Publikazzjonijiet mis-Socjeta' Santa Marija u Banda Re Gorg V

Programmi tal-Festa
Sa mill-bidu nett is-Socjeta' Santa Marija u Banda Re Gorg V dejjem hasset il-htiega li zzomm kuntatt dirett mas-soci u partitarji taghha bl-iskop li tkun tista' twassal ahjar il-messagg taghha. Jekk inharsu lura ghas-sena 1973 insibu li l-Kumitat ta' dak iz-zmien kien ippubblika ktejjeb ckejken bhala dak li llum insejhulu l-annwal jew il-programm tal-Festa. Dan kien jikkonsisti fi tnax il-pagna ta' qies zghir (A5) black and white. Il-faccata kienet tkun dejjem simili li kienet tinkludi l-istatwa devota u artistika ta' Santa Marija meqjuma fil-parrocca taghna. Kien jinkorpora fih il-programm tal-festa gurnata b'gurnata kif ukoll xi artikli qosra ta' interess relatati mal-parrocca u s-Socjeta' taghna. Biz-zmien dan il-mezz ta' kommunikazzjoni beda jinkorpora fih il-messaggi ghall-ewwel tal-kappillan tal-parrocca u aktar tard ukoll dawk tal-ufficjali tal-Kazin.

Jidher li dan il-ktejjeb ckejken kien jintlaqa' tajjeb tant li fis-sena 1984 il-Kumitat ta' dak iz-zmien dehrlu li kellu jaghti xejra differenti lil dan il-ktejjeb. Decizjoni li wasslet ghall-ktejjeb kif nafuh illum. Il-qies tieghu gie mkabbar filwaqt li zdiedulu n-numru ta' pagni ghal tnejn u tletin. Il-qoxra saret ghall-ewwel darba bil-kulur u kienet ta' materjal ohxon. B'hekk nistghu nghidu li l-ktejjeb li jigi ppublikat matul il-gimgha tal-Festa inghatatlu xejra aktar denja ta' ktieb li jinkorpora fih diversi artikli fosthom il-messaggi u rendikonti ta' dak li jkun sar fis-sena ta' qabel. Minn din is-sena 'l quddiem il-faccata ta' dan il-ktejjeb saret tkun dejjem fuq stil differenti. Propju illum, dan il-ktejjeb inghatatlu dehra aktar professjonali mimli ritratti u artikli ta' interess generali bin-numru ta' pagni jizdied ghal aktar minn 150 ta' qies A4 fosthom diversi pagni bil-kulur. Sar ikun mistenni minn diversi dilettanti u sahansitra ssib min ghandu d-delizzju li jgemma' dawn il-programmi. Illum il-gurnata dan il-ktejjeb qed ikun accessibli wkoll fuq il-websajt ufficjali tas-Socjeta' www.santamarija.com.



1973


1974


1975


1976


1977


1978


1979


1980


1981


1982


1983


1984


1985


1986


1987


1988


1989


1990


1991


1992


1993


1994


1995


1996


1997


1998


1999


2000


2001


2002


2003


2004


2005


2006


2007


2008


2009


2010


2011



Lehen iz-Zghazagh
Sa mit-twaqqif tas-Sezzjoni Zghazagh Santa Marija lura ghal Novembru 1993, l-ghan principali kien li tissahhah il-kommunikazzjoni bejn iz-zghazagh Imqabbin. B'dan l-ghan f'mohh l-ewwel kumitat bdiet tigi ppublikata rivista zghira bil-Malti intitolata 'Lehen iz-Zghazagh'. Rivista li kienet l-ewwel tip taghha f'rahalna minn zghazagh ghal zghazagh. L-ewwel publikazzjoni harget fix-xahar ta' Lulju 1996. Ftit gimghat biss war, f'Settembru tal-istess sena, l-istess Sezzjoni Zghazagh kienet strumentali sabiex is-Socjeta' tkun wahda mill-ewwel Socjetajiet Muzikali li kellhom il-websajt taghhom.





Titular
B'din il-pubblikazzjoni ntitolata 'It-Titular' qed inwasslu nformazzjoni u kitbiet interessanti fid-djar tal-familji gewwa l-Parrocca tal-Imqabba li hija ddedikata lill-Patruna Universali Santa Marija. 'It-Titular', lehen gdid ghaz-zghazagh fi hdan is-Sezzjoni Zghazagh Santa Marija iwassal fid-djar, artikli varji li jolqtu l-gosti ta' kulhadd, minn dawk dwar l-Istorja tal-Imqabba u l-Ewwel Socjeta' Muzikali fir-rahal taghna, l-arti, kitbiet Marjani u taghrif iehor. Wara hafna xoghol siewi li sar tul l-ahhar snin mis-Sezzjoni Zghazagh Santa Marija hassejna l-bzonn li nwasslu l-messagg taghna b'aktar konsistenza u fuq livell aktar strutturat minn pubblikazzjonijiet ohrajn. Wara numru ta' attivitajiet u hidmiet kemm fuq bazi Nazzjonali kif ukoll Internazzjonali mxejna pass kbir iehor fejn ser ikollna pubblikazzjoni tal-oghla livell hekk kif jixraq lill-Patruna tagúna Marija Assunta.

Il-Bord Editorjali f'isem is-Sezzjoni Zghazagh Santa Marija jixtieq jirringrazzja mill-qalb l-isponsers kollha li qed jghinuna f'din il-publikazzjoni, l-artikolisti kollha u lil dawk kollha li b'xi mod jew iehor ghenuna f'din il-publikazzjoni.







Publikazzjonijiet ohra







Kalendarji