|
L-ISTATWA TAL-MADONNA TAR-RUZARJU
|
L-Istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju meqjuma gewwa l-Imqabba (Information in English in pdf format)
Il-Madonna tar-Ruzarju fl-Imqabba
İDun Jonathan Farrugia S.Th.L.
|
Sentejn qabel it-twaqqif tal-parrocca tal-Imqabba ddedikata lil Marija Assunta, fil-knisja ewlenija ta' San Bazilju twaqqfet il-fratellanza tal-Madonna tar-Ruzarju fuq wiehed mill-artali laterali tal-istess knisja li kien iddedikat lill-Madonna taht dan it-titlu. Id-data tat-twaqqif kienet id-29 ta' Frar 1596. B'hekk nafu fic-cert zewg affarijiet: li l-ewwel fratellanza imwaqqfa fl-Imqabba kienet din u li, b'dal-mod, il-fratellanza tal-Madonna tar-Ruzarju hija l-ghajn ta' devozzjoni Marjana ewlenija u l-aktar antika fl-Imqabba. Kellhom jghaddu 176 sena qabel twaqqfet fratellanza ohra ddedikata lill-Madonna, dik tal-Immakulata.
|
L-artal tal-Madonna tar-Ruzarju
|
L-ewwel hjiel dokumentat ta' artal f'gieh il-Madonna taht dan it-titlu gej mill-vizta pastorali tal-1600 fejn naqraw li fil-knisja ta' San Bazilju, li dak iz-zmien kienet ghadha sservi bhala knisja parrokkjali, kien hemm artal tal-Madonna tar-Ruzarju fuq in-naha tax-xellug tal-artal maggur. L-artal kien moghni b'pittura li turi lill-Madonna bil-kuruna tar-ruzarju u madwarha kien hemm ukoll iffigurati l-misteri tar-ruzarju. Skont il-Vigarju Generali li ghamel din il-vizta, dan il-kwadru kien verament sabih u kien jixraqlu li jkun fi knisja. Quddiemu kellu lampier jixghel fil-festi u fil-Hdud.(1) Hija minn din il-vizta li nafu li l-fratellanza kienet twaqqfet fuq dan l-artal erba' snin qabel.
Seba' snin wara din il-vizta, is-sede tal-parrocca kienet imxiet minn San Bazilju ghall-knisja l-qadima tal-Assunta, dik li kienet inholqot billi tghaqqdu flimkien zewg knejjes zghar, wahda ddedikata lill-Assunta u l-ohra lill-Annunzjata. Fl-1 ta' Otturbu 1607 nsibu li f'din il-knisja kienet giet midfuna Gioanella Camilleri.(2) Sa daz-zmien, ghalhekk, l-artal tal-Madonna tar-Ruzarju gie trasferit ghal din il-knisja 'gdida'. Mill-Vizta Pastorali tal-Isqof Baldassare Cagliares tal-1615 nafu li l-artal tal-Madonna tar-Ruzarju kien fuq in-naha tal-lemin tal-maggur, u jissejjah "altare sacratissimi Rosarii" - l-artal tar-Ruzarju mqaddes. Nafu li dik is-sena l-fratelli kienu biss hamsa, izda xorta wahda kienu generuzi hafna fl-ghotjiet taghhom lill-artal hekk li l-isqof jirrimarka li ma kien jonqsu xejn.(3)
Fost l-ahjar deskrizzjonijiet tal-artal tal-Madonna tar-Ruzarju li ghandna mill-imghoddi hemm dik li hallielna l-isqof Alpheran de Bussan fil-vizta pastorali li ghamel fl-Imqabba fl-1745. Jghidilna li l-artal kien komplut b'kollox u fuqu kellu kwadru mpitter u li kien imdawwar bi gwarnica ndurata. Dan kien jinsab bejn erba' kolonni tal-gebel. Fix-xena kienet impittra l-Madonna bil-Bambin flimkien ma' San Duminku li kien jidher gharkobbtejh u mieghu kellu lil Santa Katerina ta' Siena, lil Santa Roza ta' Lima u lill-profeta David. Fid-dawra ta' fuq ta' dan il-kwadru kienu mpittra l-hmistax-il misteru tar-Ruzarju fil-waqt li fuqnett, bhala parti mill-prospettiva, kien hemm pittura ovali tal-Missier Etern. Quddiem dan l-artal kien mixghul il-lampier.
Fuq l-artal kien hemm meqjum b'ghozza kbira sotto-kwadru tal-Madonna tad-Dawl. Din ix-xbieha kienet devota hafna fost l-Imqabbin u kienet imdawwra bi gwarnica indurata. Il-festa taghha kienet issir bil-vespri u bil-quddiesa kantata fil-festa tal-patrocinju tal-Madonna.
