Il-Korp ta' San Innocenzju

Il-Korp ta’ San Innocenzju kien jinzamm taht il-mensola tal-artal tal-Kuncizzjoni. Minhabba nuqqas ta’ fondi, il-festa ta’ dan il-qaddis kienet issir il-Hadd fost l-Ottava ta’ Santa Marija meta l-Knisja tkun ghada mzejna bl-armar tal-festa. Allura ma kien jinvolvi ebda spejjez zejda sabiex tigi organizzata din il-festa f'gieh dan il-qaddis. Il-korp kien jintrama fuq l-artal maggur mzejjen taht mant kif filfatt jidher fir-ritratt. Is-Sur Filippu Galea kien jiehu hsieb u jorganizza l-festa ta’ dan il-qaddis.

Sfortunatament fit-Tieni Gwerra Dinjija, il-korp tal-qaddis intradam meta waqghet il-knisja wara attakk tal-ghadu. Il-ghadam ingabar minn qalb id-debris, u llum wara li regghet inbniet il-knisja, il-Korp rega’ nzamm f’daqs izghar minn qabel u jinsab taht l-artal tal-kor.

Jidher li d-devozzjoni ghal dan il-qaddis kienet kbira gewwa l-Imqabba tant li anke ssemmiet triq ghalih, Triq San Innocenzju, li tinsab propju ftit passi boghod mic-centru tar-rahal tal-Imqabba.

Referenzi:
Programm Festa Santa Marija Mqabba 2003 pa[na 135 – kitba tas-Sur Joseph Farrugia.