|
L-ISTATWA TITULARI TA' SANTA MARIJA
|
L-Istatwa Titulari ta' Santa Marija meqjuma gewwa l-Imqabba
|
L-Istatwa Artistika u Devota ta' Santa Marija meqjuma fl-Imqabba
|
Jekk xi hadd jidhol fil-Knisja Parrokkjali ta' l-Imqabba f'dawn il-granet, zgur li l-ewwel haga li tigbidlu l-attenzjoni hija l-vara tal-Patruna tar-rahal armata kif jixraq ghal jum il-festa taghha. Il-vara ta' Santa Marija narawha fuq pedestal sarkofagu tal-fidda, uniku ghal Malta fl-ghamla tieghu; fuq bradella u bankun prezzjuzi nterjati u mill-isbah, maghmulin mill-gewz u kollha interzjati, unici ghar-rahal taghna; narawha kollha induratura, bi stellarju tad-deheb bil-hagar prezzjuz madwar rasha u b'sandli tad-deheb fin bi djamant f'riglejha. Hija wkoll l-unika statwa fl-Imqabba li tissemma minn Achille Ferris fil-ktieb storiku tieghu Descrizione storica delle chiese di Malta e Gozo li gie ppublikat fl-1866.
Fost il-poplu nibtet ix-xewqa li jkollhom statwa ohra, isbah minn dik li kellhom. Il-Kappillan Tumas Agius Caruana, jghid li ma' l-ewwel gbir ghall-ispejjez ta' din l-istatwa, kwazi ntlahqet is-somma kollha mehtiega, ghalhekk huwa probabbli li l-progett thabbar fil-bidu ta' l-1835, meta l-popolazzjoni tar-rahal ma kinetx tlahhaq l-elf ruh. Fost l-ahjar skulturi prominenti ta' dak iz-zmien kien hemm Xandru Farrugia (1791-1871) li kien tghallem l-arti ta' l-iskultura minghand Mariano Gerada, l-aktar skultur Malti maghruf. Minhabba li l-istatwa ta' Santa Marija ta' Hal Ghaxaq, mahduma minn Mariano Gerada fl-1808, kienet meqjusa bhala l-isbah wahda, il-Kappillan Tumas Agius Caruana qataghha li l-istatwa tal-Imqabba tkun mahduma tixbahha. L-iskultur gie avvicinat mill-kappillan u l-kleru ta' l-Imqabba u spjegawlu l-kundizzjonijiet ghall-manifattura ta' l-istatwa fosthom li l-istatwa tkun lesta fi zmien disa' xhur jigifieri sa l-ahhar ta' Lulju 1836. Il-kuntratt sar fit-30 ta' Ottubru 1835 fiz-Zejtun, ir-rahal minn fejn kien Farrugia quddiem in-Nutar Menville Massimiliano Troisi. Is-somma globali, li kienet tinkludi z-zokk li minnu nhadmet il-vara, ix-xoghol fl-injam u l-induratura, ammontat ghal tliet mitt skud u wiehed.
L-istatwa Titluri ta' Santa Marija ta' l-Imqabba ghandha erba' puttini mas-shab. Naraw li l-istatwa ta' l-Imqabba ghandha poza li fiha certa eleganza filwaqt li rasha hija kollha merfugha 'l fuq. L-istatwa hija ta' stil serpentin barokk, l-aktar stil prestiggjuz li minnu tista' tkun maghmula statwa ta' l-injam. Il-pregju li ghandu dan l-istil huwa li meta thares lejn l-istatwa din tidher qisha forma ta 'S'. Ir-ras tkun immejla lejn ix-xellug, l-ispallejn ma jkunux fl-istess livell, is-sider ikun mixhut lejn il-lemin filwaqt li mill-qadd 'l isfel ikun immirat mill-gdid lejn ix-xellug. Il-Madonna tidher gharkubtejha fuq is-shab fuq sieqha tal-lemin, filwaqt li b'tax-xellug qieghda sserrah mas-shab. Dan l-istil jaghti lill-figura certu sens ta' moviment u dinamizmu li huwa nieqes fi stili ohra aktar statici bhan-neo klassiku, li fuqu huma maghmula z-zewg vari l-ohra li ghandna fil-knisja parrokkjali. Fl-14 ta' Awissu 1836 saru celebrazzjonijiet kbar ghall-wasla ta' l-Istatwa gewwa l-Imqabba li kienet twasslet processjonalment miz-Zejtun sa' l-Imqabba.
