Is-Socjeta’ Santa Marija u Banda Re Gorg V tal-Imqabba minn dejjem hasset il-bzonn tas-sehem tal-mara fis-Socjeta’. B’dan il-hsieb, kien fis-sena 1990 meta ufficjalment twaqqfet fi hdan is-Socjeta’ il-Fergha tan-Nisa bil-ghan ewlieni li jorganizzaw attivitajiet varji immirati lejn il-familja kollha tul is-sena kollha. Sahansitra din l-Ghaqda giet inkluza fl-istatut tas-Socjeta' b'mod immedjat li ghamlet lis-Socjeta' wahda mill-ewlenin f'Malta li rrikonxxiet sehem il-mara fis-socjeta' moderna.
Minbarra d-diversi attivitajiet li jigu organizzati, din il-Fergha tiehu hsieb ukoll it-tindif tal-kazin u manutenzjoni tad-drapp b'mod partikulari fl-armar tal-festa. Insemmu attivitajiet bhal perezempju tombli, high teas u coffee mornings, ikliet, lotteriji, il-party tal-Milied ghat-tfal u hargiet kulturali fost ohrajn. Il-gbir kollu li jsir imur ta’ kull sena b’risq xi opra artistika fil-kazin jew b’risq il-festa. Insemmu perezempju sett qniepen godda rregalati lill-Banda Re Gorg V matul il-festa tas-sena 2006 kif ukoll pittura artistika tal-‘Madonna fil-Glorja’ li tinsab fis-sala principali tal-kazin. L-Ghaqda hadet hsieb sabiex tiffinanzja tlett statwi godda ghal Triq Karmenu Ciantar li jirraprenztaw il-figuri ta' San Gwann il-Battista, Santa Elizabetta u Rebekka mill-Antik Testment. Ta’ min isemmi wkoll li ghall-ewwel darba fl-istorja, fil-Kumitat Ezekuttiv elett ghas-snin 2008/2010, kellna prezenza femminili fil-Kumitat tas-Socjeta’ permezz tas-sinjorina Maria Psaila Ghigo.
Il-Fergha Nisa, permezz tal-membri taghha hija strumentali fil-gbir ta' fondi b'risq il-progett ambizzjuz tal-estensjoni tal-Kazin li ser jigi inawgurat f'Novembru 2010 bhala parti mic-celebrazzjonijiet tac-Centinarju tas-Socjeta'. Il-Fergha tan-Nisa hija strumentali wkoll f'diversi attivitajiet li jigu organizzati anke minn sezzjonijiet ohra fi hdan l-istess Socjeta' kemm ghajnuna manwali kif ukoll f'bejgh ta' biljetti u lotteriji.