L-Istatwa tal-Kuncizzjoni popolarment maghrufa bhala Madonna tal-Gilju
Lejn nofs is-seklu dsatax kien hemm ix-xewqa li ssir statwa sabiha tal-Madonna tal-Gilju. Dak iz-zmien ma kienux ghadhom jezistu partiti u ghalhekk l-inizjattiva kienet tigi normalment min-naha tal-kappillan innifsu bil-gbir isir minghand il-poplu kollu. Filfatt fi zmien il-kappillan Dun Frangisk Vella li kien ilu jmexxi l-parrocca sa mis-sena 1863, kien beda jsir il-gbir ghal din l-istatwa. Sfortunatament ma tezisti ebda dokumentazzjoni li turi meta l-istatwa giet ikkommisjonata u kemm giet tiswa kif filfatt tezisti fil-kaz ta’ l-istatwa Titulari ta’ Santa Marija. Li nafu zgur hu li Mastru Innocenz Zammit maghruf bhala “In-Naxxari”, li kien kuntrattur tat-toroq u li kien tat-tajjeb, kien dahal jaghmel tajjeb ghal din l-istatwa bhala benefattur ewlieni.
L-istatwa tal-katapesta giet ikkumissjonata u nhadmet minn Ganni Darmanin ta’ l-Isla ghalkemm huma bosta li kienu jahsbu li din l-istatwa nhadmet minn huh Karlu Darmanin li kien il-mohh l-izjed genjali fejn jidhlu statwi tal-kartapesta. Fil-genb fuq in-naha ta’ isfel ta’ l-istatwa tqieghed anglu bil-gilju f’idejh. Dan minhabba li fl-Imqabba l-istatwa kienet ser tigi msejjha bhala dik tal-Gilju u mhux bhala l-Immakulata Kuncizzjoni. Biss jinghad ukoll li l-anglu sar sabiex ikun hemm xebh ma’ l-istatwa ta’ Santa Marija, li hi wkoll ghandha anglu magenb riglejha. Fl-istess zmien li Ganni Darmanin kien qed jaghmel l-istatwa il-Kan. Paolo Pullicino irregala flimkien ma’ diversi oggetti ohrajna stellarju tal-fidda.
L-istatwa tal-Madonna tal-Gilju waslet l-Imqabba ghall-festa tas-sena 1876 sewwasew fil-21 ta’ Mejju minhabba li qabel il-festa kienet tigi ccelebrata l-ahhar Hadd ta’ Mejju. Din l-istatwa giet esposta fil-knisja u kellha tinhareg fil-processjoni ta’ l-istess festa. L-istatwa tal-Madonna taht it-titlu minn tal-Gilju giebet hafna ferh lejn l-Imqabba izda kien hemm il-biza’ li kienet ser tqum xi pika zejda fost il-poplu minhabba li fl-Imqabba kien ser ikun hemm zewg festi importanti: wahda f’gieh Santa Marija u l-ohra f’gieh il-Madonna tal-Gilju. Minn taghrif li ghadda minn fomm ghal fomm, xejn dokumentat jinghad li Dun Salv Schembri, qassis tal-parrocca ta’ l-Imqabba, kien ghadda xi kummenti meta din l-istatwa kienet diehla ghall-ewwel darba fil-knisja. Jinghad li qal, “Diehel id-demonja taht forma ta’ anglu.” Dan qalu ghall-fatt li kien qed jara pika u nkwiet zejjed fil-parrocca. Il-giljuwa tal-fidda giet offerta minghand Giovanna Manche’ minn Bormla li f’dak iz-zmien kellha n-neputija taghha bl-isem ta’ Eleonora milquta minn infezzjoni tas-sand-fly li tigi minn gdim ta’ nemusa. Is-seftura taghha li kienet mill-Imqabba hajjrita taghmel weghda lill-Madonna tal-Gilju. Filfatt it-tifla fieqed u Giovanna kompliet il-weghda tagha u offriet somma generuza biex lill-Madonna tal-Gilju titqeghdilha ghal idejn l-anglu dil il-giljuwa mixtieqa. Jinghad li qabel din il-weghda l-anglu kienet titpoggilu giljuwa ta’ veru. Filfatt anke statwa ohra fl-Imqabba dik tal-Madonna tar-Ruzarju jinghad li kienet titpoggila warda ta’ veru u kienet tissejjah bhala l-Madonna tal-Warda. Ta’ min isemmi li matul is-sena l-istatwa titpogga fin-nicca minghajr l-anglu izda dan jintrama’ biss ghall-festa tal-Madonna tal-Gilju.