Jidher li ghal bosta snin ma saret ebda innovazzjoni fl-istatwa ghajr ghal induratura gdida li nafu li saret fil-bidu tas-seklu ghoxrin. Fi zmien il-kappillan Dun Frangisku-Saverju Bonanno (1906-1922) nibtet ix-xewqa li l-istatwa jaghmlulha pedestall gdid tal-fidda flok dak ta' l-injam kif ukoll bradella gdida. Id-disinn ta' dawn iz-zewg opri kbar gie fdat f'idejn l-Imghallem Abram Gatt, maghruf ma' Malta kollha ghad-disinni originali tieghu u li diga' kien ghamel xi xoghol ghall-Parrocca taghna. Il-qabar ta' l-injam baqa' jintuza fil-festi kollha ta' Santa Marija mill-1836 sal-1927, izda ghall-ewwel darba fil-festa tal-1928 l-istatwa ta' Santa Marija tnehhiet minn fuq il-qabar ta' l-injam u giet immuntata fuq qabar gdid tal-fidda li kellu jservi bhala pedestall. Il-qabar l-antik illum huwa mizmum b'ghozza kbira fil-Kazin tas-Socjeta' Santa Marija u Banda Re Gorg V ta' l-Imqabba. Il-qabar, gie mahdum fl-injam minn Manwel Buhagiar ta' Hal Tarxien. Ix-xoghol tal-fidda kien fdat f'idejn id-ditta Antonio Ghezzi e Figli ta' Milan u sewa s-somma ta' £400. Din l-opra sabiha saret b'sagrificcju u b'impenn mill-akbar. Il-gbir ghall-pedestall tal-fidda sar mill-familji, bis-sold ta' kull nhar ta' Hadd. Jidher li l-gbir ghall-pedestall kien beda hafna snin qabel l-1928 izda peress li l-gbir kien fqir, kellu jieqaf. Jinghad li kien bil-hila ta' Joseph Bugeja, President tas-Socjeta', li l-gbir kien rega' beda. Jinghad ukoll li Lord Gerald Strickland, waqt li kien qieghed isir meeting fl-Imqabba ikkontribwixxa £10 ghall-pedestall. Il-kontijiet tal-gbir u ta' l-ispejjez kollha tal-pedestall inghataw fl-okkazjoni ta' l-inawgurazzjoni tal-pedestall. Dan il-pedestall huwa wiehed mill-aqwa li hawn f'Malta u bil-hila ta' Abram Gatt, dan kompla sebbah l-Istatwa ta' Santa Marija. Fit-12 ta' Jannar 1927 gie pprezentat rikors fil-Kurja ta' l-Arcisqof li jgib in-numru 70/1927 fejn l-Imqabbin Mikiel |ammit (il-Mejlaq) u martu Grazia Inguanez urew li xtaqu li jkunu l-benefatturi ta' bradella ghall-istatwa ta' Santa Marija. Fit-22 ta' Frar 1927 Mons. Arcisqof Mauro Caruana accetta t-talba li kienet saritlu fir-rikors. Wara li l-Imghallem Abram Gatt ta' Bormla lesta d-disinn, gie deciz li x-xoghol ta' l-injam tal-bradella kellu jsir mis-Surmast Manwel Buhagiar ta' Hal Tarxien waqt li l-Appostolat maghmulin mis-sycamore li huwa njam qawwi hafna, gie ordnat l-Awstrija ghand id-ditta Ferdinado Stuflesser. Il-bradella swiet is-somma globali ta' £194.6s.2d. Ix-xoghol esegwit fl-injam minn Mastru Buhagiar sewa £153. Qabel inbeda x-xoghol, Mastru Manwel Buhagiar inghata kapparra ta' £40. Ta' l-Appostolat, id-ditta Stuflesser thallset is-somma ta' £37.0.6d. Id-dazju li thallas fuq l-Appostolat bis-7 u nofs fil-100 kien ta' £3.2s.1d. Il-korrispondenza ma' Stuflesser swiet £0.3s.7d. Kien hemm ukoll xi spejjez ohra li thallsu lin-Nutar ta' l-obligazzjoni (17s.0d) u lill-Kurja ta' l-Arcisqof ghar-rikors (4s.0d) minn Giuseppe |ammit. Pjuma ghat-tfarfir swiet 4s.6d. Il-bradella l-gdida ttiehdet fil-Knisja Parrokkjali. Il-qabar tal-fidda kien gie inawgurat is-Sibt 11 ta' Awissu fl-1928 fil-Kappella tad-Duluri. Wara li saret Trasulazzjoni tar-Relikwija, il-vara ta' l-Assunzjoni giet mehuda processjonalment mill-Kappella tad-Duluri ghall-Knisja tal-Parrocca, fost briju kif kien jixraq. Ghal din l-okkazjoni, ghall-ewwel darba fir-rahal, inharaq murtal ta' erba' bombi maghmul minn Censu Galea (id-Derek).