Skont l-istess vizta, il-festa tal-Madonna tar-Ruzarju kienet tigi ccelebrata bil-kant tal-ewwel u t-tieni ghasar, bil-quddiesa kantata u bil-purcissjoni fl-ewwel Hadd ta' Ottubru. F'din il-vizta pastorali tissemma ghall-ewwel darba l-festa tal-Madonna tal-Warda li kienet issir bil-quddiesa u l-purcissjoni fl-ewwel Hadd ta' Mejju u li kienu jiehdu hsiebha l-fratelli tar-Ruzarju. B'hekk nafu li sa dan iz-zmien, apparti l-festa titulari li kienet amministrata mill-parrocca, l-unici zewg festi tal-Madonna ccelebrati bil-purcissjoni u b'certa pompa kienu tar-Ruzarju u tal-Warda, it-tnejn organizzati u mhallsa minn din il-fratellanza.
L-Isqof Alpheran jaghti wkoll lista ta' obligi ta' quddies li kienu jigu ccelebrati fuq dan l-artal. Nafu li kull nhar ta' Sibt quddiem dan l-artal kienet titkanta l-litanija tal-Madonna. L-Isqof isemmi wkoll li n-novena tal-Milied kienet tigi ccelebrata fuq dan l-artal tal-Madonna tar-Ruzarju.
Jekk inqabblu l-artal kif narawh illum ma' din id-deskrizzjoni ninnutaw li saru xi tibdiliet. Il-kwadru tal-Madonna tad-Dawl tnehha u d-devozzjoni li kien hawn lejh spiccat. Kien ghamel xi snin imdendel fuq wiehed mill-bibien tal-kursija, imbaghad tpogga fis-sagristija u issa qieghed fl-ufficcju parrokkjali. Il-pittura li naraw tiddomina fuq l-artal mhix dik deskritta fl-vizta tal-1745, imma hija wahda ferm aktar recenti. L-antika ma nafux x'sar minnha. L-erba' kolonni u l-pittura ovali tal-Missier Etern ghadhom hemm, l-istess kif kienu kwazi tliet mitt sena ilu.
|
Il-fratellanza tal-Madonna tar-Ruzarju
|
Peress li fl-1596 l-Imqabba kienet ghadha mhix parrocca awtonoma jidher li t-twaqqif ta' din il-fratellanza kien sar fuq livell lokali fl-Imqabba minghajr il-formalitajiet tas-soltu, b'hekk insibu li fid-9 ta' Awwissu 1628 il-General tad-Dumnikani, li minnhom jiddependu l-fratellanzi tal-Madonna tar-Ruzarju madwar id-dinja, hareg digriet biex jirregolarizza l-ezistenza tal-Fratellanza. Kien gie rikonoxxut, izda, li din il-fratellanza kienet attiva sa mill-1596. Sitt snin wara, fl-1634, din il-fratellanza giet aggregata ma' dik tal-Madonna tar-Ruzarju eretta fil-bazilka ta' Santa Maria sopra Minerva f'Ruma - wahda mill-aktar knejjes Dumnikani mportanti f'Ruma peress li hija wahda mill-aktar antiki u peress li fiha hemm midfuna Santa Katarina ta' Siena, patruna tal-Italja u tal-Ewropa.
Mill-Vizta tal-1600 jissemma li l-fratelli kienu jilbsu l-kunfratija bajda. Id-dmirijiet taghhom kienu, fost l-ohrajn, purcissjoni qasira fl-ewwel Hadd ta' kull xahar u l-festa tal-Madonna tar-Ruzarju fl-ewwel Hadd ta' Ottubru.
Hmistax-il sena wara, fil-vizta pastorali ga msemmija - l-ewwel wahda li saret fil-knisja parrokkjali ddedikata lill-Madonna mtellgha s-sema, insibu li l-fratelli kienu biss hamsa, imma kull wiehed kien jaghti hmistax-il habba fis-sena biex izommu l-artal armat b'dak kollu li kien necessarju.
Fl-1745 l-Isqof Alpheran jgharrafna li din l-istess fratellanza kienet tiehu hsieb ukoll il-festa tal-Madonna tal-Warda li kienet issir fl-ewwel Hadd ta' Mejju. L-amministrazzjoni ta' dawn iz-zewg festi kienet f'idejn il-porkuratur tal-fratellanza u c-celebrazzjonijiet kollha kienu jsiru bis-sehem tal- fratelli bil-konfratija bajda. Barra dan kienu jiltaqghu kull l-ewwel Hadd tax-xahar ghall-quddiesa u darba f'sena kienu jiccelebraw quddiesa ghall-erwieh mejtin tal-fratellanza. Naturalment aktar kemm ghadda zmien aktar kiber in-numru tal-fratelli.
