St. Keverne Brass Band minn Cornwall, l-Ingilterra (2006)
Wara s-success li s-Socjeta' kellha fis-sena ta' qabel (2005) biz-zjara tal-Banda mill-Ingilterra Bedford Town Band, din is-sena stedinna Banda ohra mill-Ingilterra, St. Keverne Town Brass Band. Din il-banda hija l-ahhar banda li wiehed isib qabel ma jilhaq in-naha tan-nofsinhar ta' l-Ingilterra. Id-dar ta' din il-banda huwa r-rahal ta' St. Keverne, li jinsab fuq l-hekk imsejjha Lizard Peninsula fir-regjun Ingliz ta' Cornwall. Ghalkemm dan ir-rahal jinsab f'parti kemmxejn remota ta' l-Ingilterra in-nies tieghu irnexxielhom izommu l-Banda hajja ghal aktar minn mitt sena. Aktar minn hekk minn din il-banda mal-medda taz-zmien hargu ghadd ta' muzicisti li ghamlu success f'oqsma different tal-muzika.
Mil-lat finanzjarju din il-banda hija indipendenti, jigifieri m'ghandha l-ebda ghajnuna ta' Sponsors u l-membri jemmnu li bil-hidma taghhom huma qeghdin jipprovdu opportunitajiet tajbin lin-nies tal-Peninsula minn fejn gejjin. Biex tiggenera l-finanzi taghha l-Banda torganizza ghadd ta' attivitajiet, l-aktar popolari tkun attivita' msejjha Ox Roast li ssir kull sena fl-ewwel Erbgha t'Awissu. Din l-attivita' issa ilha ssir ghal aktar minn 40 sena u matulha l-pjazza tar-rahal taqa' f'idejn il-Banda u Gendus shih jigi mixwi vicin il-Knisja tar-rahal.
Fil-prezent il-Banda thaddan aktar minn 80 bandisti attivi maqsumin fi klassijiet ghall-Beginners, Training Band, Youth Band u Senior Band, li ricentement irnexxielha tikseb success konsiderevoli matul kompetizzjonijiet kemm fuq skala lokali, kif ukoll fi skala Nazzjonali.
Matul il-mitt sena li ilha tezisti din il-banda, ghalkemm gejja minn rahal zghir, irnexxielha tilhaq ghanijiet li kultant jigbdu l-ghira ta' baned gejjin minn postijiet ferm ikbar. Xiehda ta' dan huma l-kwartieri li din il-banda inawgurat fl-1971, li gew estizi fl-1996 biex illum thaddan sala moderna ghall-provi li toffri xena mill-isbah ta' l-English Channel. Matul is-snin ta' ezistenza taghha l-Banda kisbet ukoll ghadd ta' successi meta daqqet f'hafna postijiet prestiggjuzi, fosthom Royal Albert Hall f'zewg okkazjonijiet, wahda minnhom tkun waqt il-Cornish 1000 voices concert. Il-Banda daqqet ukoll gewwa l-Millennium Dome quddiem eluf ta' nies u numru ta' nies distinti. Fis-snin ricenti l-Banda kellha hafna stediniet minn madwar id-dinja u ragunijiet finanzjarji biss zammewha milli taccettahom kollha. Dan kien ser ikun il-kaz meta fl-2001 il-banda kellha bzonn aktar minn 20,000 Lira Sterlina biex tkun tista' tiehu sehem f' Nova Scotia International Tattoo li jsir gewwa l-Kanada. Madankollu, grazzi ghall-generozita' tal-poplu u ghall-hidma kbira li saret mill-membri u partitarji tal-Banda, l-ghan intlahaq u l-Banda kisbet success quddiem aktar minn 100,000 ruh matul il-gimghatejn li ghamlet fil-Kanada. Fl-2002 il-banda kisbet unur iehor meta giet mistiedna tirrekordja CD ta' muzika folkloristika li aktar tard giet ipprezentata personalment lir-Regina Elizabetta II meta din zaret Cornwall bhala bidu tal-Jubilee Tour li kienet ghamlet madwar l-Ingilterra. Din is-CD wara nharget ghall-bejgh bil-qliegh imur b'risq il-Queen's Jubilee Charity Fund. Dan kollu wassal ukoll sabiex il-Banda tigi mistiedna ddoqq quddiem Buckingham Palace fl-okkazjoni tal-Jubilee Day bil-prezenza tal-Familja Rjali ftit metri 'l boghod mill-Banda. Avveniment li gie segwit minn madwar miljun ruh.
