Ix-Xbieha ta' Santa Marija, Monument haj ghall-Imqabbin
F'gheluq il-175 sena mill-migja tal-Istatwa ta' Santa Marija fl-Imqabba (1836-2011
Kull darba li nidhol fit-tempju tar-rahal
fil-festa ta' tlughek O Santa Marija,
ghajnejja jitghaxxqu bil-wicc hlejju tieghek
minqux bhal kullana ghall-ikbar fohrija.
U dlonk jien niftakar fil-grajja hekk ghaziza
miktuba fl-Istorja li ntisget ma' qalbna
tal-migja tax-xbieha li tixhed sbuhitek
ghax fiha jintlemah is-seher ta' artna.
Bhal xrara li tqabbad huggiega kotrana,
imkebbsa bit-tama fil-forn tal-imhabba,
ixxettlet ix-xewqa ta' wlied ghall-omm taghhom
biex fosthom ghal dejjem issaltan fl-Imqabba.
Kien frott ta' kemm habrek fil-gbir u fil-hidma,
il-mibki u qatt minsi, mahbub raghaj Caruana
li writna fic-cokon tezor ghal tant izmna,
imsejjes fid-dehra fuq dak tax-xriek taghna.
Kif b'ghaqal ta' Mghallem Marjanu Gerada
mar halla f'Hal Ghaxaq vetrina tas-sema,
xejn inqas ma ghamel warajh bhal dixxiplu,
il-kbir Alessandru ghall-qima tal-gemgha.
Daqskemm tiehu l-hajja fil-guf ghal tarbija
li timla bil-hena lil kull min jitmaghha
daqshekk il-vjagg htieglu biex radd l-opra tieghu,
moghnija kif jixraq bil-gmiel u bis-sahha.
Minn zokk holoq vara titkellem b'ghajnejha
u thallem bl-ghamara fi tmiem it-tbatija,
ha ggedded il-weghda li taghraf l-insara
mill-bieb ta' kull zelu li hu l-Maghmudija.
Fuq qabar tittajjar qalb l-izraq fuqani,
mixduda bhal xbejba fin-nhar li tittejjeg,
mirfuda w bla tebgha bhall-Iben Setghani
li l-bahar jimmansa u n-nar f'dawl iheggeg.
Imdawwar ma' rasek stellarju bellusi
bhal mera tal-qawwa li Int kont ghalina,
f'riglejk sandli jlellex bid-deheb bhad-djamanti
li jnessi bis-sabar kull telf u rovina.
Bhal donnok qed tizfen mal-angli qalbiena
b'harsitek celesti li ssorr ghajn ta' soghba
u b'gismek serpenti mas-shab lewn il-fidda,
strument b'hilet l-arti li jnissel kull ghogba.
X'merhba misthoqqa fis tawk ir-rahhala
kif Int xrift go nofshom bhal kewkba bid-dija,
bil-ferh riedu jtiru mal-qtajja' tal-genna
w bla heda jghannulek mal-qniepen godlija.
Tliet arki mibnija fuq stil trijonfali
hejjewlek fit-toroq miksija bil-fwieha
u wara l-mixeghla tal-linef u l-fjakkli,
il-berah iddawwal b'murtali rewwieha.
Fis-snin imghoddija d-devoti ta' niesna
komplew lil suritek isebbhu bizzilla
b'zewg opri li bhalhom ma deher qatt f'gziritna
biex tarka tkun maghhom fil-ghawg u f'kull qilla.
Bil-qalb tal-imsiehba miftuha bhal cinju
u bl-id maestuza ta' genju minn Bormla,
issarraf it-toqol ta' kull sagrificcju
fi hsad sfiq ghall-poplu li laqghu bhal qronfla.
U kif missier gwejjed jindokra lil bintu
miftuma minn drieghu biex trawwem familja
hekk donnu sal-ahhar il-qasam Zejtuni
ried jgharbel xbihetek ha jzejnek b'kull milja.
Narawk ta' kull sena merfugha minn hutna
lebsin il-mozzetta ruxxana, peprina,
nilqghuk bil-gieh kollu u b'talbna nsellmulek
f'kull jum ta' hajjitna li jsir kwindicina.