St. Stythians Brass Band minn Cormnwall fl-Ingilterra (2007)
Il-Banda twaqqfet fl-1928 minn parruccani ta' St Stythians. St. Stythians fil-verità mhux villagg wahdieni, imma zona li tigbor fiha hamlets u rhula tradizzjonali Cornish. Ir-rahal l-aktar importanti fiz-zona huwa Stithians, fejn il-Banda hija bbazata. Flimkien ma' madwar 40 kuncert fis-sena din il-Banda tiehu sehem f'madwar 4 kompetizzjonijiet kull sena. Bhalissa l-banda tikkompeti fil-UK Brass Bands' 2nd Section. Testimonjanza mill-membri tal-Banda tghid: "Ghalina l-muzika hija passatemp. Nippruvaw inzommu dan il-passatemp interessanti billi nghaqqduh ma' attivitajiet socjali bhal zjajjar fil-pubs, jew billi nzuru u ndoqqu f'pajjizi bhal Malta u l-Germanja. Nippruvaw ma' niehdux lilna nfusna bis-serjetà u dejjem infittxu muzicisti godda sabiex jinghaqdu maghna."
Matul ix-xhur tas-Sajf il-Banda taghti kuncerti marbuta b'tema gewwa Falmouth, Cornwall. Dawn il-kuncerti li jsiru kull nhar ta' Hadd bejn Gunju u Settembru, jinvolvu l-uzu ta' kostumi, u jistiednu l-udjenzi jiehdu sehem b'mod attiv, f'tentattiv sabiex izommu l-atmosfera hajja. It-temi tal-kuncerti jinkludu: Ghanjiet tradizzjonali; Glenn Miller; Oktoberfest; u Traditional Brass. Il-banda tkun akkumpanjata wkoll mill-ifjen gruppi muzikali ta' Cornwall, bhal Korijiet u Baned hbieb. Mistiedna ohra jinkludu Prezentaturi popolari tar-radju u televizjoni. Matul dawn l-ahhar snin kemm ilhom isiru dawn il-kuncerti l-Banda qed ikollha udjenzi li qatt qabel ma tiftakar li kien ikollha.
Ghalkemm il-kuncerti huma l-hobza ta' kuljum tal-Banda, St Stythians Brass Band tiehu sehem ukoll f'kompetizzjonijiet. L-ghan wara dan hu sabiex il-membri jattendu aktar provi u jiehdu sfidi biex idoqqu certu Test Pieces. Dan kollu jghin sabiex il-livell tal-Banda jkompli joghla. Naturalment dan ukoll jghin sabiex il-membri tal-Banda jinghaqdu aktar flimkien. Grazzi ghas-successi li l-banda kisbet matul is-snin, illum St Stythians Brass Band hi meqjusa bhala wahda mill-ahjar baned f'Cornwall. Madankollu l-Banda tippreferi ma tkunx involuta zzejjed f'kompetizzjonijiet anke minhabba illi t-tip ta' muzika li hemm bzonn tindaqq waqt kompetizzjonijiet simili tkun generalment inqas melodjuza. Meta l-banda tikkompeti, il-membri jikkoncentraw aktar fuq id-daqq taghhom milli fuq id-daqq tal-baned l-ohrajn. Minn hawn hareg il-motto tal-banda: 'Ghal min indoqqu ahna?! Ghalina!'
Derek Johnston, li twieled gewwa l-belt ta' Carlisle f'Cumberland, huwa s-surmast ta' din il-banda. Beda jistudja l-muzika ta' hames snin man-nannu tieghu John li kien surmast mal-banda militari ta' Carlisle. Aktar tard fi tfulitu mar mal-familja tieghu joqghod gewwa Yorkshire u hemmhekk beda jdoqq mal-Brass Bands, l-ewwel fuq Cornet u aktar tard fuq Trombone, strument li wasslu sabiex jidhol ma' l-aqwa baned gewwa Yorkshire. Wara li missieru lahaq surmast ta' Camborne Town Band il-familja ttrasferiet ruhha lejn Cornwall. Bis-sahha ta' missieru Derek kompla javvanza fil-muzika sakemm fl-1992 gie mistieden jidderiegi lis-St. Keverne Town Band, St Stythians jimmarcjaw waqt Bugle Contest biex beda l-karriera tieghu bhala Surmast. Ghal hafna okkazjonijiet Derek daqq ma' l-ifjen Baned Inglizi fi r-Royal Albert Hall gewwa Londra. Kien jaghmel parti mill-Camborne Town Band meta dawn rebhu l-World Music Festival gewwa Kerkrade fl-Olanda. Fil-hajja professjonali tieghu Derek Johnston jidderiegi l-Baned Hayle u St. Stythians minn Cornwall, kif ukoll jahdem bhala Recording Producer mal-kumpanija PM Sound. Jigi msejjah hafna drabi biex jaghmel parti mill-gurija waqt kompetizzjonijiet tal-baned. Huwa wkoll ghalliem tal-muzika mfittex hafna.