Matul l-istorja ta' St. Keverne Town Band kemm is-Senior kif ukoll il-Youth Band rebhu numru ta' titli Nazzjonali, total ta' tmienja bejniethom. Biex banda gejja minn post tant remot fl-Ingilterra jirnexxielha taghmel dan is-success kollu kien jehtieg hafna xoghol min-naha tal-membri, kif ukoll ghajnuna kbira mill-poplu tal-post. Bhala grazzi ta' dan kollu l-Banda ta' St. Keverne tiddedika hafna mix-xoghol taghha biex tkun ta' ghajnuna lil haddiehor. Fil-fatt il-Banda taghti hafna mill-qliegh li taghmel lil ghadd ta' stituzzjonijiet tal-karita'. B'hekk il-banda thoss li qieghda taghti xi haga lura bhala ringrazzjament ta' l-ghajnuna li tircievi fil-hidma taghha mill-poplu.
L-aktar successi ricenti ta' din il-Banda jkunu fl-2005 meta rebhet kull kompetizzjoni li hadet sehem fiha matul is-sena, total ta' sitta biex saret National Champion 2nd Section Band of Great Britain 2005. Din is-sena l-Banda tinsab tikkompeti fil-1st Section u diga rnexxielha tikseb it-tielet post fl-Area Championship li sar gewwa Torquay f'Marzu li ghadda, anke jekk il-Banda kienet l-aktar wahda b'element zaghzugh fil-kompetizzjoni.
Is-Surmast Direttur
Hawn Malta l-Banda ser tkun immexxija minn Alan Retallack, li hu anke l-Manager tal-Banda ghal dawn l-ahhar 15 il-sena. Alan Retallack twieled u ghadu jghix sal-lum fir-rahal ta' St. Keverne hekk kif ghamlu generazzjonijiet tal-familja tieghu tul is-snin. Alan inghaqad mal-Banda fl-1963 meta segwa l-passi ta' ommu li kienet muzicista b'talent kbir u l-ewwel membru mara li qatt inghaqdet mal-Banda f'St Keverne. Beda l-karriera tieghu fuq il-Cornet qabel ma mexa ghal strumenti ohra fi hdan il-banda. Mal-Banda daqq f'hafna postijiet prestiggjuzi fosthom Royal Albert Hall Londra. Hu u l-mara tieghu Marilyn ghandhom 4 t'itfal li kollha f'xi zmien jew iehor kienu membri mal-banda. Tnejn minnhom ghadhom idoqqu llum il-gurnata. Il-karriera tieghu bhala direttur bdiet fl-1995. Mexxa l-banda f'ghadd ta' tours madwar l-Ewropa, kif ukoll gewwa Royal Albert Hall gewwa Londra.
Taghrif fuq ir-rahal ta' St. Keverne
Rahal mimli inizjattiva bi pjazza sabieha mdawwra bi knisja helwa, zewg pubs, ufficcju postali, u xi hwienet. Iz-zmien ta' l-ikbar attivita' huwa s-sajf meta jkun hemm divertiment offrut mis-St. Keverne Band, u minn kor lokali maghmul mill-irgiel. Attivitajiet ohrajn jinkludu l-famuza Ox Roast, flimkien ma' numru ta' wirjiet ta' fjuri, pitturi u storja. Issir ukoll Gymkhana, li hija kompetizzjoni sportiva bejn il-pubbliku li tinkludi anke horse riding. Kappella, sala parrokkjali, Club tal-Banda, Health Centre u, naturalment, skola jghaqqdu komunita' attiva.
Attivita' ohra antika u tradizzjonali ssir fil-Gimgha l-Kbira meta n-nies tal-post imorru jistadu ghall-cockles (speci ta' shellfish) madwar ix-xmara Helford. Din hi tradizzjoni antika ferm li sservi sabiex familji u hbieb jiltaqghu flimkien.