Meta l-vara giet irrestawrata u indurata mill-gdid fl-1966, benefattur hallas sabiex sarulha l-fjuretti tal-ganutill biex jitpoggew fil-gastri tal-fidda li saru xi ghoxrin sena qabel. L-ahhar xoghol ta' induratura li sar kien fil-1986 meta l-vara ghalqet mija u hamsin sena. Kienet giet sgraffita u ndurata mill-gdid mill-induratur Horace Farrugia ta' l-Imdina. L-induratura li saret ghalkemm ma zammitx ghal kollox ma' l-ilwien u d-disinji l-originali, xorta wahda hija ta' valur estetiku kbir. It-tarf tal-mant gie mzejjen b'bordura wiesgha mimlija disinji, filwaqt li l-lewn tal-mant innifsu gie skurat xi ftit u fuqu gew iddisinjati bosta fjuri rqaq u delikati. Il-parti ta' fuq tal-libsa giet mizbugha hamra aktar cara milli kienet qabel, b'disinji simili ghal tal-mant. Il-velu zdiditlu l-induratura u sar qisu maghmul mill-bizzilla mahduma f'disinji ta' ward. L-anglu liebes bic-celesti u s-shab ta' taht il-Madonna gie indurat bil-fidda. Fl-istess zmien gie restawrat ukoll l-istellarju tad-deheb li gie rinovat u mieghu twahhal xi hagar prezzjuz sabiex aktar ikun jixraq li jzejjen ras ix-xbieha tant sabiha. Kienu saru festi kbar meta l-istatwa waslet lura l-Imqabba. Madwar sentejn wara giet restawrata u msebbha n-nicca li go fiha tintrefa' l-vara matul is-sena billi tkabbret xi ftit u fuqha gew imwahhla xbiehat tal-fibreglass ta' angli mdawrin bis-shab sabiex il-vara tidher qisha tielgha fis-sema. F'Mejju 1998 il-vara ttiehdet iz-|ejtun ghand Tarcisio Cassar sabiex jitnaddfu l-qabar tal-fidda, is-sandli u l-istellarju tad-deheb. Kien gie deciz li t-tghattina li tezisti fil-bocca li hemm fl-arzella f'nofs il-pedestall tibqa' hemm bhala tifkira dejjiema ta' l-akbar telfa li kellha l-Imqabba fl-istorja taghha meta fil-gwerra nhar id-9 ta' April 1942 il-Knisja intalqet minn bomba. Din it-tghattina kienet giet ikkawzata minn xi gebla li taret ma' l-ispluzjoni tal-bomba. Wara dan ix-xoghol ta' tindif, il-qabar rega' ha d-dija tlellex li kellu originarjament.
L-istatwa artistika tigi esposta dejjem matul il-kwindicina sa l-ottava tal-festa u kull sena tohrog processjonalment, merfugha mill-fratelli tal-Kanfraternita' tas-Santissmu Sagrament lebsin il-mozzetta l-hamra. Bhala parti mic-celebrazzjonijiet tal-erba' mitt sena mit-twaqqif tal-parrocca ta' l-Imqabba kien hemm il-hsieb li l-istatwa tigi esposta f'Settembru ta' l-1998 izda ghal diversi ragunijiet il-permessi mehtiega ma hargux. Izda bejn Ottubru u Novembru tas-sena 2000, meta habat il-hamsin anniversarju mill-proklama ta' l-Assunzjoni bhala Domma tal-Fidi, il-vara ta' Santa Marija ta' l-Imqabba giet armata fil-knisja daqs li kieku kienet il-festa. Kellna wkoll ix-xorti narawha mdawra processjonalment mar-rahal f'pellegrinagg aux flambeaux fit-30 ta' Ottubru ta' dik is-sena straordinarja.
