F'Dirghajn l-Imhabba

Donni l-arpa dlonk smajt f'melodija,
Ghaddiet fewga mal-ghana zeffien,
Fewhet gmielha f'dil-lejla xitwija;
F'dik il-hemda, ma' shabi kont jien.

U smajt vuci, ilkoll issejhilna,
Lehen gwejjed jittajjar mar-rih,
Bard qabadni w ma fhimtx hi x'qaltilna,
Lejn is-sema harisna qatigh.

Shaba sewda ghaddiet u hasditna,
Traxxax fuqna, ix-xita fis bdiet,
U bhal mewga, mix-xejn hi haslitna;
Tlaqna nigru, imghaggla, fis-skiet.

Lur'ghal djarna lkoll fis ahna morna,
Halli nsibu, il-kenn f'dak il-hin,
U lejn Ommna, herqan'ahna dorna,
Ninsgu l-ghanja 'l Marija henjin:

Ghax tassew hija t-tark'ewlenija,
Hi l-qawsalla li ddawwal kull ruh,
Hi l-ghajn safja li ttik l-energija,
U tqawwik b'dak l-ispirtu zaghzugh!

Ma tfissdekx jew titilqek ghal rihek,
Ma thallikx timxi wahdek fit-triq,
'Mma ma' binHa, id f'id tibqa' mieghek,
Sa ma twasslek biex tara z-zerniq.

Stefano Farrugia, L-Imqabba
2003