Kfar Saba Community Concert Band mill-Izrael (2001)
Din il-Banda twaqqfet gewwa l-belt ta' Kfar-Saba f'Izrael fil-1983. il-fundaturi tal-banda, li kollha kemm huma ghadhom attivi bhala bandisti fi hdan il-banda, kienu Dr Shmuel (Samuel) Franco (Tenor Sax), Prof. Jonathan Aharonson (Kurunetta), Melvin Farris (Kurunetta) u Eli Zemer (F. Horn). L-ghan ewlieni kien li jxerrdu l-muzika madwar il-belt ta' Kfar-Saba.
Il-banda tikkonsisti f'madwar 60 element, ilkoll fuq bazi volontarja u li gejjin minn kull settur tal-hajja. Id-Direttur attwali tal-banda huwa Mro. Nachman Yariv. Ta' min jghid li l-ewwel darba li din il-banda esegwiet is-servizzi taghha barra l-pajjiz kien propju fil-festa Titulari ta' Santa Marija gewwa l-Imqabba.
Il-belt ta' Kfar-Saba hija meqjusa minn hafna bhala l-belt kapitali ta' Izrael fejn tidhol il-muzika. Biss din il-banda fl-umilta' taghha tqis lilha nnifisha bhala banda modesta u zghira b'qalb kira ghall-muzika. Din l-imhabba ghall-muzika tista' tigi kkonfermata bit-twaqqif tal-Music Foundation' fis-sena 1986 bl-iskop ewlieni li tghallem it-taghlim tal-muzika gewwa Kfar-Saba lil kulhadd minghajr ebda distinzjoni ta' eta'.