Fost l-avvenimenti li graw fl-istorja ta' dan ir-rahal insibu The Cornish Rebellion tal-1497, meta armata minn Cornwall, immexxija mill-haddied Michael Joseph An Gof minn St. Keverne, immarcjat lejn Londra biex tipprotesta kontra r-Re Enriku VII li kien gholla t-taxxi ta' l-Inglizi minhabba l-gwerra fl-Iskozja. Matul il-mixja armata ohra minn Bodmin, immexxija minn Thomas Flamank, inghaqdet maghhom. Naturalment l-Armata Rjali kienet aktar b'sahhitha u l-istorja spiccat b'Michael Joseph u Flamank jigu mghallqa. Dawn it-tnejn baqghu maghrufin bhala The Cornish Braveheart u llum il-gurnata ghadna nsibu zewg statwi tal-Bronz mwaqqfa fid-dahla tar-rahal sabiex ifakkru dan l-avveniment fl-istorja kif ukoll dawn iz-zewgt irgiel qalbiena.
Persuna ohra storika li twieldet gewwa St. Keverne kien Charles Incledon, li twieled fl-1764. Dan kien irnexxielu jsir kantant famuz gewwa Londra. Kien il-favorit tar-Re Gorg III u kien kantant regolari gewwa Covent Garden, gewwa Londra.
Fost il-postijiet storici u ta' nteress gewwa St. Keverne insibu: Il-War Memorial li nbena fl-1920 f'nofs il-pjazza ewlenija tar-rahal. Dan il-monument kien ricentement restawrat. Il-Knisja ta' St Keverne li nbniet fis-seklu hdax u li hija wahda mill-akbar knejjes ta' Cornwall meta tesa' 850 ruh bil-qieghda. Mill-kampnar taghha tidher veduta ferm sabieha ta' Cornwall li f'gurnata cara twassal sa 70 mil boghod. Gewwa l-knisja nsibu ghadd ta' monumenti storici fosthom wiehed li jfakkar vittma fid-dizastru tat-Titanic. Ma genb il-knisja nsibu Churchyard, cimiterju storiku fejn insibu midfuma ghadd ta' nobbli, kif ukoll salib ta' l-irham li jindika oqbra komuni ta' bahhara li mietu mgharrqa fil-bahar vicin St. Keverne. Hdejn il-bieb ta' dan il-post insibu l-kanun tal-vapur HMS Primrose, li kien ghereq fil-bahar vicin ir-rahal.
Bhalma diga semmejt aktar 'il quddiem avveniment annwali li jsir gewwa St. Keverne huwa msejjah Ox Roast. Waqt din l-okkazjoni Gendus jigi msajjar fil-pjazza tar-rahal. Din il-haga kienet saret ghall-ewwel darba f'hafna postijiet fl-Ingilterra fl-1937, fl-okkazjoni ta' l-inkurunazzjoni tar-Re Gorg VI. Fl-1953, fl-okkazjoni ta' l-inkurunazzjoni tar-Regina Elizabetta II kien hemm hafna rhula Nglizi li xtaqu jirrepetu din il-haga ghad unur ir-Regina gdida. Minhabba li dan kien ftit zmien biss wara l-gwerra, il-Ministeru ta' l-ikel fl-Ingilterra beza' li jekk jigri hekk il-hazna Nazzjonali tal-laham setghet tispicca. Ghalhekk hareg ordni li biex ikollok permess taghmel Ox Roast trid iggib prova li kienet saret wahda fl-1937. St. Keverne kien fost 82 post fl-Ingilterra, u l-Uniku rahal minn West Cornwall li rnexxielu jgib permess biex b'hekk seta' jaghmel Ox Roast fl-1953. Minn dakinhar din baqghet issir kull sena fil-bidu t'Awissu, u fis-snin ricenti saret wahda mill-attivitajiet annwali principali ta' St. Keverne Town Brass Band.
Messagg minn St. Keverne Town Silver Band
"Il-membri u partitarji ta' St. Keverne Brass Band minn Cornwall jixtiequ jawguraw lill-Banda Re GorgV kull success fil-festa ta' l-2007. Il-festa ta' l-2006 kienet verament esperjenza memorabbli ghalina lkoll. Il-merhba u l-ospitalità li urejtu maghna kienet xi haga fantastika. Il-mawra taghna f'Malta, b'mod partikulari l-Festa ser jibqghu fil-memorja taghna. M'ghandniex dubju illi Baned ohrajn ser ikollhom cans jifirhu flimkien maghkom. Nibghatu l-awguri taghna u mill-gdid nirringrazzjawkom ghall-esperjenza memorabbli"