Biz-zmien il-festa l-Madonna tar-Ruzarju kibret, l-istess kif kibru l-festi l-ohra fl-Imqabba. Meta fil-bidu tas-seklu ghoxrin inholqu z-zewg partiti tal-festi fir-rahal taghna, b'xorti tajba din il-festa ma kellhiex partit taghha, ghalhekk baqghet ma ccapsitx bil-piki u baqghet festa ndipendenti u devozzjonali. Dan l-aspett pozittiv jaghmel din il-festa l-unika wahda tat-tip taghha fl-Imqabba minhabba li tigi organizzata minghajr is-sehem attiv ta' ebda kazin u minghajr is-sehem ta' ebda banda. Ir-raguni ghala ma twaqqaf l-ebda partit jista' jkun li kien ghax din il-festa minn dejjem kienet meqjusa bhala wahda ta' kulhadd.(4) Ir-raguni zgur ma kienetx ghax ma kienx hemm fratellanza attiva, fil-fatt bhalma se naraw 'il quddiem, il-fratellanza tal-Madonna tar-Ruzarju kienet attiva ferm fis-snin meta nholqu l-kazini fl-Imqabba. Ejja nghidu li l-fratelli tar-Ruzarju ghazlu s-sehem it-tajjeb li ma ghazlux il-partitarji taz-zewg festi l-ohra.... B'xorti hazina, izda, dan wassal biex mis-snin sebghin il hawn il-festa battiet hafna, tant li llum issir biss permezz ta' quddiesa kantata l-Hadd filghaxija u purcissjoni ezatt wara.
Madanakollu ma nistghux nichdu li l-festa tal-Madonna tar-Ruzarju hija ghal qalb hafna tal-partitarji tal-festa titulari, li b'mod indirett jaghtu sehem fiha. Fl-imghoddi, meta l-festa kienet issir bit-tirdwu bil-muzika, kien hemm okkazjoni fl-1945 meta l-Orkestra Santa Marija daqqet il-mutett tal-barka proprju f'din il-festa. Din kienet l-ewwel darba li ghaqda muzikali f'rahalna daqqet fil-knisja parrokkjali. Barra minn hekk is-salut bil-musketterija meta tohrog il-vara tal-Madonna fuq iz-zuntier ghadu sal-lum jinharaq minn fuq il-bejt tal-kazin ta' Socjetà Santa Marija. Izda minkejja dawn il-vicinanzi, il-fratellanza tal-Madonna tar-Ruzarju qatt ma ppruvat iddahhal il-partiggjanizmu f'din il-festa, u hekk din il-festa ghaziza hija wahda mill-ftit okkazjonijiet li fihom il-parrocca kollha tinghaqad.
|
Il-hidma ta' diversi prokuraturi habrieka u volunitera mill-1890 'il hawn
|
B'xorti hazina hafna mill-kotba tal-kontijiet tal-fratellanza ma waslulniex, jew ghax inqerdu fil-gwerra, jew inkella ghax il-prokuraturi ma ghaddewhomx lill-arkivju parrokkjali. Li ghandna f'idejna huma l-kontijiet mill-1890 sal-1947. Minnhom niehdu hjiel tal-hafna xoghol li ghamlet din il-fratellanza biex taghni l-artal taghha.
Minn dawn il-kontijiet nafu li fi zmien il-prokura ta' Nikola Zammit (1890-1895) saru ghaxar gastri tal-alabastru biex izommu l-fjuretti fuq dan l-artal fil-festa, zewg fjuretti tal-ganutell, 6 gandlieri u salib tal-metall ghand Paolo Vella-Cassar li gew argentati ghand Francesco Coleiro u saru wkoll xi fjuretti tad-drapp.
Fis-snin tal-prokura ta' Dun Ewgenju Mallia (1895-1904) saru l-pedestall tar-Relikwija minn Publio Sultana li gie ndurat ghand F. Coleiro u sar il-bankun l-antik ghas-salib u l-lanterni tal-fratellanza (dak li jintrama fil-knisja fil-festa tal-Madonna tal-Gilju u fil-festa tal-Immakulata u li jintrama fis-sagristija fil-festa ta' Marija Assunta). Hadmu Carmelo Coleiro. Forsi l-isbah opra li halla warajh dun Ewgenju hija l-pittura meraviljuza tal-Madonna tar-Ruzarju, xoghol Giuseppe Calì li zzanzan fl-1903 u sewa £25. Bla dubju dan huwa wiehed mill-isbah kwadri li nsibu fil-knisja taghna u fost l-aktar pitturi recenti huwa l-isbah wiehed.
Il-prokuratur ta' wara kien Annunziato Ellul li dam sal-1909. Hu xtara d-damask abjad tal-istendard minghand Alfredo Degiorgio u ha hsieb ukoll biex il-mensa tal-artal issir tal-irham hekk kif nafuha llum. Il-marmista li hadem fuqu kien Costantino di Paolo. Huwa l-uniku artal tal-irham interzjat li ghad ghandna fil-knisja u ghaldaqstant huwa l-isbah wiehed ghax m'hemmx iehor bhalu. Fi zmienu saru wkoll zewg kandelabri tal-fidda.