Meta thares lejn dak il-wicc ta' gmiel bla qies, ftit li xejn jghaddilek minn mohhok kemm ra snin jghaddu u kemm grajjiet u giri maghhom. Hadd ma jista' jichad il-venerazzjoni li kellhom missirijietna lejn din ix-xbieha qaddisa - xhieda ta' dan huma l-hafna gojjelli li nghatawlha bhala rikonoxximent ta' grazzji maqlugha jew b'sinjal ta' devozzjoni. Illum il-gurnata d-devozzjoni ghandha tintwera billi jizdied it-talb u l-attendenza fil-knisja b'mod specjali fil-granet tal-festa. B'hekk biss inkunu nistghu inkomplu t-tradizzjoni qaddisa billi naraw fil-Madonna mtellgha s-sema bhala t-triq li twassalna ghal ghand Binha Gesu'.
Referenzi
Fr. Jonathan Farrugia B.A. (Hons.), B.A. Theol. & Hum. Stud. S.Th.B. (1978 - ) Il-Vara Titulari ta' Marija Assunta taghlaq 165 Sena
Programm Festa Santa Marija - 2001; 165 sena mill-migja ta' l-Istatwa Titulari gewwa l-Imqabba 1836-2001, pagna 55-67
LIA, Carmen B. Ed. (Hons.), B. A. (1960 - )
Grajjiet is-Socjeta' Santa Marija u l-Banda Re Gorg V fl-Istorja ta' l-Imqabba - Mqabba: Socjeta' Santa Marija u Banda Re Gorg V, 1997 xvi, 236p.: 29.2cm ISBN 99909-68-30-6
|
Bradella ghall-Istatwa Titulari ta' Santa Marija
|
Fit-12 ta' Jannar 1927 gie pprezentat rikors fil-Kurja tal-Arcisqof li jgib in-numru 70/1927 fejn l-Imqabbin Mikiel Zammit (il-Mejlaq) u martu Grazia Inguanez urew li xtaqu li jkunu l-benefatturi ta' bradella ghall-istatwa Titulari ta' Santa Marija. Il-gbir ghall-qabar tal-fidda kien diga' beda jsir u ghalhekk inhass il-bzonn li kellha ssir ukoll bradella biex l-istatwa tkun kompluta minn kollox. Fit-22 ta' Frar 1927 Mons. Arcisqof Mauro Caruana accetta t-talba li kienet saritlu fir-rikors. Wara li l-Imghallem Abram Gatt ta' Bormla lesta d-disinn, gie deciz li x-xoghol tal-injam tal-bradella kellu jsir mis-Surmast Manwel Buhagiar ta' Hal Tarxien waqt li l-Appostolat maghmulin mis-sycamore li huwa njam qawwi hafna, gie ordnat l-Awstrija ghand id-ditta Ferdinado Stuflesser. Il-bradella dak iz-zmien swiet is-somma globali ta' £194.6s.2d. Ix-xoghol esegwit fl-injam minn Mastru Buhagiar sewa £153.
Il-bradella l-gdida u l-qabar tal-fidda gew inawgurat is-Sibt 11 ta' Awwissu fl-1928. Il-vara ta' l-Assunzjoni giet mehuda processjonalment mill-Kappella tad-Duluri ghall-Knisja tal-Parrocca, fost briju kif kien jixraq. Ghal din l-okkazjoni, ghall-ewwel darba fir-rahal, inharaq murtal ta' erba' bombi maghmul minn Censu Galea (id-Derek).
|
Il-Pedestall tal-Istatwa Titulari ta' Santa Marija
|
Fost l-ahjar skulturi prominenti ta' dak iz-zmien kien hemm Xandru Farrugia (1791-1871) li kien tghallem l-arti tal-iskultura minghand Mariano Gerada, l-aktar skultur Malti maghruf. Il-kuntratt biex issir l-istatwa sar fit-30 ta' Ottubru 1835 fiz-Zejtun, ir-rahal minn fejn kien Farrugia quddiem in-Nutar Menville Massimiliano Troisi. L-istatwa kellha tkun lesta fi zmien disa' xhur, jigifieri sal-ahhar ta' Lulju 1836. L-istatwa ta' Santa Marija kienet lesta, bl-induratura b'kollox, fiz-zmien stabbilit. Il-kappillan qabbad lil xi nies ta' hila fl-arti sabiex jistudjawha u dawn ma sabu l-ebda difett fiha. Mela kollox kien f'postu u l-iskultur thallas ta' xogholu. Is-somma globali, li kienet tinkludi z-zokk li minnu nhadmet il-vara, ix-xoghol fl-injam u l-induratura, ammontat ghal tliet mitt skud u wiehed.
