUR IEHOR lis-Socjeta'. Prosit lis-SEZZJONI ZGHAZAGH u lil kull min kien involut!!


 Carlo Sciberras Mqabba 08/01/2008 
Is-Sezzjoni Zghazagh tas-Socjeta' Santa Marija ghadha kemm temmet it-tieni edizzjoni ta' l-ewwel Presepju Haj organizzat fir-rahal ta' l-Imqabba. Dan l-avveniment gie mtella' gewwa l-binja ta' l-isptar il-Qadim fl-Imqabba bejn it-22 u t-30 ta' Dicembru 2007. F'dawn id-disat ijiem wiehed setgha japprezza ferm it-trasformazzjoni tal-binja ta' l-isptar il-Qadim f'villagg sinonimu maz-zminijiet tat-twelid ta' Gesu Bambin. Tajjeb wiehed isemmi li kien hemm il-partecipazzjoni ta' 'l fuq minn sebghin karattru kuljum kif ukoll ir-rectar f'sinkronizzazzjoni mar-rakkont tat-twelid. L-ammont ta' vizitaturi kien wiehed impressjonanti. Ghal darb'ohra z-zghazagh tas-Socjeta' Santa Marija ta' l-Imqabba spikkaw ferm bl-ideat innovattivi taghhom, fejn din is-sena lahqu quccata ohra fl-istorja taghhom u tar-rahal ta' l-Imqabba bil-kisba ta' l-ewwel premju fil-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Presepji b'livell straordinarju fil-punteggi moghtija min gurija esperta f'dak li ghandu x'jaqsam ma l-originalita', l-accessorji, il-konsistenza fil-karattri, l-effetti ta' dwal u muzika u d-dehra generali. Tajjeb insemmi wkoll il-fatt li tul is-snin li ilha ssir din il-kompetizzjoni l-ebda ghaqda ma rnexxielha tikkwalifika ghall-ewwel premju. Dan l-unur kompla jsahhah isem is-Sezzjoni Zghazagh Santa Marija u r-rahal ta' l-Imqabba fejn eventwalment l-istess Sezzjoni Zghazagh saret l-ewwel u l-unika ghaqda ta' Zghazagh fil-pajjiz li hija moghnija b'Rikonoxximent Nazzjonali.


 Antoine Sciberras Mqabba 02/01/2008 
Klassifikati bhala l-Ewwel fil-Kategorija tal-Presepju Haj. Prosit kbira tmur lejn is-Sezzjoni Zghazagh Santa Marija u lejn dawk kollha involuti b'xi mod jew iehor. Dan ikompli jkabbar il-katina ta' successi li s-Socjeta' Santa Marija u Banda Re Gorg V kellha matul l-istorja taghha specjalment tul is-sena 2007 li ghadha kif ghaddiet. Prosit!


 Antoine Sciberras Mqabba 02/01/2008 
Nixtieq nghid prosit kbira lis-Sezzjoni Zghazagh Santa Marija ghall-mod kif organizzaw il-Presepju Haj gewwa l-Isptar il-Qadim. Zgur li attivita' bhal din wriet bic-car il-potenzjal li din is-Sezzjoni tippossiedi. Dan jistghu jikkonfermawh il-mijiet ta' nies, kemm Imqabbin kif ukoll barranin li zaru din it-tieni edizzjoni ta' l-ewwel Presepju Haj gewwa l-Imqabba.


 Antoine Sciberras Mqabba 02/01/2008 
Prosit kbira tmur ghall-Ghaqda tan-Nar Santa Marija li ghal darb'ohra wriet li hi fost l-aqwa go pajjizna. Dan gie kkonfermat bl-ahhar spettaklu sinkronizzat mal-muzika gewwa l-Port il-Kbir fl-okkazjoni ta' l-introduzzjoni ta' l-Ewro gewwa pajjizna. Spettaklu mxandar dirett mad-dinja kollha li kkonferma l-originalita' ta' din l-Ghaqda, specjalment bil-forom ta' l-Ewro. Nawgura success fiz-zewg attivitajiet li jmiss aktar tard dan ix-xahar. Mill-gdid prosit!



OTHER INFORMATION

   Sign Guestbook
   Guestbook 2004
   Guestbook 2005
   Guestbook 2006
   Guestbook 2007
   Guestbook 2008