Warajh, Giovanni Zammit (1909-1916) ghamel gradenza tal-irham u ordna r-rakkmu tad-deheb fuq l-istandard ghand certu Sig. Palasse. Ghamel ukoll il-lasta tal-istandard tal-fidda. Barra minn hekk hallas ghall-ispejjez tal-konsagrazzjoni tal-artal il-gdid tal-irham li saret fl-1912 u anke ghar-restawr u l-induratura tal-karti-gloria tal-istess artal.
Minn dan iz-zmien sar hafna xoghol li huwa relatat mal-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju (li se narawh aktar 'il quddiem) sakemm minhabba l-inkwiet u l-qerda tal-gwerra l-hidma materjali waqfet ghal madwar ghoxrin sena.
Fi zmien il-kappillan Dun Karm Bianco, li kien ukoll il-prokuratur tal-Fratellanza, saru hafna opri li ghadna ngawduhom sal-lum. Fl-1964, sena biss wara li lahaq kappillan tar-rahal taghna, sar il-lampier tal-fidda li jintrama' quddiem l-artal fil-festa tal-Madonna tar-Ruzarju u f'dik titulari. Dan thallas minn Angelo Borg, inhadem ghand id-ditta Cassar ta' Bormla u sewa £100. Fl-1965 il-kappillan heggeg lill-ex prokuratur ta' dil-fratellanza Guzeppi Facciol biex ihallas ghall-pedestall tal-fidda tar-relikwarju l-prim li jintuza f'Santa Marija. Sena wara ordna bankun gdid ghas-salib u l-lanterni tal-fratellanza li nhadem minn Leonard Spiteri, ex surmast tal-Banda Re Gorg V. L-iskultura ta' fuqu saret minn Carmelo Tonna. Fl-1969 fil-festa tal-Madonna tar-Ruzarju zzanzan l-apparat liturgiku tal-festi sekondarji: 3 kapep, pjaneta, zewg tunicelli u kanapew, kollha ta' materjal abjad bil-fjuri. Fl-1971 sar standard gdid ghall-fratellanza minhabba li l-antik kien tqatta waqt il-purcissjoni ta' Santa Marija tal-1968. Dan inhadem minn tliet tfajliet mill-Imqabba: Antonia Zammit, Gulja Ghigo u Guzeppina Mifsud taht id-derzzjoni ta' Katarina Zammit, mill-Imqabba wkoll. Il-materjal sewa £207. Mill-flus zejda li kien baqa' mill-gbir ghall-istandard, sena wara saru s-sitt fjuretti li jzejnu l-artal tar-Ruzarju fil-granet tal-festa ta' Santa Marija. Dawn saru minn Emmanuel Sciberras tal-Qrendi u swew £66. Xi snin wara saret it-terha tal-bellus irrakmata bid-deheb, mahduma minn Katarina Zammit.
|
L-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju
|
Bla dubju li l-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju hi mahbuba u devota mill-Imqabbin, minkejja li m'ghandhiex partiti u ma tkunx imzejjna bid-deheb u b'hafna fjuri bhalma jkunu l-vari l-ohra fil-granet tal-festi taghhom. It-talba tar-Ruzarju li tinghad fil-knisja qabel kull quddiesa u li ghadha tinghad minn xi familji fid-djar zgur li tfakkar lill-Imqabbin fil-Madonna taht dan it-titlu u ggib quddiem ghajnejhom din ix-xbieha ghaziza.
Minn fost il-vari tal-Imqabba, din l-istatwa hija partikolari ghal zewg ragunijiet: hija l-aktar statwa li ddum armata fil-knisja ghax hi l-unika wahda li tintrama' fl-ahhar ta' Settembru u tibqa' esposta ghal aktar minn xahar shih sal-ahhar ta' Ottubru; u hija wkoll l-unika statwa li ghad ghandna fil-knisja li dwarha ma nafu xejn. La nafu min ordnaha, la min hadimha u lanqas meta saret. Nafu izda xi informazzjoni dwar xi xoghol li sar fuqha u xi tizjin li sar ghaliha.
