Tfal tat-Titular ... ulied il-Padruna Santa Marija gie mwaqqaf ufficjalment nhar is-Sibt 20 ta' Novembru 2010 fuq inizjattiva tas-Sezzjoni Zghazagh Santa Marija fi hdan is-Socjeta' Santa Marija u Banda Re Gorg V tal-Imqabba.
L-ghan principali ta' din is-sezzjoni gdida hu sabiex it-tfal tar-rahal jingabru f'ambjent ferriehi u divertenti. Dan il-club qed jiltaqa' kull nhar ta' Sibt bejn l-4pm u l-5pm fis-swali principali tal-Kazin. Fost l-attivitajiet varji li ser jigu organizzati nsibu loghob, kant, craft kif ukoll hargiet.
Il-ftuh ufficjali ta' dan il-club gdid kien jikkonsisti f'party kbir ghat-tfal minghajr hlas fejn kull tifel u tifla prezenti setghu jilghabu u jiehdu gost f'atmosfera ferrihija. Gew organizzati kant, zfin, loghob bi premjijiet kif ukoll l-ikel u xorb ma naqasx. Lejn l-ahhar ta' din l-ewwel attivita' it-tfal ingabru kollha madwar kejk tal-okkazjoni u ttiehed ritratt kommemorattiv. Wara t-tfal kollha inghataw membership card kull wiehed bhala turija li ssiehbu f'dan il-club Tfal tat-Titular.
Ghalhekk l-appuntament regolari ghal kull nhar ta' Sibt bejn l-4pm u l-5pm gewwa l-Kazin ta' Santa Marija. NARAWKOM!