L-Istatwa ta' Sant' Agneze

Dwar l-istatwa ta' Sant' Agneze ftit li xejn ghandna dettalji u informazzjoni. Li nafu hu li din l-istatwa hija tal-Congregazione Figlie di Maria, li twaqqfu fi zmien il-kappillan Dun Pacifku Mifsud. Illum il-gurnata din il-kongregazzjoni ghandha bhala presidenta lil Tereza Debattista.

L-istatwa ta' Sant' Agneze saret minn Antonio Zammit li huwa missier l-Imqabia Ruzar (Zaru) Zammit fis-sena 1972. Matul is-sena din l-istatwa tinzamm gewwa nicca semplici hafna fil-kappella ta' San Bazilju u tinhareg ghall-qima tal-poplu fix-xahar ta' Jannar, normalment fit-tielet gimgha ta' Jannar. L-istatwa titpogga fuq l-istess bradella li tintuza ghall-istatwa tal-Madonna tad-Duluri u titqieghed fuq l-artal biswit l-ambone.