Bhall-istatwa ta' Santa Marija, din hija skolpita fl-injam. Il-mant ikhal li liebsa, izda, huwa tal-kartapesta, ghalhekk probabbli li zdied wara, bhalma kien sar lil diversi statwi ohra madwar Malta fl-ewwel snin tas-seklu ghoxrin. Il-fatt li hija tal-injam itina x'nifhmu li hija statwa saret fl-ewwel nofs tas-seklu dsatax, fl-epoka ta' meta saret l-istatwa titulari tar-rahal taghna. L-istatwi tal-kartapesta saru aktar popolari fl-ahhar nofs tal-istess seklu ghax kien fihom inqas xoghol biex jinhadmu u kienu jiswew hafna inqas flus. Il-vara hija ta' stil neoklassiku, wieqfa dritta minghajr hjiel ta' movement. Fl-Imqabba l-element serpentin-barokk li jaghti bixra movimentata fl-istatwa huwa uniku ghall-vara titulari, ghalhekk huwa nieqes f'dik tar-Ruzarju. Il-poza hija dik tradizzjonali tal-Madonna tar-Ruzarju: il-Madonna zzomm il-Bambin f'idha x-xellugija waqt li bil-leminija qed tnewwel il-kuruna. Bhal fi statwi ohra ta' din it-tema, il-Madonna u l-Bambin mhumiex qed iharsu lejn xulxin. Fil-kaz tal-istatwa tal-Imqabba, il-Bambin qed izomm kuruna wkoll.(5) Il-pedestall ta' taht il-vara jkompli jikkumplimenta l-istil neoklassiku tal-istatwa, fil-fatt hu pjuttost lixx u m'ghandux hafna skultura li tista' tistona mas-semplicità tal-vara. Mal-faccata ghandu sgraffit in-nome di Maria b'kuruna ta' regina u bil-ward.
Dan is-simbolu, flimkien mas-simboli tal-ward li naraw skolpiti fil-kolonni u fil-prospettiva tal-artal tal-Madonna tar-Ruzarju, jfakkarna li din l-istatwa kienet tinhareg processjonalment anke f'Mejju, fil-festa tal-Madonna tal-Warda, meta f'idejn il-Madonna u l-Bambin kienu jitpoggew il-ward flok il-kuruni. Din il-festa kienet issir f'kull knisja fejn hemm statwa tal-Madonna tar-Ruzarju, izda m'ghadha ssir l-ebda wahda. Fl-Imqabba nqetghet wara l-gwerra, fi zmien il-kappillan Dun Gerald Mangion.(6)
L-origni tal-festa tal-Madonna tal-Warda probabilment gejja mill-fatt li Mejju huwa xahar iddedikat lill-Madonna, bhalma hu Ottubru, u peress li f'Mejju l-fjuri jkunu qed iwarrdu, kienet issir ghotja ta' dal-ward li jsebbah il-gonna lill-Madonna. Possibiltà ohra tista' tkun minhabba li l-kelma Latina rosarium gejja mill-kelma rosa, u fil-fatt tfisser "minsga ta' ward", u la f'Mejju l-ward ikun fl-aqwa tieghu inholqot din ir-rabta bejn il-Madonna tar-Ruzarju u x-xahar ta' Mejju.
Fl-1890 saret kaxxa ghall-istatwa tal-Madonna mill-mastrudaxxa Innocenzo Agius. Milli nistghu nifhmu, anke minhabba li aktar 'il quddiem, bejn l-1906 u l-1909, jissemma l-hlas lil wiehed bennej ghan-nicca tal-istatwa ("pagati al mro muratore Paolo Xuereb per la costruzione di una nicchia per la statua £2.0.0")(7), ghal xi zmien l-istatwa kienet tinzamm fil-knisja, forsi fil-kappellun tar-Ruzarju sakemm saret kaxxa ghaliha u 'l quddiem saret nicca fil-hajt kif nafuha llum.(8) Fi zmien il-prokura ta' Annunzjatu Ellul sarilha l-istellarju tal-fidda minn Alfredo Mula.(9) Fl-istess zmien saret ukoll bieba tal-injam ghan-nicca mahduma minn Carmelo Coleiro,(10) u sar anke restawr fuq 4 fjuretti.
Il-prokuratur ta' wara Ellul, Giovanni Zammit, bejn l-1909 u l-1912, ha hsieb li ssir girlanda ta' fjuri artificjali ghall-vara u ghamel ukoll xi xoghol iehor fl-injam relatat man-nicca, kif ukoll ra li tinkesa' bit-tila llamtata bix-xemgha ('tela cerata') u li tigi mizbugha mill-gdid.(11)
Warajh kien hemm prokuratur Dun Innocenz Zammit u fi zmienu n-nicca u l-istatwa regghu gew mizbughin.
Ma ninnutaw li kien hemm l-ebda xoghol iehor fuq l-istatwa u n-nicca sal-gwerra. Meta waqghet il-knisja, il-vara kienet hemm bhall-istatwi l-ohrajn. Qatt ma gie osservat li saritilha xi hsara, izda fost il-kontijiet tal-fratellanza naqraw li fl-1943 saret hgiega gdida ghan-nicca u kienu saru wkoll xi spejjez ghall-pedestall.(12) Nassumu li l-hgiega nkisret bil-blast. F'Novembru tal-1946, meta l-amministratur kien Dun Gerald Mangion, sar hlas ta' £65.12.0 ghar-restawr u induratura fuq l-istatwa u l-pedestall. Fl-istess sena gie argentat mill-gdid l-istellarju tal-vara waqt li sena wara saru tnax-il xemgha ghall-artal u ghall-istatwa.
