|
|
|
LIL SANTA MARIJA
    
Meta l-Imqabba twaqqfet bhala parrocca, il-funzjonijiet kienu jsiru fil-knisja ta' San Bazilju li kienet ewlenija fir-rahal u akbar minn dik ta' l-Assunta. Il-knisja ta' San Bazilju baqghet taqdi lill-poplu Mqabbi sakemm ittellghet il-knisja li naraw illum. X'aktarx li l-knisja l-qadima kienet imtellgha minn certu Mikiel Zammit u din kien fiha hames altari. Il-knisja parrokkjali ta' Marija Assunta fl-Imqabba hadet il-post ta' zewg knejjes, wahda dedikata lil Santa Marija u ohra li kienet maghrufa bhala tal-Vizitazzjoni. Din ta' l-ahhar giet mahtuta fis-sena 1686 biex bdiet tinbena l-knisja parrokkjali tal-lum. B'tifkira twaqqaf l-altar tal-Vizitazzjoni fil-korsija tal-knisja l-gdida. Din bdiet tinbena wara l-vista pastorali ta' l-Isqof Balaguer fis-sena 1663. Il-knisja tlestiet minn kollox fit-28 ta' Gunju tas-sena 1699. Il-knisja z-zghira ta' Santa Marija giet imwaqqa' wara li ntemm il-bini fuq il-gdida peress li l-gdida kienet mibnija madwar il-qadima. Il-knisja li naraw illum saret fi zmien il-Kappillan Dun Ang Mallia taht id-direzzjoni ta' Mastru Marju Briffa u ibnu Gamri. Din tlestiet fl-1699 izda s-sagristija tal-lemin inbniet fl-1709. Il-knisja giet ikkonsagrata mill-Isqof Pellerano nhar l-20 ta' Mejju 1774 bi flus il-qassis iben ir-rahal Dun Karlo Zammit li miet nhar is-7 ta' Jannar 1795. Il-knisja hija semplici pero' ghandha arkitettura sabiha mmens. Din ghandha forma ta' salib latin u hija maghmula minn kor, zewg kappelluni u korsija. Ta min isemmi li l-knisja ghandha kampnar wiehed. Barra l-altar maggur insibu disa' altari ohra. Il-knisja hija twila 114-il pied, mill-kappelluni hija wiesa' 77 pied u mill-korsija 24 pied. Il-koppla prezenti tal-knisja nbniet wara l-istragi ta' l-ahhar gwerra dinjija mill-imghallem Baskal Xuereb skond il-pjanta tal-perit Andrea Micallef. Il-kampnar ghadu originali kif kien mibni fis-seklu sbatax. Il-kampnar hu mghammar b'seba' qniepen. Il-kbira nhadment fil-funderija Triganza fl-1789 u hallas ghaliha l-Kappillan Dun Aloisio Bartilmew Caraffa (200 sterlina). It-tieni wahda saret fl-1800 bit-thabrik tal-kappillan Dun Indri Farrugia. Gulju Cauchi hadem zewg qniepen ohra fl-1876 u dawn swew 116 sterlina. Wahda mill-qniepen tal-Knisja Parrokkjali ta' l-Imqabba giet moghtija minn Mikiel u Ganna Zammit fl-1931. Barra din il-qanpiena nsibu ohrajn maghmula mill-fundaturi Gakkin Triganza u Gulju Cauchi. Fl-1965 zdiedet qanpiena ohra moghtija mill-ahwa Monsinjuri Ganpatist u Angelo Ghigo. Din hadet post wahda mgengla u kienet mahduma mid-ditta Bianchi ta' l-Italja. Il-kampnar hu mghammar b'arlogg li tqieghed fl-1758 u hu xoghol l-arluggar Antonio Tanti, li pero' gie mgedded ghal kollox mill-Imqabbi Mikielang Sapiano. Fil-knisja ta' l-Imqabba hemm meqjum il-gisem imqaddes ta' San Innocenz. Dan kien mehud mic-cimiterju ta' San Lawrenz f'Ruma u moghti lill-knisja taghna mill-Isqof Pellerano fl-1779. Fl-24 ta' Ottubru 1779 dan ingieb mill-knisja ta' San Gwann Evangelista f'Hal Millieri. L-ghotja tieghu kienet wahda rikka u x'aktarx li kienet opra ta' Dun Salvatore La Corte Pajas ta' Bormla. Fil-gwerra li ghaddiet dan il-gisem sagru tfarrak u minnu baqa' biss xi fdalijiet. Kif diga semmejna, din il-knisja ghandha disa' altari minbarra dak tal-Maggur. Erba' minnhom qeghdin fil-korsija u huma dedikati lill-Ispirtu s-Santu, lil Sant Antnin, lil San Pawl, u lill-Vizitazzjoni. L-ohrajn jinsabu fil-kappelluni u huma dedikati lill-Kurcifiss, lill-Kuncizzjoni, lill-Madonna tar-Ruzarju, lil San Guzepp, u lill-Inkoronazzjoni tal-Madonna li jinsab fil-kor ta' wara l-altar Maggur. L-altar Maggur jigi dekorat bil-gandlieri ta' l-injam fil-festa ad unur Santa Marija. Dawn kienu gew skulturati minn Mastru Pawlu Bugeja fis-sena 1882. Il-kwadru Titulari ta' din il-knisja tpitter minn Filippo Venuti, pittur Taljan li ghamel bosta xoghlijiet f'Malta. Dan il-kwadru li hu fost l-ahjar xoghlijiet tieghu sar bi spejjez ta' Dun Salv Schembri u tbierek mill-Kappillan Dun Kalcidon Schembri fis-17 ta' Dicembru 1896. Mad-dawra tal-bieb maggur ta' din il-knisja wiehed jista' josserva l-pittura maghmula minn Filippo Venuti fl-ewwel snin tas-seklu ghoxrin. Din tirraprezenta t-Trijonf ta' Marija Mmakulata u t-tkeccija t'Adam u Eva mill-Genna ta' l-Art. GO BACK TO ABOUT MQABBA |