It-tieni gwerra dinjija gabet maghha hsarat kbar lill-knisja parrokkjali ta’ l-Imqabba specjalment nhar id-9 ta’ April 1942 meta bomba laqtet lill-knisja u ma setax jonqos lill-istatwa tal-Madonna tal-Gilju. Insibu li f’rikors li ghamel Dun Guzepp Xuereb fis-sena 1952 dan wera bic-car li: “Qabel il-gwerra l-istatwa ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni, meqjuma fil-knisja parrokkjali ta’ l-Imqabba kienet tigi esposta fil-knisja fuq bradella ghanja, skulturata u inttarsjata. B’xorti hazina, din tfarrket fi zmien il-gwerra. Tul dawn l-ahhar ghaxar snin, l-istatwa qed titqieghed fil-knisja fuq kaxxa ta’ njam ordinarju, li tigi mghottija minn bicca drapp hamra li biha titghatta l-mizerja u l-indicenza ta’ dik l-istess kaxxa.” Il-permess mixtieq li ssir bradella li tixraq lil din l-istatwa inghata. L-iskultur Emmanuel Buhagiar minn Hal Tarxien, ghamel id-disinn tal-bradella, u accetta li jidhol ghax-xoghol taghha. Il-bradella tlestiet u giet inawgurata fis-sena 1954, is-sena meta d-dinja kienet qed tfakkar eghluq l-ewwel centinarju mid-domma ta’ l-Immakulata, mill-Papa Piju IX. Fis-sena 1971 saru xi restawri ohrajn fuq din l-istatwa. Guzeppi Farrugia hallas is-somma ta’ tletin lira sterlina lil certu Paul Xuereb li deher ghad-Ditta F. Costanzo tal-Belt, ghal dawn ir-restawri li saru. Fis-sena 1983, il-kappillan Dun Manwel Vella hass il-htiega li din l-istatwa ssirilha r-restawr necessarju ghaliex kienet bdiet tixxaqqaq. Skond rapport tal-kurja, datat 22 ta’ Mejju 1984, jidher li: “L-hsara tikkonsisti fi qutgh tal-figura tal-Madonna minn mad-dinja li tpoggi fuqha. L-istatwa, bil-hsara li ghandha, tista’ tintuza, izda hemm riskju kbir li tista’ ddur. B’tiswija immedjata tista’ tigi evitata din il-haga, u l-ispejjez ukoll jibqghu baxxi.” Kemm Dun Gino Gauci kif ukoll Glormu Dingli insistew li x-xoghol kellu jsir fis-sajf sabied il-gibs ikun jista’ jinxef sewwa qabel ma ssir l-induratura. Ghalhekk wara l-festa tal-1984 l-istatwa ttiehdet lejn ir-Rabat ghand Glormu Dingli li ghamel ir-restawr necessarju. Wara l-istatwa ttiehdet lejn l-Imdina ghand Horace Farrugia sabiex issirilha l-induratura. Wara kwazi sena xoghol l-istatwa giet lura lejn l-Imqabba fis-27 ta’ Mejju 1985.
Referenzi:
L-IMQABBA mal-medda taz-zmien / editur Charles Farrugia – Imqabba: Kunsill Lokali, Imqabba u Parrocca ta’ l-Imqabba, 1998 - Xvii, 254p; 25cm ISBN: 99909-68-53-5