Il-bradella u l-bankun li fuqhom tkun armata din l-istatwa fil-gimgha tal-festa huma partikulari hafna. L-istil tal-bankun huwa uniku f'Malta, fil-fatt imkien ma hawn iehor bhalu. Flok ma huwa kaxxa maghluqa, bhalma s-soltu jkunu l-bankuni tal-vari, dan tal-Madonna tar-Ruzarju tal-Imqabba huwa kaxxa bla faccati! Il-vara tinzamm fil-gholi wieqfa fuq il-bradella li sserrah fuq numru ta' kolonni u arkaturi! F'nofs il-bankun hemm statwa ta' anglu gharkubbtejh qieghed jitlob ir-ruzarju. Din kienet izzanznet fil-festa tal-1953, fi zmien il-parrokat u l-prokura ta' Dun Gerald Mangion. L-artist li ddizinjaha u hadimha kien l-Imqabbi mastru Leonard Spiteri, li kien wiehed mill-ewwel muzicisti mal-Orkestra Santa Marija u anke t-tieni surmast direttur tal-Banda Re Gorg V. Dan ma kienx l-uniku xoghol li ghamel ghall-fratellanza tar-Ruzarju, ghax fl-1966 hadem il-bankun ghas-salib u l-laterni tal-istess fratellanza li jintuzaw fil-festi tal-Madonna tar-Ruzarju u ta' Santa Marija.
Din ma kienetx l-ewwel bradella li kellha l-istatwa, fil-fatt fil-kontijiet tal-fratellanza nsibu li kienet saret bradella ohra fi zmien it-tieni prokura ta' Annunziato Ellul, bejn l-1925 u l-1929.(13) Kien iz-zmien meta saret il-bradella l-antika tal-Madonna tal-Gilju u l-bradella meraviljuza tal-vara titulari, ghalhekk ma nistkantawx li saret wahda ghall-Madonna tar-Ruzarju wkoll.(14) B'xorti hazina, izda, il-ktieb tal-kontijiet ma jghidx min hadimha. Probabilment din il-bradella hija dak il-bankun iz-zghir li fuqu titpogga l-Madonna meta tkun fuq il-presbiterju matul ix-xahar kollu ta' Ottubru, u li jintuza wkoll ghall-vara tad-Duluri u ghall-istatwi ta' Sant'Anjeze u tal-Bambin tal-Milied. Mieghu dal-bankun kellu bicca ohra li tinqala' li fiha setghu jidhlu l-lasti. Din il-parti ta' fuq kienet mal-bqija tal-imbarazz li kien hemm fil-knisja ta' San Mikiel sakemm din giet irrestawrata. Illum tinsab fil-Youth Centre. Peress li l-bankun huwa kemmxejn zghir, din il-bradella kienet izghar minn dik li ghandha llum u fiha kienu jidhlu biss tliet lasti.
Jidher illi din l-istatwa ma kienux jipoggewlha gastri bil-fjuretti madwar il-pedestall fuq il-bradella taghha, almenu mhux fuq din li saret fi zmien Annunziato Ellul. Dan huwa attestat minn zewg affarijiet: l-ewwel nett f'ritratt tal-vara armata fuq din il-bradella l-antika jidher car li la hemm post ghall-gastri u anqas hemm marki ta' fejn il-gastri kienu jitwahhlu mal-bradella. Barra minn hekk hemm il-fatt li din il-vara m'ghandhiex il-gastri taghha, u sa ftit ilu anqas kellha l-fjuretti taghha! L-erba' gastri tal-injam indurat li jkollha madwarha fil-granet tal-festa huma fil-fatt il-gastri l-antiki tal-vara titulari, li tbiddlu ma' dawk tal-fidda flimkien ma' erba' fjuretti godda li saru fis-snin ta' wara l-gwerra.(15)
L-ewwel darba li l-vara tidher armata bil-gastri u l-fjuretti huwa f'ritratt mehud meta zzanznu l-bradella u l-bankun attwali. Il-fjuretti li jidhru f'dar-ritratt jidhru huma tad-drapp u meta jitqabblu ma ritratti antiki tal-vara ta' Santa Marija jidher li huma l-istess. Meta fl-1967 saru l-fjuretti tal-vara ta' Santa Marija li ghadhom jintuzaw sal-lum, dawk li kienu saru fi zmien dun Gerald, li kienu tal-ganutell u l-lama, imma inqas folti minn dawk tad-drapp, bdew jintuzaw ghall-vara tal-Madonna tar-Ruzarju. Dawn baqghu jintramaw madwarha sal-2004, meta mbaghad fuq inizjattiva ta' Karmnu Psaila, saru erba' fjuretti tal-ganutell godda, verament sbieh u li jixirqu lil din l-istatwa ghaziza. Huma xoghol l-Imqabbija Jacquelene Fava u zzanznu fl-2005. Il-materjal taghhom sewa Lm300 li ngabru bejn il-fratelli fi hdan il-fratellanza tal-Madonna tar-Ruzarju, izda x-xoghol sar b'xejn.
