Ghalkemm Banda bi storja ta' ftit aktar minn 60 sena, gejja minn rahal zghir bhalma hu l-Imqabba, il-Banda Re Gorg V irnexxielha f'dawn l-ahhar snin tibni relazzjonijiet internazzjonali ferm tajba ma' ghadd ta' baned barranin, kif ukoll ma' ghadd ta' muzicisti, kompozituri u surmastrijiet barranin. Dawn ir-relazzjonijiet, li raw il-bidu taghhom fis-sena 1992 u li komplew jikbru ghall-ahhar tal-1995, certament taw u qed ikomplu jaghtu frott tajjeb b'risq il-Banda u s-Socjeta'.
Is-Socjeta' Santa Marija u Banda Re Gorg V tal-Imqabba minn dejjem hasset il-bzonn u fehmet li m'ghandiex tiba' maghluqa fil-kurituri dojoq ta' pajjizna. Sa minn meta s-Socjeta' dahlet fid-dinja tal-informatika permezz tal-websajt ufficjali taghha www.santamarija.com lura ghas-sena 1996, is-Socjeta' rat kif ser tkabbar ir-relazzjonijiet taghha barra minn xtutna specjalment ma' kompozituri, surmastrijiet, muzicisti u baned barranin. Biss l-ewwel esperjenza fuq bazi internazzjonali tmur lura ghas-sena 1992 meta s-Socjeta' kellha bhala mistiedna specjali ghall-Festa Titulari tal-Imqabba lill-membri tar-Red Arrows kif ukoll lill-ekwipagg tal-Ark Royal ftit wara, sabiex sena wara ilqajna grupp ta' tfal minn Chernobly u grupp ta' ommijiet flimkien ma' wliedom refugjati mill-Bosnja fl-okkazjoni ta' Jum l-Omm. L-akbar avveniment sar fis-sena 1996 meta l-Banda Re Gorg V harget iddoqq ghall-ewwel darba barra minn xtutna sewwasew gewwa Ascoli Piceno, l-Italja. Din l-esperjenza ta' gemellagg wasslet sabiex is-Socjeta' taghna tigi ppremjata bl-Les Etoiles d'Or du Jumelage mill-Unjoni Ewropea. Dan kollu kien il-bidu tal-hidma internazzjonali tal-Banda taghna, bidu mimli successi kbar. Naturalment dan kien ta' kuragg kbir halli din il-hidma tkompli. U hekk insibu ghadd gmielu ta' Baned Barranin ohrajn li zaru Malta ghall-festa ta' Santa Marija. Wara l-1996, seta' jkollna fostna diversi baned, surmastrijiet u anke korijiet barranin specjalment matul il-festa ad unur Santa Marija. Insibu li fis-sena 1997 kellna fostna l-Corpo Bandistico Santa Vittoria in Matenano mill-Italja filwaqt li sena wara kellna fostna il-Banda Jugend Blasorchester tal-Germanja (1998). Is-Socjeta' kompliet tkabbar ir-relazzjonijiet barranin billi kellna fostna l-Banda Filarmonika ta' Larissa mill-Grecja u l-Banda Kiryat mill-Izrael bhala parti mill-festi ta' l-Assunta li ccelebrajna fis-sena tal-millenju (2000). Sena wara (2001) kellna bhala banda mistiedna il-Kfar Saba Community Concert Band mill-Izrael, filwaqt li f'Novembru tas-sena 2002 kien imiss il-Kor minn Izrael, Alei Gefen.
Minbarra dawn il-relazzjonijiet ma' baned barranin, irnexxielna wkoll nibdew kuntatti ma' xi Surmastrijiet, Kompozituri u Muzicisti barranin. Dan qieghed iservi sabiex il-Banda taghna, minbarra li titghallem mill-esperjenza ta' dawn il-persuni, tircievi ghadd ta' muzika originali li ftit minnha giet inkluza wkoll fil-Compact Disc mahrug mis-Socjeta' fis-sena 2002 - Festive Marches. Uhud minn dawn huma Salvatore Mauro (Kompozitur u Muzicist minn Palermo, Italja), Nachmann Yariv (Kompozitur minn Kfar Saba, Izrael), Edmond E De Mattiea (Muzicist minn Maryland, Stati Uniti), u Arthur Lehman (Muzicist minn Maryland, Stati Uniti).
Wara imbaghad, fis-sena 2005 kellna bhala banda ohra barranija mistiedna ghall-festa ta' Santa Marija il-Bedford Town Band mill-Ingilterra. Ghall-festi tal-2006 kellna fostna l-Banda St. Keverne minn Cornwall, l-Ingilterra kif ukoll il-Whistling World Champion David Morris, filwaqt li fis-sena 2007 kellna fostna Surmast Amerikan minn Louisana Mro. Andy Isca kif ukoll banda ohra Ingliza ghal darb'ohra minn Cormnwall fl-Ingilterra, St. Stythians Brass Band. Il-Banda Taljana Associazione Bandistica Cittadina di Cave, provincja ta' Ruma kienet il-banda barranija mistiedna taghna matul il-Festa tas-sena 2008 wara li f'Lulju tas-sena 2007 l-Banda taghna kienet ghamlet it-tieni mawra taghha barra minn Malta sabiex tiehu sehem fil-Festa del Socio li ssir gewwa Cave stess. Ta' min isemmi wkoll li f'din il-mawra gewwa l-Italja, il-Banda Re Gorg V kellha x-xorti u l-opportunita' li ddoqq gewwa s-Sala Nervi fil-Vatikan, waqt udjenza mal-Papa Benedittu XVI. F'din il-festa kienu hadu sehem ukoll diversi baned ohra barranin kemm mill-Italja, Franza u mill-Ingilterra.
Fis-snin ricenti s-Socjeta' kompliet tkabbar dawn ir-relazzjonijiet internazzjonali meta fuq inizjattiva tas-Sezzjoni |ghazagh Santa Marija gie organizzat l-ewwel skambju kulturali fl-Imqabba ma' grupp ta' zghazagh Taljani minn Ciro'. Min-naha l-ohra l-Ghaqda tan-Nar Santa Marija kompliet tifrex ir-relazzjonijiet internazzjonali taghha ma' diversi ghaqdiet fl-istess settur minn pajjizi varji fosthom l-Italja, l-Ingilterra u Spanja specjalment wara s-successi miksuba. Dan kollu zgur li ghen sabiex il-Banda Re Gorg V ta' l-Imqabba kif ukoll is-Socjeta' taghna kibret fuq livelli internazzjonali.