Fi zmien il-kappillan Dun Frangisku-Saverju Bonanno (1906-1922) nibtet ix-xewqa li l-istatwa jaghmlulha pedestall gdid tal-fidda. Kien ilu jinhass li l-Istatwa ta' Santa Marija kien jonqosha xi haga biex veru tkun statwa kompluta minn kollox. Ghalhekk, il-Kumitat tal-Kazin immexxi mill-President Joseph Bugeja, flimkien mal-Kleru tal-Parrocca, iddecieda li kellu jsir dan il-pedestall gdid tal-fidda flok dak tal-injam kif ukoll bradella gdida. Id-disinn ta' dawn iz-zewg opri kbar gie fdat f'idejn l-Imghallem Abram Gatt, maghruf ma' Malta kollha ghad-disinni originali tieghu u li diga' kien ghamel xi xoghol ghall-Parrocca taghna. Il-qabar tal-injam baqa' jintuza fil-festi kollha ta' Santa Marija mill-1836 sal-1927, izda ghall-ewwel darba fil-festa tal-1928 l-istatwa ta' Santa Marija tnehhiet minn fuq il-qabar tal-injam u giet immuntata fuq qabar gdid tal-fidda li kellu jservi bhala
pedestall. Dan sar ghas-sodisfazzjon tal-Kumitat u tal-Kappillan ta' dak iz-zmien, il-Mosti Dun Pacifiku Mifsud.
Il-qabar l-antik illum huwa mizmum b'ghozza kbira fil-Kazin tas-Socjeta' Santa Marija u Banda Re Gorg V tal-Imqabba, is-Socjeta' li tiehu hsieb torganizza l-festi kollha esterni fi zmien il-festa Titulari tar-rahal. Il-qabar, gie mahdum fl-injam minn Manwel Buhagiar ta' Hal Tarxien. Ix-xoghol tal-fidda kien fdat f'idejn id-ditta Antonio Ghezzi e Figli ta' Milan u sewa s-somma ta' £400. Meta l-fidda waslet minn Milan, ittiehdet fil-Kappella ta' Santa Katerina fejn partitarji tas-Socjeta' ghaqqduha mal-injam. Wara, il-qabar ittiehed fil-Kappella tad-Duluri. Din l-opra sabiha saret b'sagrificcju u b'impenn mill-akbar. Il-gbir ghall-pedestall tal-fidda sar mill-familji, bis-sold ta' kull nhar ta' Hadd. Il-kontijiet tal-gbir u ta' l-ispejjez kollha tal-pedestall inghataw fl-okkazjoni tal-inawgurazzjoni tal-pedestall. Dan il-pedestall huwa wiehed mill-aqwa li hawn f'Malta u bil-hila ta' Abram Gatt, dan kompla sebbah l-Istatwa Titulari ta' Santa Marija.
|
Mastru Xandru Farrugia (1791 - 1871)
|
Mastru Xandru Farrugia twieled iz-Zejtun minn Guzeppi u Duminka nhar it-2 ta' Frar 1791 bil-parrinijiet ikunu Katerina minn Bormla u Guzeppi Xuereb mill-Parrocca taz-Zejtun. Xandru zzewweg nhar it-8 ta' Novembru 1814 ma' Marianna, armla minn Giuseppe Zahra u kellhom tlett ulied li kienu Mikiel, Columba Rosa, u Giovanni. Jidher li l-ewwel zewg ulied mietu fis-sena 1822 meta huma kien ghad kellhom bejn wiehed u iehor seba' u hames snin rispettivament. Insibu wkoll li Giovanni kien ha is-sengha ta' missieru fejn aktar il-quddiem kien maghruf aktar bhala Mastru Gann. Xandru miet nhar l-4 ta' Dicembru 1871 fl-eta' ta' 82 sena u li l-quddiesa tal-funeral tieghu kienet giet ikkoncelebrata minn tnax-il qassis. Il-korp tieghu gie midfun fil-Kripta ta' taht l-Oratorju tas-Santissimu Sagrament taz-Zejtun.