Fil-kontijiet tal-bidu tas-seklu ghoxrin insibu li kienu saru xi fjuretti, izda mhux indikat jekk dawn sarux ghall-artal jew ghall-vara. Ladarba l-vara dejjem 'wirtet' il-gastri u l-fjuretti li qabel kienu tal-vara titulari, dan itina x'nifhmu li l-fjuretti li jissemmew qabel kienu maghmulin ghall-artal, sitta ghall-prima u erbgha ghas-sekonda. Kollox jindika, izda, li dik il-girlanda ta' fjuri artificjali li tissemma fil-kontijiet ta' bejn l-1909 u l-1912 hija l-istess wahda li tidher madwar il-vara fir-ritratti tas-snin hamsin li baqghet tintuza sa ftit tas-snin ilu sakemm saret wahda gdida tad-drapp fuq inizjattiva ta' Joe Gauci li tintrama' madwar l-istatwa matul is-sena kollha. Din saret biex tikkumplimenta l-girlanda li saret ghal kuljum ghall-vara tal-Immakulata.
Matul dawn l-ahhar snin sar xi ftit xoghol iehor fuq l-istatwa. Sar xi rtokk necessarju u nduratura mill-artist Imqabbi Rosario Zammit u fi zmien il-parrokat ta' Dun Joe Bartolo saru godda s-sitt xemghat ta' madwarha, li tpittru mill-istess Zammit, li ha hsieb ukoll izejjen in-nicca. Dan l-ahhar saru godda wkoll l-erba' lasti li fuqhom tintrefa' l-vara waqt il-purcissjoni li nhadmu minn Karmenu Ellul. Fis-sena 2010, tnaddaf l-istellarju tal-fidda tal-Madonna minn Frans Cutajar.
Misteru li baqa' bla soluzzjoni, almenu s'issa, huwa dwar min kien l-iskultur li naqqax din ix-xbieha sabiha u meta saret. Huwa fatt maghruf li l-eqdem statwi processjonali li kienu jintuzaw fil-festi kollha tal-Madonna kienu statwi tal-Madonna bil-Bambin.(16) Dan jista' jtina x'nifhmu li forsi l-vara tal-Madonna tar-Ruzarju hija l-eqdem statwa li ghandna fil-knisja. Xi anzjani jghidu li din hi aktar antika mill-vara titulari, waqt li xi snin ilu P. Karm Zammit kien qalli li fi tfulitu kienu jghidu li saret minn Xandru Farrugia qabel ma huwa ghamel l-istatwa ta' Santa Marija, bhala prova biex l-Imqabbin jaraw xogholu joghgobhomx.
Hemm hafna affarijiet li jmorru kontra din l-ipotezi. L-aktar wahda soda hija l-fatt li fil-kitba li halla l-kappillan Dun Tumas Agius Caruana dwar kif saret u ngiebet l-istatwa tal-patruna tar-rahal taghna, imkien ma jsemmi li Farrugia kien ga hadem xi haga ghall-Imqabba. Il-kappillan isemmi li kienet tezisti statwa ohra tal-Madonna li kienet tintuza ghall-festa ta' Santa Marija, imma jghid li tant kienet kerha li l-girien kienu jigu l-Imqabba biex jghaddu lill-Imqabbin biz-zmien.(17) Dan itina x'nifhmu li l-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju mhix l-istatwa li qed jitkellem dwarha Agius Caruana ghax kerha zgur li mhix! Barra minn hekk, fil-kuntratt tal-vara ta' Santa Marija nsibu kundizzjoni li jekk l-istatwa jkollha xi difett li ma jistax jitranga, jkollha ssir mill-gdid. Dan juri li fil-fatt l-Imqabbin ma kienu ghamlu ebda 'prova' tax-xoghol ta' Farrugia. Apparti dan kollu, fl-elenki tax-xoghlijiet ta' Farrugia mkien ma tissemma din l-istatwa.
Izda hemm fattur li jista' jaghti ftit sahha lil din l-ipotezi. Fl-Isla hemm statwa tal-Madonna, msejjha tal-Katina, li wkoll hija xoghol ta' Farrugia. Minkejja li l-istil ta' din l-istatwa huwa serpentin-barokk, il-harsa u l-fattizzi tal-wicc tal-Madonna huma simili hafna ghal dawk tal-Madonna tar-Ruzarju taghna (ara l-istampa). Minn dan it-tqabbil jidher li forsi xi forma ta' relazzjoni hemm. Min jaf... forsi Farrugia (jew xi alliev tieghu) hadem xi xoghol iehor ghall-Imqabba wara li hadem l-istatwa ta' Santa Marija...?
Referenzi:
1. ALEXANDER BONNICI, Lejn l-erezzjoni tal-parrocca fl-Imqabba fl-1598, minn L-Imqabba mal-medda tas-snin, Malta 1998, 34.
