ABOUT MQABBA

L-ORIGINI TAL-KELMA MQABBA

Tista' tghid li kull min kiteb biex jaghti tifsir ta' isem dan ir-rahal, ipprova jkun originali billi qal xi haga li ma qalha hadd qabel. Hemm min qal li 'Mqabba' hi gejja minn 'imhabba'. L-avukat Bellanti meta kkwota lit-tabib G Micallef, seta' qorob aktar lejn is-sewwa meta qal li 'Mqabba' gejja mill-verb 'qabb' (taqta' gebla) u allura b'xi mod jasal ghall-konkluzjoni, forsi xejn gusta, li n-nom huwa 'Mqabba' (barriera). Dan jista' jkun tassew minnu ghaliex ir-rahal kien sa minn hafna zmien ilu c-centru tal-barrieri f'Malta. Ohrajn ippruvaw jghidu li isem dan ir-rahal hu gej mill-kelma semitika 'Micabba' li tfisser ghatu mohfi. Kittieb iehor li qal li hi kelma Gharbija huwa l-Konti Ciantar li kiteb bejn l-1772 u l-1780. Dan qal li 'Mqabba' ma tfisser xejn hlief 'una copletta' jew ahjar vazett li jservi biex jghatti. Dan qisu jikkonfermah il-Professur Guze' Aquilina ghaliex minn sejbiet arkeologici jidher bic-car li f'dawn l-inhawi kien hemm xi kolonja ta' nies li difnet il-mejtin taghha f'oqbra ghamla ta' celel bhal tal-Fenici. Issa jekk dan hu minnu, in-nies ta' l-Orjent ihobbu jibnu l-bini taghhom bhall-koppla. Dan ghadu jidher sal-lum fl-ibliet Gharab.

L-arma ta' l-Imqabba tikkonsisti f'faxx djagonali ta' lewn il-fidda fuq sfond ahmar, filwaqt li l-motto tar-rahal huwa 'Non Nisi per Ardua' li jfisser 'Biss bil-Hila'.

L-Imqabba tigbor fiha madwar 850 familja u bhala popolazzjoni tqarreb it-3,000 ruh.




GO BACK TO ABOUT MQABBA