L-Ghid tal-Assunta

Kif Awwissu fil-qrib ikun wasal
Fis niftakar fil-jum hekk sabih,
Fejn ma' huti fl-Imqabba ningabar
Biex naghtik l-akbar qima u gieh.

Meta ismek jien nisma' jixxandar
F'dik il-bxara ta' Ibnek l-Ghaziz,
Qalbi tifrah u tkun trid tittajjar,
Ghax timtela b' dak I-ikel qaddis!

Inti l-warda bla xewk, kollok ghana,
B'dik l-imhabba li tghajjex 'il-qlub,
Inti l-Eva, il-gdida w setghana,
Inti l-qawwa li tbeghedna mid-dnub.

Ghax f'ghemilek naraw bhal moghdija
Li tqarribna lejn Kristu l-Mulej,
Li twassalna biex nilmhu, id-dija,
Sabiex naghrfu l-messagg tal-Feddej.

Ha nimtlew b'dik il-glorja tal-Genna,
Id-dawl hieni, ghalina l-bnedmin,
Meta nduqu ta' Ibnek il-benna,
Hekk kif nersqu flimkien ghat-tqarbin.

Jghaddi l-hin u ningabru herqana,
Nistennewk kollna hegga w tifhir,
Biex kif tohrog nghannulek ferhana,
Int Sultana, bid-deheb ta' l-ofir!

Nitolbuk tindukrana, Marija,
Biex tharisna mill-ghelt ta' kull zmien,
Biex tfarragna fil-mard u t-tbatija,
Biex twassalna ghal sebh il-qawmien.

Aghti lilna l-helsien, 0 Madonna,
Thalliniex naqtghu qalbna fit-triq,
Inti t-tama li dejjem tmexxina,
Inti l-Omm li taf tnessi kull diq.

Itfa' harsa madwarek Marija,
Lejn dil-merhla Mqabbija, f'dal-jum,
Din habbitek b'imhabba qawwija,
Sahhah fiha, il-ghaqda kuljum.

'Tina l-grazzja dejjiema, Marija,
Li xi darba hdejk nigu henjin,
Ha nitghaxxqu b'dik l-hena smewwija,
U ninghaqdu ma' l-angli ckejknin!

Ghax rebbieha w Sultana fil-glorja
Ghamlek AlIa, kif hejja, sat-tmiem,
Int l-Assunta, Regina, Vitorja,
Kompli zejjen lil qlubna bis-sliem.

Din hi t-talba ghalik 0 Patruna,
Inti l-kewkba li tiddi bla tnin,
Ibqa' maghna w aghtina l-ghajnuna
Biex ma' djulek hekk nibqghu kull hin.

Grazzi kbira, nghidulek, Madonna,
F'dan il-jum li ghazilna ghalik,
Thalli qatt li ninfirdu minn mieghek,
Ghaliex ahna, insibu s-serh fik.

Dina l-ghanja lkoll tohrog minn fommna
Lil Marija, l-Omm tag]na l-Maltin,
Insellmulha flimkien lill-Madonna,
Biha ahna ghal dejjem kburin!

Miktuba minn
Stefano Farrugia - Imqabba
15 t’Awwissu 2004