2. Arkivju parrokkjali tal-Imqabba, Liber primus parrochialis sacramentorum I.
3. Arkivju arciveskovili ta' Malta, Vizti Pastorali VIII (Cagliares), 1615, f. 237v.
4. Fil-fatt f'Malta huwa fil-Gudja biss li hemm partit marbut mal-festa tal-Madonna tar-Ruzarju, u dan kiber wara li giet sopressa l-festa tal-Madonna tal-Warda li kienet festa sekondarja ccelebrata bl-istess pompa bhall-festa tal-Madonna tac-cintura fl-istess parrocca.
5. F'xi statwi ohra bhalma huma tal-Birzebbuga, ta' H'Attard u taz-Zurrieq il-Bambin jidher qieghed ibierek flok izomm kuruna.
6. ALEXANDER BONNICI, Santa Marija Assuta u l-Madonna tal-Gilju: iz-zewg statwi ewlenin tal-Imqabba, minn L-Imqabba mal-medda tas-snin, Malta 1998, 106.
7. ARKIVJU PARROKKJALI TAL-IMQABBA, Libro conti Confta ed Altare Ssmo Rosario, Micabiba, Conto dell'introito ed esito format dalla deputazione per la revisione dei conti su libri prodotti dal Sig. Annunziato Ellul quale procuratore della Veneranda Confraternità del Ssmo Rosario eretta nella santa parrochiale chiesa della Micabiba dal 8 Marzo 1906 al 30 Aprile 1909.
8. Li l-istatwi kienu jkunu go kaxex jew nicec provizorji tal-injam ma kienetx haga rari. Fil-knisja tal-Imqabba kien hemm zewg nicec mal-pilastri li kien fihom statwa tal-Madonna ta' Lourdes u ohra tal-Madonna sultana tal-Qalb ta' Gesù. Wara li din tal-ahhar tkissret, flokha tpoggiet l-istatwa ta' Sant'Anjeze u n-nicec tpoggew f'San Bazilju sakemm din il-kappella giet restawrata. Illum jinsabu fil-Youth Centre.
9. "Pagati ad Alf. Mula per prezzo di una raggiera d'argento di peso oncie 3 7/8 £1.2.6" ARKIVJU PARROKKJALI TAL-IMQABBA, op. cit.
10. "Pagati a Carm. Coleiro per una porta di legno di detta nicchia £2.11.3" ibid.
11. "Per tela cerata e tintura della nicchia 0.17.11" ARKIVJU PARROKKJALI TAL-IMQABBA, Libro conti Confta ed Altare Ssmo Rosario, Micabiba, Conto formato dalla depe per la revision dei conti su libri prodotti dal Sig. Giovanni Zammit quale prġre della Veneranda Confraternità del Ssmo Rosario eretta nella santa parrochiale chiesa della Micabiba dal 1 Dicembre 1912 al 11 Settembre 1916.
12. "Per restaurazione e doratura statua Rosario, pedestallo, croce". ARKIVJU PARROKKJALI TAL-IMQABBA, Libro conti Confta ed Altare Ssmo Rosario, Micabiba, f. 104. Is-salib li jissemma forsi huwa dak li jinhareg fil-purcissjonijiet.
13. "Per manifattura e tintura di una predella £7.4.0". ARKIVJU PARROKKJALI TAL-IMQABBA, Libro conti Confta ed Altare Ssmo Rosario, Micabiba, Conto dell'introito e dell'esito formato dalla depe dei conti su libri e i documenti prodotto dal Sig. Annunziato Ellul quale prġre della Veneranda Confraternità del Ssmo Rosario eretta nella santa parrochiale chiesa della Micabiba dal 1925 al 1929.
14. Proprjament il-'bradella' hija dik il-parti li fiha jidhlu l-lasti biex tintrefa' l-vara; il-parti ta' isfel tissejjah il-'bankun'. Izda meta tissemma il-'bradella', normalment tkun referenza ghall-oggett shih, kemm il-bradella kif ukoll il-bankun. Mhix haga kbira, ghalhekk, li dik li tissejjah 'predella' fil-ktieb tal-kontijiet, li saret fis-snin ghoxrin, hija fil-fatt referenza ghal dak kollu li kien jitpogga taht il-vara, inkluz il-bankun.
15. GERALD MANGION, Opri godda li saru fil-knisja parrokkjali (1945-1957), karta mehmuza fil-manuskritt Notulae historicae sanctae ecclesiae parrochialis Micabibae li jinsab fl-arkivju parrokkjali tal-Imqabba.
16. ALEXANDER BONNICI, op. cit., 119.
17. TUMAS AGIUS CARUANA, Ad futuram rei memoria, mill- manuskritt Notulae historicae sanctae ecclesiae parrochialis Micabibae li jinsab fl-arkivju parrokkjali tal-Imqabba, f.21.