F'gheluq il-100 sena mit-twaqqif tas-Socjetą Santa Marija fl-Imqabba (1910-2010)
Bukkett ta' mitt warda ninsgulek Marija,
kull wahda tisseddaq bis-sebh tas-smewwiet,
f'gheluq il-mitt sena li nzerghet f'rahalna,
il-qamha li kibret fi spirtu fejjied.
Bhal ahwa migbura fil-fwieha ta' darek
ghall-kenn tal-mant tieghek u t'Ibnek Gesł,
uliedek fl-Imqabba taw bidu ghall-hidma
li kellha tinhasad f'tant frott ta' virtł.
Fi snin ta' tbatija w taqbid liema bhalu
max-xewk u s-sikrana li nfirxu bl-eluf,
ixxettlet ix-xewqa li jxerrdu madwarhom
il-mergha ta' mhabbtek li tnisslet fil-guf.
Bid-daqq tal-orkestra u l-kordi tal-banda
li jizfnu mal-ghana tal-angli henjin
fis riedu li jferrhu ha jdawlu lil arthom
li kienet iddallmet bil-bombi kefrin.
Fik sabu bhal tarka fil-guh li hakimhom
bil-barka tal-Konvoj li dahal rebbieh
minkejja l-assedji li ra fil-vjagg tieghu
ghax talbhom instema' u gab it-tishih.
Kif tista', immela, le tifrah din qalbna
bhal meta timtela bil-frak tal-altar,
xhin taghrfek b'kuruna ta' grazzji dejjiema
li tisboq kull setgha li tnin qalb l-inwar?
Sirt l-arka li twiezen lit-tfal u liz-zghazagh
biex b'hilthom ikattru kull don jew talent,
jekk bhala allievi jew membri ta' ghaqda,
jew bhala fratelli tal-kbir Sagrament.
Minn sena ghal ohra, kull fergha habrieka
lil ismek issebbah bix-xoghol u l-pjacir
biex festa mill-ohla taghmillek f'Awwissu
li troddlok kull qima bil-kant u t-tifhir.
Surmast wara l-iehor ta' dehen u qlubija
dlonk gharaf jindokra t-tezor fdat f'idejh
li Galea kien saqqa minn qabel il-gwerra
u sar bhal mustarda li tpaxxi 'l ghajnejh.
Mat-tokki tan-noti mill-qniepen habbara
jitilghu fis-sema qawsalli ta' lwien
min-nar tal-murtali li jiftah bhall-fjuri
kif fetah l-ghid t'Alla fil-jum tal-helsien.
U libsa mill-isbah ta' deheb jilma d-dija,
inxeddu lill-maqdes imsemmi ghalik,
u d-dar tal-imsiehba fil-qalba tal-misrah
tixxieghel ha tilmah il-gmiel li hemm fik.
Mix-xbieha-salmura ta' tlughek fis-sema
li tfakkar fir-rebha li qsamt mal-Feddej,
bil-qawma li welldet il-hajja tal-glorja,
tqanqalna ghall-ghamara li hejja l-Mulej.
Fit-toroq mnejn tghaddi nilqghuk kollna hegga,
imnebbha mill-grajja ta' hajtek fuq l-art
bi kwadri li jidwu d-dulur fil-qalb tieghek
daqskemm is-sigrieti li jnessu kull mard.
Kull sena mghoddija fid-djarju ta' hutna
tghajjatlek mal-mixja tal-pendlu ghaggiel
li jnaqqax fl-Istorja r-rakkonti ta' gensna
u jhalli lill-poplu ghatxan ghal kull hjiel.
Ha tiskot il-kotra biex tisma' l-gherf safi
li johrog minn fommok fir-rit tal-quddies,
imlehhen mill-qari ta' bosta kittieba
li jpingu bi kliemhom dal-kobor bla qies.
Imharsa mill-balzmu li ggib fir-ruh taghna
b'kull kelma ta' farag u gid ghal quddiem,
fik tiftah bla taghlaq kull fakra ta' tama
ghax Inti l-Omm twajba li twarrad bis-sliem.