L-Istatwa tal-Madonna tad-Duluri

Mill-inventarji dettaljati li jezistu u li jkopru sa Marzu tal-1919, ma jidhirx li qatt kienet tezisti xi vara jew statwa tal-Madonna tad-Duluri gewwa l-Imqabba.

Dan jistona mhux ftit meta tqis li fl-Imqabba kien hawn devozzjoni kbira lejn Marija Addolorata tant li tezisti kappella zghira ftit il-boghod mill-pjazza tar-rahal iddedikata lill-Madonna tad-Duluri, mibnija fis-sena 1680. L-istatwa tad-Duluri li tinhareg fil-Festa tad-Duluri matul ir-Randan, saret fuq inizjattiva tal-Kappillan Dun Anton Vella u inhadmet mill-Istatwarju Mqabbi Glormu Dingli. Bhall-istatwa tal-Kuncizzjoni, l-istatwa hija maghmula mill-kartapesta u ghandha stil neo klassiku.

L-istatwa tal-Madonna tad-Duluri giet imbierka nhar Hadd il-Palm, fis-27 ta’ Marzu 1977. Waqt gabra mid-devoti tal-Madonna tad-Duluri li kienet saret, jidher li kienet ingabret is-somma ta' Lm244.40 (€569.30) ghal din l-istatwa u spejjez ohra b’risq il-kappella. Fl-istess zmien, jigifieri fl-1977, saret il-pittura tas-saqaf mill-Imqabbi Rosario Zammit li tirrafigura s-seba` duluri tal-Madonna. Il-Kappella llum tinsab f’kundizzjoni tajba hafna, u tinfetah kuljum ghall-adorazzjoni.

Biss ta’ min isemmi li qabel din il-kappella kien hemm kappella ohra li nbniet qabel is-sena 1550 u kienet iddedikata lil Santa Marija Mtellgha fis-Sema. Ghal xi zmien twil din il-kappella kienu jsibuha bhala ‘Santa Marija tal-Faqqanija’ forsi sabiex issir distinzjoni minn kappella ohra fir-rahal iddedikata lil Santa Marija. Kienet kappella zghira wisq u ghalhekk fuq ordni tal-Isqof Molina, giet mibnija kappella gdida f’ghamla ahjar fis-sena 1680. Izda dlonk sfat mitluqa u wara madwar seklu u nofs, fis-sena 1814, l-Isqof Ferdinand Mattei ta lill-assessur tieghu Dr. Ganni Schembri, biex jirrestawraha. Dan tal-ahhar ghamel sottoterran u fetahha taht it-titlu tad-Duluri.

Bnielha zuntier u dawru bil-balavostri u anke hawwel xi sigar taz-zebbug. Aktar tard bnielha wkoll kampnar zghir li ghammru b’qanpiena zghira tal-bronz. Ta’ min jghid li din kienet guspatronat tal-Kan. Pawl Pullicino.

Fl-ahharnett ghalkemm l-istatwa tal-Madonna tad-Duluri hi wahda mill-izghar statwi li jezistu fl-Imqabba, jirnexxielha tigbed bosta nies lejha sabiex isibu l-farag u t-tama taghhom f’din Ommna Addolorata specjalment matul il-festa taghha. Fil-Gimgha Mqaddsa din l-istatwa tkun esposta b’certa prominenza fil-knisja parrokkjali izda matul is-sena din tinzamm f’nicca semplici fil-kappella ddedikata lilha stess u mhux gol-knisja bhal fil-kaz tat-tlett statwi principali li nsibu fil-parrocca.