Prosit lil tan-Nar

Tradizzjoni li ghadha hajja
gewwa l-gzejjer Maltin
hi dik tan-nar matul il-festi
wisq ghal qalb tant Imqabbin.

Nibdew bil-kwindicina
ta’ Lulju t-tletin
bis-salut u murtaletti
u anke b’xi tnejn hoxnin.

U kollox isir bil-galbu
u anke bil-limitazzjoni
Ghax dan ix-xoghol jirrikjedi
l-akbar attenzjoni.

Hekk kif id-data t’Awwissu jasal
kif hija t-tradizzjoni
mal-hruq ta’ kaxxa nfernali
nohorgu l-Assunzjoni.

U fl-ahhar waslet dil-gimgha
li tant mistennija
Id-dilettanti kelma wahda;
‘Ghall-Imqabba f’Santa Marija’.

Nibdew bil-bomba u murtaletti
fit-tmienja u f’nofs in-nhar
Bil-beraq u l-kulur
kif il-hin ikun sar.

Kif it-tokki tal-barka jdoqqu
u tinstema’ l-musketterija
Tinharaq kaxxa u xi murtali
fil-harqa ta’ fil-ghaxija.

U kif jidlam u jsir il-hin
fil-tlitt ijiem tat-tridijiet
Naharqu l-pront u tal-kulur
tac-crieki u c-centrijiet.

U xi nghidu ghat-Transulazzjoni
kulhadd jingabar u ghal post jissielet
Ghax f’Malta kollha, tmur fejn tmur
ma tarax bhal dawn l-imsielet.

Issa l-lejl mistenni wasal
lejlet il-Festa tal-Patruna
Tan-Nar vera haqqhom PROSIT
ghax kull sena pjacir ituna.

Hruq ta’ lampjuni, blalen u sfejjer
kollox huwa organizzat
Bdejna nassistu ghall-ispettaklu
mal-muzika sinkronizzat.

Is-sema tinxteghel b’kuluri mill-isbah
bil-beraq pront u bil-kulur
B’tan-Nar ghandna biex niftahru
ghamlulna gieh u unur.

Kif is-sirena tibda tidwi
gismi xewk xewk, jaqbadni l-bard
Wara dan l-ispettaklu
ikollna harqa prima, nar ta’ l-art.

U sebah il-jum ta’ l-Assunta
ghalina jum vera specjali
Ghalhekk naharqu murtali kbar
kaxxi u baraxxi originali

Taht ghajnejk zomm o Madonna
waqt xogholhom fid-dwejriet
Lil dawn hutna dejjem bieghedhom
mill-periklu u mill-inkwiet.

Inhobb insellem lil ta’ qabilna
meta noqghod nirrifletti
B’hidmiethom kabbarna festa
ghallmuna s-sengha u r-ricetti.

Il-festa taghlaq b’ringrazzjament fil-knisja
b’harsitna lejk helwa Marija
Bl-ghajnuna tieghek nergghu ntennu;
‘Rega’ kellna FESTA KBIRA!’

Patrick Ghigo
Mqabba - B’kara
06-06-2003