Lil Santa Marija, Omm is-Salvazzjoni

Qalb il-qtajja ta’ l-angli fis-sema
Jidwi l-eku bil-kobor hawtiel
U mal-kordi ta’ l-ghana, bhal demgha
Timla ’l qalbna fawwara ta’ gmiel.

Titlaq kewkba minn idek, Marija,
Tixghel f’ruhna bhal fjamma f’musbieh,
Tnixxi l-farag go darek smewwija
Kif tilqaghna ma’ Kristu rebbieh.

Mill-abbissi tal-faqar fid-dinja
Int tigborna f’riglejk hdejn l-altar
Halli nduqu mill-manna w mill-vinja
W hekk infakkru l-miraklu li sar.

Minn qiegh l-ibhra tad-dlam f’art materna,
Mid-dezert ghall-helsien mill-imwiet,
Minn gol-qabar ghall-gholja tal-verna,
Fik il-mixja ghas-serh tas-smewwiet.

Nankraw ruhna fil-port tal-qdusija,
Nibnu gensna bil-fidi tassew
W minn dil-blata li tisboq kull htija
Niksbu s-sabar u bik nithennew.

Niehdu n-nifs fil-guf tieghek, ja Ommna
Bil-ossignu li jtina l-qawmien
Li gabilna dlonk Ibnek, Madonna
Meta gheleb il-mewt u t-telfien.

U warajh, gejt imtellgha fir-renju
Ghaliex Int gharaft tghix kull virtù
U minn hemm indukrajt kull millennju
Mal-frott tieghek, l-Imbierek Gesù.

U bhall-angli ninghaqdu lkoll mieghek
Halli nfahhru lil Alla ghal dal-wirt
Kif stqarrejt Inti stess fit-talb tieghek
Biex fic-cokon il-ghageb fissirt.

Int sofrejt in-niggieza tan-niket
U rajt l-ghadab tal-folla bla ruh,
Thallix qalbna minn mieghek titbieghed
U titbandal bhal dghajsa bla qlugh.

Ghinna nbahhru fil-mewg tat-turmenti
Sabiex nilmhu l-ilwien fl-orizzont,
Tina s-sahha fir-ruh u fil-menti
Biex fi hdanek nissiehbu fil-pront.

Int matrici tal-bahar-hajjitna,
Int il-gawhra li tleqq fl-ilmijiet,
Int l-imnara li ssebbah gziritna,
Int l-ghamara ta’ mhabba w barkiet.

F’xibka wahda ta’ nsara mahbuba,
F’ghalqa wahda fejn nahsdu biss gid,
F’merhla wahda li tahji l-midruba
Tofroq harstek li tostor kull mit.

Hajr nghidulek tal-grazzji li tajtna
Fl-gherf li jdommna f’ulied Imqabbin,
Fit-tjubija li b’ghaxqa lkoll tmajtna
Biex sawwartna f’suldati ghaqlin.

Issellimlek O Santa Marija
Din il-gemgha li tifrah biss fik
U mal-kori ta’ l-angli kburija
Gewwa l-genna tixtieq li tgawdik!


Miktuba minn
Stefano Farrugia – Imqabba
10/06/08