Mastru Xandru huwa maghruf ghal bosta xogholijiet tieghu f'dik li hija skultura fosthom insibu l-Annunzjata tal-Mulej f'Hal Tarxien - statwa b'zewg persuni u li tirraprezenta id-djalogu ta' Ommna Marija Santissma ma' l-Anglu Gabriel u hija statwa tal-ewwel xorta u li nhadmet fis-sena 1829. Insibu wkoll l-Istatwa tal-Assunta tal-Imqabba li kellha tkun mahduma fuq dik diga ezistenti f'Hal Ghaxaq mahduma mill-imghallem tieghu, t-tarxiniz Marjanu Gerada. F'Hal Safi fis-sena 1840, insibu ukoll l-istatwa ta' San Pawl.
Izda minn barra dawn l-istatwi Mastru Xand hadem bosta dekorazzjonijiet ekklesjastici ohra fosthom sett gandlieri ta' tmintax ghal-knisja ta' Santa Tereza, tal-Karmelitani f'Bormla (1841) u li kienu gew ordnati nhar it-12 t'Ottubru minn Fra Raimondo di San Giuseppe. Din il-knisja tippossjedi wkoll il-korp ta' Kristu Mejjet ta' dan l-istess artist.
Ghalkemm li Mastru Xand kien jahdem l-aktar ghal-qalbu fl-injam, insibu bosta xogholijiet ohra fil-gebel bhalma huma z-zewg statwi mal-faccata tal-Knisja Arcipretali taz-Zejtun. Fost xogholijiet ohra ta' Xandru Farrugia li jinsabu f'belt twelidu insibu "Il-Marbut" fuq disinn ta' Pietro Paolo Azzopardi.
Fuq dimensjonijiet hafna izghar minn dawk titulari u processjonali, Mastru Xandru Farrugia hadem ukoll Bambin ckejken mimdud fuq genbu u li jinsab fuq l-artal tar-Ruzarju fil-knisja Arcipretali taz-Zejtun. Apparti mix-xebh li jidher bejn l-istatwi ta' l-Imqabba ma ta' Hal-Ghaxaq u ta' Hal Safi ma' tal-Belt Valletta. Insibu wkoll statwa ta' San Mikiel fil-knisja ta' San Gorg, ir-Rabat Ghawdex li kienet inhadmet fis-sena 1819 b'xebh lejn San Mikiel li kien hadem l-Imghallem tieghu jigifieri Marjanu Gerada u li tinsab fil-Knisja Parrokjali ta' Bormla. Originarjament din inhadmet ghall-knisja ta' San Gorg f'Hal Qormi izda minhabba dizgwit intern fil-konfraternita' ta' San Mikiel f'Hal Qormi din kienet giet mibjugha fis-sena 1866.
Xandru Farrugia hadem bosta statwi Marjani ohra. Hawn nindunaw kemm kellu ghal qalbu l-Madonna. Fost dawn ix-xogholijiet ohra kemm fl-injam kif ukoll fil-kartapesta insibu il-Madonna tar-Ruzarju, u l-Madonna tal-Ghajnuna f'Hal Ghaxaq u d-Duluri meqjuma fil-knisja ta' Hal Ghaxaq, ohra fil-Knisja tax-Xaghra Ghawdex; il-Madonna tal-Grazzja ghall-Kappuccini f'Ghawdex u tal-Karmnu fl-Gharb. Insibu wkoll il-Madonna tal-Karita' fl-Isla. Hadem ukoll Kuncizzjoni ghal-knisja ta Giezu' fil-Belt Valletta u Kuncizzjoni ohra ghall-knisja tal-Birgu fl-1838.
Xogholijiet ohra ta' Mastru Xandru jinsabu wkoll barra minn xtutna bhal nghidu ahna f'Tunis hemm "Ecce Homo" li kien inhadem fis-sena 1839. F'Jerba (Tunisija) insibu "Ecce Homo" iehor u d-Duluri li kienu ntbaghtu minn Malta fis-sena 1855, filwaqt li fl-Egittu insibu statwa ohra tieghu, dik li tinsab f'Lixandra u li kienet inhadmet fis-sena 1851.